1 Samwel 16:1-23

16  U Ġeħova qal lil Samwel: “Kemm se ddum issewwed qalbek minħabba Sawl,+ filwaqt li jien, min-​naħa tiegħi, warrabtu biex ma jsaltanx fuq Israel?+ Imla l-​qarn tiegħek biż-​żejt+ u mur. Se nibagħtek għand Ġesse,+ il-​Betlehemi, għaliex minn fost uliedu jien għażilt sultan għalija.”+  Imma Samwel qal: “Kif nistaʼ mmur? Malli Sawl jismaʼ b’dan żgur li joqtolni.”+ U Ġeħova ssokta jgħidlu: “Għandek tieħu miegħek għoġla mill-​merħla, u tgħid, ‘Ġejt biex noffri sagrifiċċju lil Ġeħova.’+  U sejjaħ lil Ġesse għas-​sagrifiċċju; u jien, min-​naħa tiegħi, ngħarrfek x’għandek tagħmel,+ u int tidlikli+ lil dak li nagħżillek jien.”  U Samwel għamel dak li qallu Ġeħova. Meta wasal Betlehem+ ix-​xjuħ tal-​belt laqgħuh jirtogħdu,+ u għalhekk qalulu: “Ġejt hawnhekk bis-​sliem?”+  Qalilhom: “Bis-​sliem. Ġejt biex noffri sagrifiċċju lil Ġeħova. Tqaddsu,+ u ejjew miegħi għas-​sagrifiċċju.” Imbagħad hu qaddes lil Ġesse u lil uliedu, u wara sejħilhom għas-​sagrifiċċju.  U ġara li, hekk kif daħlu u hu lemaħ lil Eljab,+ hu qal minnufih: “Żgur li l-​midluk taʼ Ġeħova qiegħed quddiemu.”  Imma Ġeħova qal lil Samwel: “Tħarisx lejn id-​dehra tiegħu u lejn it-​tul taʼ l-​istatura tiegħu,+ għax jien warrabtu. Għax mhux bħalma jara l-​bniedem jara Alla,+ għaliex il-​bniedem jara dak li jidher f’għajnejh;+ imma Ġeħova jara l-​qalb.”+  Imbagħad Ġesse sejjaħ lil Abinadab+ u għaddieh minn quddiem Samwel, imma dan qal: “Lanqas lil dan m’għażel Ġeħova.”  Imbagħad Ġesse għadda lil Sammah,+ imma hu qal: “Lanqas lil dan m’għażel Ġeħova.” 10  Għalhekk, Ġesse għadda lil sebgħa minn uliedu subien minn quddiem Samwel; xorta waħda Samwel qal lil Ġesse: “Ġeħova m’għażilx lil dawn.” 11  Fl-aħħar, Samwel qal lil Ġesse: “Dawn huma s-​subien kollha?” U dan wieġbu: “S’issa l-​iżgħar wieħed tħalla barra,+ għax qed jirgħa n-​nagħaġ.”+ Samwel qal lil Ġesse: “Ibgħat għalih u ġibu, għaliex m’aħniex se noqogħdu bil-​qiegħda nieklu qabel ma jiġi hawnhekk.” 12  Għalhekk, bagħat għalih u ġiegħlu jiġi. Issa dan kien żagħżugħ ħamrani,+ b’għajnejh sbieħ u kellu sura sabiħa. Imbagħad Ġeħova qal: “Qum, idilku, għax dan hu!”+ 13  Għaldaqstant, Samwel ħa l-​qarn taż-​żejt+ u dilku f’nofs ħutu. U l-​ispirtu taʼ Ġeħova beda jaħdem fuq David minn dakinhar ’il quddiem.+ Iktar tard Samwel qam u telaq lejn Rama.+ 14  U l-​ispirtu taʼ Ġeħova telaq+ minn fuq Sawl, u spirtu ħażin+ minn Ġeħova werwru. 15  U l-​qaddejja taʼ Sawl bdew jgħidulu: “Ara! Issa l-​ispirtu ħażin minn Alla qed iwerwrek. 16  Jekk jogħġbok, ħalli sidna jikkmanda lill-​qaddejja tiegħek quddiemek biex ifittxu raġel li jdoqq l-​arpa+ bis-​sengħa.+ U jiġri li, meta l-​ispirtu ħażin minn Alla jiġi fuqek, hu jibda jdoqq b’idu, u int żgur li tħossok aħjar.” 17  Għalhekk, Sawl qal lill-​qaddejja tiegħu: “Sibuli, jekk jogħġobkom, raġel li jaf idoqq tajjeb, u ġibuhuli.”+ 18  U wieħed mill-​qaddejja wieġeb u qal: “Ara! Rajt kemm bin Ġesse, il-​Betlehemi, idoqq bis-​sengħa,+ u hu raġel qalbieni u setgħan,+ gwerrier,+ kelliemi intelliġenti,+ u raġel mibni tajjeb,+ u Ġeħova qiegħed miegħu.”+ 19  Imbagħad Sawl bagħat xi messaġġiera għand Ġesse u qalulu: “Ibgħatli lil ibnek David, li qiegħed mal-​merħla.”+ 20  Għalhekk, Ġesse ħa ħmar, ħobż u flixkun tal-​ġild+ mimli nbid u gidi u bagħathom lil Sawl b’id ibnu David.+ 21  B’hekk, David ġie għand Sawl u qagħad jaqdih;+ u hu ħabbu ħafna, u sar dak li kien iġorrlu l-​armi.+ 22  Għaldaqstant, Sawl bagħat jgħid lil Ġesse: “Jekk jogħġbok, ħa jibqaʼ jaqdini David, għax sab il-​ħniena f’għajnejja.” 23  U kien jiġri li, meta l-​ispirtu minn Alla kien jiġi fuq Sawl, David kien jaqbad l-​arpa u jibda jdoqq b’idu; u Sawl kien jistrieħ u jħossu aħjar, u l-​ispirtu ħażin kien jitlaq minn fuqu.+

Noti taʼ taħt