1 Samwel 19:1-24

19  Sa fl-​aħħar, Sawl kellem lil ibnu Ġonatan u lill-​qaddejja kollha tiegħu biex joqtlu lil David.+  Imma Ġonatan, bin Sawl, kien miġbud wisq lejn David.+ Għalhekk, Ġonatan kellem lil David u qallu: “Sawl, missieri, qed jipprova joqtlok. U issa oqgħod għassa, jekk jogħġbok, fil-​għodu, u oqgħod f’post sigriet u ibqaʼ mistoħbi.+  U jien, min-​naħa tiegħi, noħroġ u noqgħod maġenb missieri fl-​għalqa fejn tkun int, u jien inkellem lil missieri fuqek, u nara x’jiġri, u żgur li ngħidlek.”+  Għaldaqstant, Ġonatan tkellem tajjeb+ dwar David maʼ Sawl, missieru, u qallu: “Ħa ma jidnibx+ is-​sultan kontra l-​qaddej tiegħu David, għax hu ma dinibx kontrik u l-​għemejjel tiegħu lejk kienu tajbin ferm.+  U hu ssogra ħajtu+ biex joqtol lill-​Filisti,+ u b’hekk Ġeħova wettaq salvazzjoni kbira+ għal Israel kollu. Int rajtu dan, u fraħt. Għalhekk, għala għandek tidneb kontra demm innoċenti billi toqtol+ lil David għalxejn?”+  Imbagħad Sawl semaʼ minn leħen Ġonatan, u Sawl ħalef: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova,+ ma jinqatilx.”  Imbagħad Ġonatan sejjaħ lil David, u Ġonatan qallu dan il-​kliem kollu. Imbagħad Ġonatan ġab lil David għand Sawl, u baqaʼ quddiemu l-​istess bħal qabel.+  U reġgħet faqqgħet il-​gwerra u David ħareġ jiġġieled kontra l-​Filistin u ħabat għalihom u l-​qatla kienet kbira,+ u ħarbu minn quddiemu.+  U l-​ispirtu ħażin+ minn Ġeħova ġie fuq Sawl meta kien bil-​qiegħda f’daru bil-​lanza f’idu, waqt li David kien qed idoqq b’idu. 10  Għaldaqstant, Sawl ipprova jsammar lil David mal-​ħajt+ bil-​lanza, imma dan żgiċċa+ minn quddiem Sawl, u b’hekk dan waħħal il-​lanza mal-​ħajt. U David ħarab sabiex jeħles matul dak il-​lejl.+ 11  Iktar tard Sawl bagħat xi messaġġiera+ lejn id-​dar taʼ David biex jgħassuha u biex joqtluh fil-​għodu;+ imma martu Mikal kellmet lil David u qaltlu: “Jekk ma ssalvax ruħek dan il-​lejl, għada tkun mejjet.” 12  Minnufih Mikal niżżlet lil David minn ġot-​tieqa, biex jitlaq u jaħrab u jeħles.+ 13  Imbagħad Mikal ħadet ix-​xbieha tat-​terafim+ u poġġietha fuq is-​sodda, u poġġiet xibka minsuġa mix-​xagħar tal-​mogħoż fil-​post fejn iqiegħed rasu, u għattietha b’libsa. 14  Sawl issa bagħat xi messaġġiera biex jieħdu lil David, imma hi qalet: “Marid.”+ 15  Għalhekk, Sawl bagħat il-​messaġġiera biex jaraw lil David, u qalilhom: “Ġibuhuli fuq soddtu biex noqtlu.”+ 16  Meta daħlu l-​messaġġiera, kien hemm ix-​xbieha tat-​terafim fuq is-​sodda u xibka minsuġa mix-​xagħar tal-​mogħoż fil-​post fejn iqiegħed rasu. 17  U Sawl qal lil Mikal: “Għala dħaqt bija+ b’dan il-​mod, u b’hekk bgħatt lill-​għadu tiegħi+ biex ikun jistaʼ jaħrab?” U Mikal wieġbet lil Sawl: “Hu stess qalli, ‘Ħallini mmur! Għala għandi noqtlok?’” 18  U David ħarab u ħeles+ u wasal għand Samwel f’Rama.+ U qallu kulma kien għamillu Sawl. Imbagħad hu u Samwel telqu, u bdew jgħammru f’Najot.+ 19  U lil Sawl waslitlu l-​aħbar li tgħid: “Ara! David qiegħed Najot f’Rama.” 20  Minnufih Sawl bagħat xi messaġġiera biex jieħdu lil David. Meta raw lil dawk imdaħħlin fiż-​żmien minn fost il-​profeti jipprofetizzaw, u Samwel kien wieqaf f’postu fuqhom, l-​ispirtu+ t’Alla ġie fuq il-​messaġġiera taʼ Sawl, u dawn bdew iġibu ruħhom taʼ profeti,+ huma wkoll. 21  Meta lil Sawl qalulu b’dan, hu minnufih bagħat messaġġiera oħrajn, u dawn bdew iġibu ruħhom taʼ profeti, huma wkoll. Għalhekk, Sawl reġaʼ bagħat xi messaġġiera, it-​tielet grupp, u dawn bdew iġibu ruħhom taʼ profeti, huma wkoll. 22  Fl-aħħar, hu wkoll mar Rama. Meta wasal saħansitra sal-​ġibjun il-​kbir li qiegħed f’Seku, hu beda jistaqsi u jgħid: “Fejn huma Samwel u David?” Wiġbuh: “Ara! Qegħdin Najot+ f’Rama.” 23  U minn hemmhekk baqaʼ sejjer lejn Najot f’Rama, u l-​ispirtu+ t’Alla ġie fuqu, iva, fuqu, u baqaʼ miexi u baqaʼ jġib ruħu taʼ profeta sakemm wasal Najot f’Rama. 24  U hu wkoll neżaʼ ħwejġu u ġab ruħu, hu wkoll, taʼ profeta quddiem Samwel, u baqaʼ mixħut għarwien dak il-​jum kollu u dak il-​lejl kollu.+ Huwa għalhekk li bdew jgħidu: “Sawl ukoll qiegħed fost il-​profeti?”+

Noti taʼ taħt