1 Samwel 14:1-52

14  U ġara li jum wieħed Ġonatan,+ bin Sawl, qal lill-​qaddej li kien iġorrlu l-​armi: “Ejja ħa naqsmu lejn l-​għassa tal-​Filistin li qegħdin in-​naħa l-​oħra hemmhekk.” Imma lil missieru ma qallux b’dan.+  U Sawl kien qed jgħammar fit-​truf taʼ Gibegħa+ taħt is-​siġra tar-​rummien li qiegħda f’Migron; u n-​nies li kienu miegħu kienu madwar sitt mitt raġel.+  (U Aħija, bin Aħitub,+ ħu Ikabod,+ bin Fineħas,+ bin Għeli,+ il-​qassis taʼ Ġeħova f’Silo,+ kien qed iġorr l-​efod.)+ U n-​nies ma kinux jafu li Ġonatan kien telaq.  Issa bejn il-​passaġġi li fittex Ġonatan biex jaqsam għan-​naħa l-​oħra lejn l-​għassa+ tal-​Filistin kien hemm sinna blat fuq naħa waħda u sinna blat fuq in-​naħa l-​oħra, u isem waħda minnhom kien Boses u isem l-​oħra kien Sene.  Sinna waħda kienet pilastru fit-​tramuntana faċċata taʼ Mikmax,+ u l-​oħra kienet fin-​nofsinhar faċċata taʼ Geba.+  Għalhekk, Ġonatan qal lill-​qaddej li kien iġorrlu l-​armi: “Ejja ħa naqsmu lejn l-​għassa taʼ dawn l-​irġiel mhux ċirkonċiżi.+ Forsi Ġeħova jgħinna, għax m’hemmx xi jfixkel lil Ġeħova milli jsalvana b’ħafna jew bi ftit.”+  Għalhekk, dak li kien iġorrlu l-​armi qallu: “Agħmel kulma tixtieq qalbek. Dur lejn fejn jogħġbok. Ara! Jien miegħek f’kulma tgħidlek qalbek.”+  Imbagħad Ġonatan qallu: “Ara! Ħa naqsmu lejn l-​irġiel u nuru lilna nfusna lilhom.  Jekk jgħidulna hekk, ‘Ieqfu hemm sakemm niġu ħdejkom!’ irridu nieqfu fejn inkunu, u m’għandniex nitilgħu sa ħdejhom. 10  Imma jekk jgħidulna hekk, ‘Itilgħu kontrina!’ irridu nitilgħu, għaliex Ġeħova żgur li jagħtihomlna f’idejna, u dan ikun is-​sinjal għalina.”+ 11  U t-​tnejn li huma wrew lilhom infushom lill-​għassa tal-​Filistin. U l-​Filistin qalulhom: “Ara! L-​Ebrej ħerġin mill-​ħofor fejn inħbew.”+ 12  Għalhekk, l-​irġiel taʼ l-​għassa kellmu lil Ġonatan u lil dak li kien iġorrlu l-​armi u qalulhom: “Itilgħu ħdejna, u nurukom xi ħaġa!”+ Minnufih Ġonatan qal lil dak li kien iġorrlu l-​armi: “Itlaʼ warajja, għaliex Ġeħova żgur li jagħtihom f’idejn Israel.”+ 13  U Ġonatan baqaʼ tielaʼ fuq idejh+ u saqajh, u dak li kien iġorrlu l-​armi warajh; u l-​Filistin bdew jaqgħu quddiem Ġonatan,+ u dak li kien iġorrlu l-​armi beda joqtolhom warajh.+ 14  U l-​ewwel qatla li Ġonatan u dak li kien iġorrlu l-​armi wettqu fuqhom kienet tammonta għal madwar għoxrin raġel f’tul taʼ madwar nofs radda f’għalqa li żewġ barrin jistgħu jaħartu f’ġurnata. 15  Imbagħad seħħ tregħid+ fil-​kamp fir-​rabaʼ u fost in-​nies kollha taʼ l-​għassa; u l-​forza armata li kienet toħroġ tisraq u tħarbat+ triegħdet, u l-​art bdiet titheżżeż,+ u ġara li dan kien tregħid minn Alla.+ 16  U l-​għassiesa taʼ Sawl f’Gibegħa+ taʼ Benjamin rawh dan, u l-​konfużjoni nfirxet ’l hemm u ’l hawn.+ 17  U Sawl qal lin-​nies li kienu miegħu: “Għoddu, jekk jogħġobkom, u araw min telaq minn magħna.” Meta għaddew, sabu li Ġonatan u dak li kien iġorrlu l-​armi ma kinux hemm. 18  Sawl issa qal lil Aħija:+ “Ġibha qrib l-​arka taʼ l-​Alla l-​veru!”+ (Għax l-​arka taʼ l-​Alla l-​veru dakinhar kienet maʼ wlied Israel.)+ 19  U ġara li, waqt li Sawl kien qed jitkellem mal-​qassis,+ il-​konfużjoni li kien hemm fil-​kamp tal-​Filistin baqgħet tiżdied, u saret akbar u akbar. Imbagħad Sawl qal lill-​qassis: “Neħħi idek.” 20  B’hekk, Sawl u n-​nies kollha li kienu miegħu ssejħu biex jinġabru.+ Għalhekk, waslu saħansitra sal-​battalja, u s-​sejf taʼ kull wieħed kien ġie kontra sieħbu;+ il-​konfużjoni kienet kbira ferm. 21  U l-​Ebrej li qabel kienu marru mal-​Filistin+ u li kienu telgħu magħhom fil-​kamp minn kull naħa, saħansitra huma wkoll urew li kienu maʼ Israel li kien maʼ Sawl u maʼ Ġonatan. 22  L-irġiel kollha taʼ Israel li kienu moħbijin+ fir-​reġjun muntanjuż t’Efrajm semgħu li l-​Filistin kienu ħarbu, u huma wkoll telqu jiġru warajhom fil-​battalja. 23  U Ġeħova dakinhar salva+ lil Israel, u l-​battalja għaddiet għal Bet-awen.+ 24  U dakinhar l-​irġiel taʼ Israel kienu għajjenin, u madankollu Sawl rabat in-​nies b’ħalfa+ u qalilhom: “Misħut ir-​raġel li jiekol il-​ħobż qabel fil-​għaxija u sakemm inkun għamilt vendetta+ mill-​għedewwa tiegħi!” U ħadd min-​nies ma daq il-​ħobż.+ 25  U n-​nies kollha tal-​pajjiż daħlu fil-​bosk, meta kien hemm l-​għasel+ fuq wiċċ ir-​rabaʼ. 26  Meta n-​nies daħlu fil-​bosk, raw li l-​għasel kien qed iqattar,+ imma ma kien hemm ħadd li ressaq idu maʼ ħalqu, għaliex in-​nies kienu jibżgħu mill-​ħalfa.+ 27  Inkwantu għal Ġonatan, hu ma kienx qed jismaʼ meta missieru ġiegħel lin-​nies jaħilfu,+ u għalhekk medd it-​tarf tal-​ħatar li kellu f’idu u billu fix-​xehda taʼ l-​għasel u ressaq idu maʼ ħalqu, u għajnejh xegħlu.+ 28  Imbagħad wieħed mill-​poplu wieġeb u qal: “Missierek ġiegħel lin-​nies jaħilfu solennement u qalilhom, ‘Misħut ir-​raġel li jiekol il-​ħobż illum!’”+ (U n-​nies bdew jegħjew.)+ 29  Madankollu, Ġonatan qal: “Missieri għamel il-​ħsara+ lill-​pajjiż. Araw, jekk jogħġobkom, kif xegħlu għajnejja għaliex doqt dan il-​ftit għasel.+ 30  Kemm kienet tkun akbar ir-​rebħa llum kieku n-​nies imqar kielu+ mill-​priża li sabu taʼ l-​għedewwa tagħhom!+ Għax issa l-​qatla fuq il-​Filistin mhix kbira.”+ 31  U dakinhar baqgħu joqtlu lill-​Filistin minn Mikmax+ sa Ajjalon,+ u n-​nies saru għajjenin ħafna.+ 32  U n-​nies bdew jinxteħtu b’regħba fuq il-​priża+ u jieħdu nagħaġ u baqar u għoġiela u joqtluhom fuq l-​art, u n-​nies bdew jieklu l-​laħam bid-​demm.+ 33  Għalhekk, kellmu lil Sawl u qalulu: “Ara! In-​nies qed jidinbu kontra Ġeħova għax qed jieklu l-​laħam bid-​demm.”+ Qalilhom: “Intom aġixxejtu bi tradiment. L-​ewwelnett, gerbu ġebla kbira lejja.” 34  Wara dan, Sawl qal: “Xterdu qalb in-​nies, u għidulhom, ‘Ġibu ħdejja, kull wieħed minnkom, il-​barri tiegħu u, kull wieħed, in-​nagħġa tiegħu, u oqtluhom f’dan il-​post u kuluhom, u tidinbux kontra Ġeħova billi tieklu l-​laħam flimkien mad-​demm.’”+ Għaldaqstant, in-​nies kollha ġabu kull wieħed il-​barri tiegħu li kien f’idu dak il-​lejl u qatlu hemmhekk. 35  U Sawl bena artal+ lil Ġeħova. Dan kien l-​ewwel artal li bena lil Ġeħova.+ 36  Iktar tard Sawl qal: “Ejjew ninżlu wara l-​Filistin bil-​lejl u naħtfuhom bħala priża sa ma jisbaħ fil-​għodu,+ u ma nħallu lanqas wieħed fosthom.”+ U huma qalulu: “Agħmel dak li jidher li hu tajjeb f’għajnejk.” Imbagħad il-​qassis qallu: “Ejja nersqu hawnhekk lejn l-​Alla l-​veru.”+ 37  U Sawl beda jistaqsi lil Alla: “Għandi ninżel wara l-​Filistin?+ Se tagħtihom int f’idejn Israel?”+ U hu ma wiġbux dakinhar.+ 38  Għalhekk, Sawl qal: “Ejjew hawnhekk,+ intom l-​irġiel ewlenin kollha tal-​poplu,+ u tkixxfu u araw b’liema mod sar dan id-​dnub illum. 39  Għax daqskemm hu ħaj Ġeħova, li hu l-​Ħellies taʼ Israel, saħansitra jekk dan sar minn ibni Ġonatan, xorta waħda hu żgur li jmut.”+ Imma ħadd mill-​poplu kollu ma wieġbu. 40  U hu ssokta jgħid lil Israel kollu: “Intom oqogħdu fuq naħa waħda, u jien u ibni Ġonatan—noqogħdu fuq in-​naħa l-​oħra.” U l-​poplu qal lil Sawl: “Agħmel dak li jidher li hu tajjeb f’għajnejk.”+ 41  U Sawl qal lil Ġeħova: “O Alla taʼ Israel, wieġeb permezz tat-​Tummim!”+ Imbagħad intgħażlu Ġonatan u Sawl, u n-​nies ħarġu barra.+ 42  Sawl issa qal: “Itfgħu x-​xorti+ biex tagħżlu bejni u bejn ibni Ġonatan.” U ntgħażel Ġonatan. 43  Imbagħad Sawl qal lil Ġonatan: “Għidli, X’għamilt?”+ Għalhekk, Ġonatan wieġbu u qallu: “Jien, fil-​fatt, doqt ftit għasel fuq it-​tarf tal-​ħatar li għandi f’idi.+ Hawn jien! Ħa mmut!” 44  U Sawl qal: “Jalla jagħmilli hekk Alla u iktar minn hekk,+ jekk int żgur li ma tmutx,+ Ġonatan.” 45  Imma l-​poplu qal lil Sawl: “Ġonatan se jmut, li wettaq salvazzjoni+ kbira bħal din f’Israel? Lanqas biss jgħaddilna minn moħħna!+ Daqskemm hu ħaj Ġeħova,+ lanqas xagħra waħda+ minn rasu ma taqaʼ fl-​art; għax kien m’Alla li ħadem f’dan il-​jum.”+ B’hekk, il-​poplu feda+ lil Ġonatan, u dan ma mietx. 46  Għalhekk, Sawl ma baqax jiġri wara l-​Filistin, u l-​Filistin marru lejn posthom.+ 47  U Sawl beda jsaltan fuq Israel+ u mar jiggwerra kontra l-​għedewwa kollha tiegħu taʼ madwaru, kontra Mowab,+ kontra wlied Għammon,+ kontra Edom,+ kontra s-​slaten taʼ Soba,+ u kontra l-​Filistin;+ u kulfejn kien idur kien jagħti l-​kundanna.+ 48  U ssokta jaġixxi bi qlubija+ u jeqred lil Għamalek+ u jeħles lil Israel minn id min kien iħarbathom. 49  U wlied Sawl kienu Ġonatan,+ Iswi, u Malki-sugħa,+ u, dwar l-​ismijiet taż-​żewġt ibniet tiegħu, dik li twieldet l-​ewwel kien jisimha Merab+ u ż-​żgħira kien jisimha Mikal.+ 50  U mart Sawl kien jisimha Aħinogħam, bint Aħimgħas, u l-​kap taʼ l-​armata tiegħu kien jismu Abner,+ bin Ner, iz-​ziju taʼ Sawl. 51  U Kis+ kien missier Sawl, u Ner,+ missier Abner, kien bin Abijel. 52  U l-​gwerra kontra l-​Filistin kienet ħarxa l-​jiem kollha taʼ Sawl.+ Meta Sawl kien jara xi raġel b’saħħtu jew bniedem qalbieni, kien jiġbru għal miegħu.+

Noti taʼ taħt