1 Samwel 15:1-35

15  Imbagħad Samwel qal lil Sawl: “Ġeħova lili bagħat biex nidilkek+ bħala sultan fuq il-​poplu tiegħu Israel, u issa ismaʼ mill-​kliem li jgħidlek Ġeħova.+  Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati,+ ‘Nitlob kont+ minn Għamalek taʼ dak li għamel lil Israel meta ħadha kontrih hu u tielaʼ mill-​Eġittu.+  Issa mur, u aħbat għal Għamalek+ u eqirdu għalkollox*+ b’kulma għandu, u m’għandekx turi ħniena miegħu, u oqtolhom,+ sew raġel u sew mara, sew tfal u sew trabi tal-​ħalib,+ sew barri u sew nagħġa, sew ġemel u sew ħmar.’”+  Għaldaqstant, Sawl sejjaħ lill-​poplu u għaddu f’Telajm,+ mitejn elf raġel bil-​mixi u għaxart elef raġel minn Ġuda.+  U Sawl wasal saħansitra sal-​belt t’Għamalek u qagħad għassa mistoħbi ħdejn il-​wied.  Sadanittant, Sawl qal lill-​Kenin:+ “Morru, itilqu,+ inżlu minn nofs l-​Għamalekin, biex ma nkaxkarkomx magħhom. Inkwantu għalikom, intom eżerċitajtu l-​qalb tajba bl-​imħabba maʼ l-​ulied kollha taʼ Israel+ meta kienu telgħin mill-​Eġittu.”+ Għalhekk, il-​Kenin telqu minn nofs Għamalek.  Imbagħad Sawl ħabat għal Għamalek+ minn Ħawila+ saħansitra sa Sur,+ fil-​lvant taʼ l-​Eġittu.  U lil Agag,+ is-​sultan t’Għamalek, qabdu ħaj, u n-​nies l-​oħrajn kollha qeridhom b’xifer is-​sejf.+  Imma Sawl u n-​nies ġiethom ħniena minn Agag u mill-​aħjar fost in-​nagħaġ u l-​baqar+ u l-​annimali smien u mill-​imtaten u minn kulma kien tajjeb, u ma xtaqux jeqirduhom.+ U l-​affarijiet kollha li kienu mistmerrin u mwarrbin, lil dawn qerduhom għalkollox. 10  Issa Ġeħova kellem lil Samwel u qallu: 11  “Jiddispjaċini+ li għamilt lil Sawl sultan, għaliex hu dar+ lura u ma baqax jimxi warajja, u kliemi ma wettqux.”+ U dan nikket lil Samwel,+ u baqaʼ l-​lejl kollu jgħajjat lil Ġeħova.+ 12  Imbagħad Samwel qam kmieni biex jiltaqaʼ maʼ Sawl fil-​għodu. Imma lil Samwel waslitlu l-​aħbar li kienet tgħid: “Sawl mar Karmel,+ u bena monument+ bħala tifkira għalih, u mbagħad dar u qasam u niżel lejn Gilgal.” 13  Sa fl-​aħħar, Samwel mar għand Sawl, u Sawl qallu: “Imbierek+ int minn Ġeħova. Jien wettaqt il-​kelma taʼ Ġeħova.”+ 14  Imma Samwel qallu: “Allura x’inhu dan il-​ħoss tan-​nagħaġ f’widnejja, u l-​ħoss tal-​baqar li qed nismaʼ?”+ 15  U Sawl wieġbu: “Mingħand l-​Għamalekin ġabuhom, għaliex in-​nies+ ġiethom ħasra mill-​aħjar nagħaġ u baqar li kien hemm sabiex joffruhom bħala sagrifiċċju lil Ġeħova Alla tiegħek;+ imma dak li kien fadal qridnieh għalkollox.” 16  U Samwel qal lil Sawl: “Ieqaf! U ngħidlek x’qalli Ġeħova l-​lejl l-​ieħor.”+ Għalhekk, qallu: “Tkellem!” 17  U Samwel issokta jgħidlu: “Mhux meta kont tħossok ċkejken f’għajnejk stess+ li sirt kap tat-​tribujiet taʼ Israel, u Ġeħova dilkek+ bħala sultan fuq Israel? 18  Iktar tard Ġeħova bagħtek fuq inkarigu u qallek, ‘Mur u eqred lill-​midinbin,+ lill-​Għamalekin, u ġġieled kontrihom sakemm tkun qridthom għalkollox.’+ 19  Għalhekk, għala ma smajtx minn leħen Ġeħova imma nxtħett b’regħba fuq il-​priża+ u għamilt dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova?”+ 20  Madankollu, Sawl qal lil Samwel: “Imma jien smajt+ minn leħen Ġeħova għax mort fuq l-​inkarigu li Ġeħova kien bagħatni nwettaq u ġibt lil Agag,+ is-​sultan t’Għamalek, imma lil Għamalek qridtu għalkollox.+ 21  U n-​nies+ ħadu mill-​priża l-​aqwa nagħaġ u baqar li kien hemm bħala xi ħaġa dedikata għall-​qerda,* biex joffruhom bħala sagrifiċċju+ lil Ġeħova Alla tiegħek f’Gilgal.”+ 22  Għal dan, Samwel qallu: “Jitgħaxxaq Ġeħova bl-​offerti tal-​ħruq+ u bis-​sagrifiċċji daqskemm jitgħaxxaq b’wieħed li jismaʼ minn leħen Ġeħova? Ara! Li tobdi+ hu aħjar minn xi sagrifiċċju,+ li toqgħod attent aħjar mix-​xaħam+ taʼ l-​imtaten; 23  għax ir-​ribelljoni+ hi l-​istess bħad-​dnub tat-​teħbir,+ u l-​prużunzjoni l-​istess bħall-​magħmul u t-​terafim.*+ Ladarba int ċħadt il-​kelma taʼ Ġeħova,+ hu jiċħad lilek milli tkun sultan.”+ 24  Imbagħad Sawl qal lil Samwel: “Dnibt;+ għax ksirt l-​ordni taʼ Ġeħova u kliemek, għaliex bżajt min-​nies,+ u għalhekk smajt minn leħinhom. 25  U issa, jekk jogħġbok, aħfer+ id-​dnub tiegħi u erġaʼ lura miegħi sabiex ninxteħet fl-​art+ quddiem Ġeħova.” 26  Imma Samwel qal lil Sawl: “Ma nerġax lura miegħek, għax int ċħadt il-​kelma taʼ Ġeħova, u Ġeħova jiċħad lilek milli tibqaʼ sultan fuq Israel.”+ 27  Hekk kif Samwel dar biex imur, minnufih qabadlu tarf il-​libsa bla kmiem tiegħu, imma din iċċartet.+ 28  U Samwel qallu: “Illum Ġeħova ċarrat+ il-​ħakma rjali taʼ Israel minn fuqek, u żgur li jagħtiha lil xi ħadd minn sħabek li hu aħjar minnek.+ 29  U, minbarra dan, l-​Eċċellenza taʼ Israel+ ma jimxix bil-​qerq,+ u Hu ma jerġax jibdielu, għax Hu m’huwiex xi bniedem sabiex jerġaʼ jibdielu.”+ 30  Għal dan, qallu: “Dnibt. Issa onorani,+ jekk jogħġbok, quddiem ix-​xjuħ tal-​poplu tiegħi u quddiem Israel u erġaʼ lura miegħi, u jien żgur li ninxteħet fl-​art quddiem Ġeħova Alla tiegħek.”+ 31  Għalhekk, Samwel reġaʼ lura wara Sawl, u Sawl inxteħet fl-​art quddiem Ġeħova. 32  Imbagħad Samwel qal: “Ġibu lil Agag, is-​sultan t’Għamalek, ħdejja.” U Agag mar ħdejh kontra qalbu, u Agag beda jgħid bejnu u bejn ruħu: “Żgur li m’iniex se ngħaddi mill-​esperjenza kerha tal-​mewt.” 33  Madankollu, Samwel qallu: “Bħalma s-​sejf+ tiegħek ħalla lin-​nisa bla tfal, bl-​istess mod ommok+ se titħalla bla tfal fost in-​nisa.”+ U Samwel qattaʼ lil Agag biċċiet quddiem Ġeħova f’Gilgal.+ 34  Samwel issa telaq fi triqtu lejn Rama, u Sawl, min-​naħa tiegħu, telaʼ lejn daru f’Gibegħa+ taʼ Sawl. 35  U Samwel ma reġax ra lil Sawl sa dakinhar li miet, għaliex Samwel sewwed qalbu+ minħabba Sawl. Imma Ġeħova ddispjaċieh li kien għamel lil Sawl sultan fuq Israel.+

Noti taʼ taħt

Jew, “iddedikah għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt. F’versi 8, 9, 15, 18, u 20 ukoll.
Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.
Ara Ġen 31:19, in-​nota taʼ taħt.