1 Samwel 12:1-25

12  Fl-aħħar, Samwel qal lil Israel kollu: “Ara! Smajt minn leħinkom dwar kulma għedtuli,+ li għandi nagħmlilkom sultan biex isaltan fuqkom.+  U issa hawn hu s-​sultan miexi quddiemkom!+ Inkwantu għalija, jien xjaħt+ u xagħri sar griż,+ u wliedi, hawn huma magħkom,+ u jien—jien imxejt quddiemkom minn żgħożiti sa dan il-​jum.+  Hawn jien. Ixhdu kontrija quddiem Ġeħova u quddiem il-​midluk tiegħu:+ Il-​barri taʼ min ħadt jien+ jew il-​ħmar taʼ min ħadt jien jew lil min imbroljajt jew lil min farrakt jew minn id min aċċettajt flus tas-​skiet biex għamieli għajnejja bihom?+ U jien irroddhomlkom.”+  Għal dan, qalulu: “La imbroljajtna, la farraktna, u lanqas minn id ħadd m’aċċettajt xi ħaġa.”+  Għalhekk, qalilhom: “Ġeħova hu xhud kontrikom, u l-​midluk tiegħu+ hu xhud dan il-​jum li ma sibtu assolutament xejn f’idi.”+ Għal dan, qalu: “Hu xhud.”  U Samwel issokta jgħid lin-​nies: “Ġeħova hu xhud li uża lil Mosè u lil Aron u li tellaʼ lil missirijietkom mill-​art taʼ l-​Eġittu.+  U issa ħudu postkom, u jien nagħmel ħaqq minnkom quddiem Ġeħova u nirrakkontalkom l-​atti ġusti+ kollha taʼ Ġeħova li għamel magħkom u maʼ missirijietkom.  “Malli Ġakobb kien ġie l-​Eġittu+ u missirijietkom bdew jgħajtu lil Ġeħova għall-​għajnuna,+ Ġeħova bagħat lil Mosè+ u lil Aron, sabiex joħorġu lil missirijietkom mill-​Eġittu u jġegħelhom jgħammru f’dan il-​post.+  U dawn insewh lil Ġeħova Alla tagħhom,+ u b’hekk biegħhom+ f’id Sisera,+ il-​kap taʼ l-​armata taʼ Ħasor, u f’id il-​Filistin+ u f’id is-​sultan taʼ Mowab,+ u dawn baqgħu jiġġieldu kontrihom. 10  U bdew jgħajtu lil Ġeħova għall-​għajnuna+ u jgħidu, ‘Dnibna,+ għax tlaqna lil Ġeħova biex naqdu lill-​Bagħalim+ u lix-​xbihat t’Għastoret;+ u issa eħlisna+ minn id l-​għedewwa tagħna, sabiex naqduk.’ 11  U Ġeħova bagħat lil Ġerubbagħal,+ lil Bedan, lil Ġefta,+ u lil Samwel+ u ħeliskom minn id l-​għedewwa kollha taʼ madwarkom, sabiex tgħammru fis-​sigurtà.+ 12  Meta rajtu li Naħas,+ is-​sultan taʼ wlied Għammon, kien ġie kontrikom, bqajtu tgħiduli, ‘Le, imma għandu jsaltan fuqna sultan!’+ u sadanittant Ġeħova Alla tagħkom kien is-​Sultan tagħkom.+ 13  U issa hawn hu s-​sultan li għażiltu, li tlabtu;+ u Ġeħova poġġa sultan fuqkom.+ 14  Jekk tibżgħu minn Ġeħova+ u taqduh+ u tisimgħu minn leħnu,+ u ma tirribellawx+ kontra l-​ordni taʼ Ġeħova, kemm intom kif ukoll is-​sultan li għad isaltan fuqkom turu li intom segwaċi taʼ Ġeħova Alla tagħkom. 15  Imma jekk ma tisimgħux minn leħen Ġeħova+ u tirribellaw kontra l-​ordni taʼ Ġeħova,+ id Ġeħova tkun kontrikom u kontra missirijietkom.+ 16  Issa, ukoll, ħudu postkom u araw din il-​ħaġa kbira li Ġeħova qed jagħmel quddiem għajnejkom. 17  M’huwiex il-​ħsad+ tal-​qamħ illum? Insejjaħ+ lil Ġeħova biex jibgħat ir-​ragħad u x-​xita;+ imbagħad tkunu tafu u taraw li l-​ħażen li għamiltu hu kbir ferm+ f’għajnejn Ġeħova meta tlabtu sultan għalikom.” 18  Minnufih Samwel sejjaħ lil Ġeħova,+ u Ġeħova bagħat ir-​ragħad u x-​xita dakinhar,+ u b’hekk in-​nies kollha beżgħu ferm minn Ġeħova u minn Samwel. 19  U n-​nies kollha bdew jgħidu lil Samwel: “Itlob+ għan-​nom tal-​qaddejja tiegħek lil Ġeħova Alla tiegħek, għax ma rridux immutu; għaliex mad-​dnubiet kollha tagħna żidna dan il-​ħażen meta tlabna li jkollna sultan.” 20  Għalhekk, Samwel qal lin-​nies: “Tibżgħux.+ Intom—intom għamiltu dan il-​ħażen kollu. Biss titwarrbux milli ssegwu lil Ġeħova,+ u aqdu lil Ġeħova b’qalbkom kollha.+ 21  U titwarrbux biex issegwu affarijiet m’humiex reali+ li m’huma t’ebda benefiċċju+ u li ma jeħilsux lil dak li jkun, għaliex huma affarijiet m’humiex reali. 22  Għax Ġeħova ma jabbandunax+ lill-​poplu tiegħu minħabba ismu l-​kbir,+ għaliex Ġeħova għoġbu jagħmilkom il-​poplu tiegħu.+ 23  Inkwantu għalija wkoll, jien ma jgħaddilix minn moħħi, min-​naħa tiegħi, li nidneb kontra Ġeħova billi ma nibqax nitlob għan-​nom tagħkom;+ u rrid ngħallimkom+ it-​triq li hi tajba+ u sewwa. 24  Biss ibżgħu+ minn Ġeħova, u aqduh bil-​verità b’qalbkom+ kollha; għax araw x’affarijiet kbar għamel għalikom.+ 25  Imma jekk b’ras iebsa tagħmlu dak li hu ħażin, tinqerdu,+ kemm intom u kemm is-​sultan tagħkom.”+

Noti taʼ taħt