1 Samwel 11:1-15

11  U Naħas l-​Għammoni+ telaʼ u kkampja kontra Ġabes+ f’Gilegħad. U l-​irġiel kollha taʼ Ġabes qalu lil Naħas: “Agħmel patt magħna sabiex naqduk.”+  Imbagħad Naħas l-​Għammoni qalilhom: “B’din il-​kundizzjoni nagħmel patt magħkom, bil-​kundizzjoni li naqlaʼ+ l-​għajn il-​leminija tagħkom kollha u nqegħedha bħala għajb fuq Israel kollu.”+  Imbagħad ix-​xjuħ taʼ Ġabes qalulu: “Agħtina sebat ijiem żmien, u nibagħtu messaġġiera fit-​territorju kollu taʼ Israel u, jekk ma jkun hemm ħadd min isalvana,+ ikollna niġu għandek.”  U l-​messaġġiera ġew Gibegħa+ taʼ Sawl u qalu l-​kliem biex jisimgħuh in-​nies, u n-​nies kollha bdew jgħollu leħinhom u jibku.+  Imma Sawl kien ġej mill-​għalqa wara l-​merħla, u Sawl qal: “Xi ġralhom in-​nies biex qed jibku?” U rrakkontawlu dak li qalu l-​irġiel taʼ Ġabes.  U l-​ispirtu+ t’Alla beda jaħdem fuq Sawl malli semaʼ dan il-​kliem, u r-​rabja tiegħu xegħlet bis-​sħiħ.+  Għalhekk, ħa par barrin u qattagħhom biċċiet u bagħathom fit-​territorju kollu taʼ Israel+ b’id il-​messaġġiera u qal: “Kulmin minna ma joħroġx bħala segwaċi taʼ Sawl u taʼ Samwel, hekk isirilhom lill-​baqar tiegħu!”+ U l-​biżaʼ+ taʼ Ġeħova+ waqaʼ fuq in-​nies, u b’hekk dawn ħarġu bħal bniedem wieħed.+  Imbagħad għaddhom+ f’Beżek, u wlied Israel ammontaw għal tliet mitt elf, u l-​irġiel taʼ Ġuda tletin elf.  Issa lill-​messaġġiera li kienu ġew qalulhom: “Hekk għidulhom lill-​irġiel taʼ Ġabes f’Gilegħad, ‘Għada sseħħilkom is-​salvazzjoni meta tisħon ix-​xemx.’”+ U l-​messaġġiera marru u taw l-​aħbar lill-​irġiel taʼ Ġabes, u dawn ferħu. 10  Għaldaqstant, l-​irġiel taʼ Ġabes qalu lill-​Għammonin: “Għada niġu għandkom, u agħmlulna skond kulma hu tajjeb f’għajnejkom.”+ 11  U ġara li l-​għada Sawl+ qassam in-​nies fi tliet gruppi;+ u dawn daħlu f’nofs il-​kamp matul l-​għassa taʼ fil-​għodu*+ u qatlu lill-​Għammonin+ sakemm saħan il-​jum. U dawk il-​ftit li baqgħu ħajjin ġew imxerrdin sakemm ma kienx għad baqaʼ fosthom tnejn flimkien.+ 12  U n-​nies bdew jgħidu lil Samwel: “Min qed jgħid, ‘Sawl—hu se jkun sultan fuqna?’+ Agħtuna f’idejna lil dawn l-​irġiel, sabiex nagħtuhom il-​mewt.”+ 13  Madankollu, Sawl qal: “Lanqas raġel wieħed m’għandu jingħata l-​mewt f’dan il-​jum,+ għaliex illum Ġeħova wettaq is-​salvazzjoni f’Israel.”+ 14  Iktar tard Samwel qal lin-​nies: “Ejjew immorru Gilgal+ sabiex hemmhekk inġeddu l-​kariga taʼ sultan.”+ 15  Għalhekk, in-​nies kollha marru Gilgal, u hemmhekk għamlu lil Sawl sultan quddiem Ġeħova f’Gilgal. Imbagħad hemmhekk offrew sagrifiċċji taʼ sħubija quddiem Ġeħova,+ u kien hemmhekk li Sawl u l-​irġiel kollha taʼ Israel komplew jithennew bil-​kbir.+

Noti taʼ taħt

Ara Eżo 14:24, in-​nota taʼ taħt.