1 Samwel 18:1-30

18  U ġara li, malli kien spiċċa jkellem lil Sawl, ruħ Ġonatan+ intrabtet+ maʼ ruħ David, u Ġonatan beda jħobbu bħalu nnifsu.+  Imbagħad Sawl ħadu dakinhar, u ma ħalliehx imur lura lejn dar missieru.+  U Ġonatan u David għamlu patt,+ għaliex kien iħobbu bħalu nnifsu.+  Iktar minn hekk, Ġonatan neżaʼ l-​libsa bla kmiem li kellu fuqu u taha lil David, kif ukoll ħwejġu, u saħansitra s-​sejf u l-​qaws u ċ-​ċinturin tiegħu.  U David beda joħroġ għall-​gwerra. Kulfejn kien jibagħtu Sawl kien jaġixxi bil-​prudenza,+ u b’hekk Sawl qiegħdu fuq il-​gwerriera;+ u din kienet tidher li hi ħaġa tajba f’għajnejn in-​nies kollha, kif ukoll f’għajnejn il-​qaddejja taʼ Sawl.  U ġara li huma u deħlin, meta David ġie lura wara li qatel lill-​Filistin, in-​nisa ħarġu mill-​bliet kollha taʼ Israel biex jiltaqgħu mas-​Sultan Sawl jiżfnu u jkantaw+ ferħanin+ bit-​tanburlini+ u bl-​istrumenti taʼ tliet kordi.*  U n-​nisa li kienu qed jiċċelebraw bdew iwieġbu lil xulxin u jgħidu:“Sawl qatel l-​eluf,U David l-​għaxriet t’eluf.”+  U Sawl beda jirrabja ħafna,+ u dak li qalu deher ħażin f’għajnejh, u b’hekk qal: “Lil David tawh għaxriet t’eluf, imma lili tawni l-​eluf, u jonqoshom jagħtuh biss is-​saltna!”+  U minn dakinhar ’il quddiem Sawl baqaʼ jissuspetta f’David.+ 10  U ġara li l-​għada+ l-​ispirtu ħażin minn Alla beda jaħdem fuq Sawl,+ u għalhekk ġab ruħu taʼ profeta+ ġod-​dar, waqt li David kien qed idoqq b’idu,+ bħall-​jiem taʼ qabel; u Sawl kellu l-​lanza f’idu.+ 11  U Sawl xeħet il-​lanza+ u qal: “Lil David ħa nsammru mal-​ħajt!”+ imma David żgiċċa minn quddiemu, darbtejn.+ 12  U Sawl beda jibżaʼ+ minn David għaliex Ġeħova kien miegħu,+ imma lil Sawl kien telqu.+ 13  Għaldaqstant, Sawl ma ridux jibqaʼ iktar miegħu+ u ħatru bħala kap t’elf; u David kien joħroġ u jidħol regolarment quddiem il-​poplu.+ 14  U David baqaʼ jaġixxi bil-​prudenza+ f’kulma kien jagħmel, u Ġeħova kien miegħu.+ 15  U Sawl ra kemm kien qed jaġixxi bil-​prudenza,+ tant li kien imwerwer minnu. 16  U Israel kollu u Ġuda kienu jħobbu lil David, għaliex hu kien joħroġ u jidħol quddiemhom. 17  Sa fl-​aħħar, Sawl qal lil David: “Hawn hi binti l-​kbira Merab.+ Lilha nagħtik bħala martek.+ Biss urini li int qalbieni u ġġieled il-​gwerer taʼ Ġeħova.”+ Imma Sawl qal bejnu u bejn ruħu: “Ma tkunx idi li tiġi fuqu, imma tkun id il-​Filistin li tiġi fuqu.”+ 18  U David qal lil Sawl: “Jien min jien u min huma qrabati, il-​familja taʼ missieri, f’Israel, sabiex insir ħaten is-​sultan?”+ 19  Madankollu, ġara li, meta Merab, bint Sawl, ngħatat lil David, hi kienet diġà ngħatat lil Għadrijel+ il-​Meħolati+ b’martu. 20  Issa Mikal,+ bint Sawl, kienet tħobbu lil David, u lil Sawl marru jgħidulu b’dan, u din il-​ħaġa għoġbitu. 21  Għalhekk, Sawl qal: “Nagħtihielu biex isservi taʼ nassa għalih,+ u sabiex id il-​Filistin tiġi fuqu.” Għaldaqstant, Sawl qal lil David: “Permezz taʼ waħda miż-​żewġ nisa se titħallat b’rabta taż-​żwieġ miegħi llum.” 22  Iktar minn hekk, Sawl ikkmanda lill-​qaddejja tiegħu: “Kellmu lil David bil-​moħbi u għidulu, ‘Ara! Is-​sultan kuntent bik, u l-​qaddejja kollha tiegħu saru jħobbuk. Għalhekk, issa tħallat b’rabta taż-​żwieġ mas-​sultan.’” 23  U l-​qaddejja taʼ Sawl bdew jgħidu dan il-​kliem biex jisimgħu David, imma David qal: “Hi xi ħaġa faċli f’għajnejkom li nitħallat b’rabta taż-​żwieġ mas-​sultan, meta jien raġel fqir+ u ma tantx jien stmat?”+ 24  Imbagħad il-​qaddejja taʼ Sawl wasslulu r-​rapport u qalulu: “Kliem bħal dan qal David.” 25  Għal dan, Sawl qal: “Hekk għidulu lil David, ‘Is-​sultan ma jitgħaxxaqx bil-​flus li jitħallsu għall-​għarusa,+ imma b’mitt prepuzju+ tal-​Filistin, biex jivvendika+ ruħu mill-​għedewwa tas-​sultan.’” Imma Sawl kien fassal pjan biex iwaqqaʼ lil David b’id il-​Filistin. 26  Għalhekk, il-​qaddejja tiegħu wasslu dan il-​kliem lil David, u din il-​ħaġa għoġbitu lil David, biex jitħallat b’rabta+ taż-​żwieġ mas-​sultan, u l-​jiem kienu għadhom m’għaddewx. 27  Għalhekk, David qam u hu u l-​irġiel tiegħu marru u qatlu+ mitejn raġel Filisti, u David ġab miegħu l-​prepuzji tagħhom+ u tahom kollha lis-​sultan, biex jitħallat b’rabta taż-​żwieġ mas-​sultan. U Sawl tah lil bintu Mikal b’martu.+ 28  U Sawl ra u kien jaf li Ġeħova kien maʼ David.+ U Mikal, bint Sawl, kienet tħobbu.+ 29  U għal darb’oħra Sawl beda jibżaʼ iktar u iktar minħabba David, u Sawl baqaʼ dejjem għadu taʼ David.+ 30  U l-​prinċpijiet+ tal-​Filistin kienu joħorġu għall-​gwerra, u kien jiġri li kull darba li kienu joħorġu David kien l-​iktar wieħed li jaġixxi bil-​prudenza+ mill-​qaddejja kollha taʼ Sawl; u ismu sar prezzjuż ferm.+

Noti taʼ taħt

Jew, “bl-​iljuti.”