1 Samwel 10:1-27

10  Samwel imbagħad ħa l-​flixkun+ taż-​żejt u sawwabhulu fuq rasu u biesu+ u qallu: “M’huwiex dan għaliex Ġeħova dilkek bħala mexxej+ fuq il-​wirt tiegħu?+  Hekk kif titlaq minn ħdejja llum issib żewġt irġiel qrib il-​qabar taʼ Rakele+ fit-​territorju taʼ Benjamin f’Selsa, u jgħidulek, ‘Il-​ħmir nisa+ li mort tfittex instabu, imma issa missierek m’għadux iħabbel rasu dwar il-​ħmir u sar ansjuż dwarkom u qed jgħid: “X’se nagħmel dwar ibni?”’+  U minn hemmhekk tibqaʼ sejjer iktar ’il bogħod u tasal saħansitra sas-​siġra l-​kbira taʼ Tabor, u hemmhekk jiltaqgħu miegħek tlett irġiel li jkunu telgħin lejn Betel+ biex iqimu lill-​Alla l-​veru, wieħed iġorr tliet gidjien,+ wieħed iġorr tliet ħobżiet tondi,+ u wieħed iġorr ġarra kbira nbid.+  U jistaqsuk kif int+ u jagħtuk żewġ ħobżiet, u int taċċettahom minn idhom.  Imbagħad tasal sa l-​għolja taʼ l-​Alla l-​veru,+ fejn hemm għassa+ tas-​suldati tal-​Filistin. U jiġri li meta tasal hemmhekk fil-​belt, tiltaqaʼ maʼ grupp taʼ profeti+ neżlin mill-​post għall-​qima,*+ u qabilhom nies bi strument tal-​korda,+ b’tanburlin,+ bi flawt,+ u b’arpa,+ waqt li jkunu qed jitkellmu bħala profeti.  U l-​ispirtu+ taʼ Ġeħova jibda jaħdem fuqek, u int titkellem bħala profeta+ flimkien magħhom u tinbidel f’raġel ieħor.  U jrid iseħħ li meta dawn is-​sinjali+ jiġu fuqek, agħmel dak li jkun possibbli għal idejk,+ għaliex l-​Alla l-​veru jkun miegħek.+  U inżel qabli Gilgal;+ u, ara, jien ninżel għandek biex noffri sagrifiċċji tal-​ħruq u biex noffri sagrifiċċji taʼ sħubija.*+ Sebat+ ijiem għandek tibqaʼ tistenna sakemm niġi għandek, u ngħidlek x’għandek tagħmel.”  U ġara li, malli dawwar spalltu biex jitlaq minn ħdejn Samwel, Alla biddillu qalbu f’oħra;+ u dawn is-​sinjali kollha+ bdew iseħħu dakinhar. 10  Għalhekk, telqu minn hemmhekk lejn l-​għolja, u kien hemm grupp taʼ profeti biex jiltaqgħu miegħu; minnufih l-​ispirtu t’Alla beda jaħdem fuqu,+ u hu beda jitkellem bħala profeta+ f’nofshom. 11  U ġara li, meta rawh dawk kollha li kienu jafuh qabel, ara, kien qed jipprofetizza mal-​profeti. Għaldaqstant, in-​nies qalu lil xulxin: “Xi ġralu bin Kis? Sawl ukoll qiegħed fost il-​profeti?”+ 12  Imbagħad raġel minn hemmhekk wieġeb u qal: “Imma min hu missierhom?” Huwa għalhekk li sar il-​qawl:+ “Sawl ukoll qiegħed fost il-​profeti?” 13  Sa fl-​aħħar ma baqax jitkellem bħala profeta u wasal fil-​post għall-​qima. 14  Iktar tard ħu missier Sawl qal lilu u lill-​qaddej tiegħu: “Fejn mortu?” Qallu: “Infittxu l-​ħmir,+ u bqajna sejrin biex naraw insibuhomx, imma ma kinux hemmhekk. Għalhekk, morna għand Samwel.” 15  Għal dan, iz-​ziju taʼ Sawl qalilhom: “Għiduli, jekk jogħġobkom, X’qalilkom Samwel?” 16  Imbagħad Sawl qal lil zijuh: “Qalilna bla dubju taʼ xejn li l-​ħmir kienu nstabu.” U l-​kwistjoni tal-​kariga taʼ sultan li Samwel kien tkellem dwarha ma qallux biha.+ 17  U Samwel ġabar in-​nies flimkien quddiem Ġeħova f’Mispa+ 18  u qal lil ulied Israel: “Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel,+ ‘Kont jien li ħriġt lil Israel mill-​Eġittu u li ħlistkom minn id l-​Eġittu+ u minn id is-​saltniet kollha li kienu qed jaħqrukom.+ 19  Imma intom—intom illum ċħadtu lil Alla tagħkom+ li kien dak li salvakom mill-​ħażen kollu tagħkom u min-​niket tagħkom, u għedtu: “Le, imma għandek tqiegħed sultan fuqna.” U issa ieqfu quddiem Ġeħova bit-​tribujiet tagħkom+ u bl-​eluf tagħkom.’” 20  Għaldaqstant, Samwel ressaq qrib it-​tribujiet kollha taʼ Israel,+ u ntgħażel it-​tribù taʼ Benjamin.+ 21  Imbagħad ressaq qrib it-​tribù taʼ Benjamin skond il-​familji tiegħu, u ntgħażlet il-​familja tal-​Matrin.+ Fl-​aħħar intgħażel Sawl, bin Kis.+ U fittxewh, u ma setgħux isibuh. 22  Għalhekk, reġgħu staqsew+ lil Ġeħova: “Diġà ġie hawnhekk ir-​raġel?” U Ġeħova wieġeb: “Hawn hu, moħbi+ qalb is-​soror.” 23  Għalhekk, telqu jiġru u ġabuh minn hemmhekk. Meta qagħad bil-​wieqfa f’nofs il-​poplu, hu kien itwal min-​nies l-​oħrajn kollha u kien jgħaddihom minn spallejh ’il fuq.+ 24  U Samwel qal lin-​nies kollha: “Rajtuh lil dak li ntgħażel minn Ġeħova,+ li m’hemm ħadd bħalu fost in-​nies kollha?” U n-​nies kollha bdew jgħajtu u jgħidu: “Ħa jgħix is-​sultan!”+ 25  Imbagħad Samwel kellem lin-​nies dwar dak li bi dritt jitlob minnhom is-​sultan+ u kitbu fi ktieb u poġġieh quddiem Ġeħova. U Samwel bagħat lin-​nies kollha, kull wieħed lejn daru. 26  U Sawl mar lejn daru f’Gibegħa,+ u l-​irġiel qalbenin li Alla kien messilhom qalbhom marru miegħu.+ 27  U l-​irġiel li ma kienu tajbin għal xejn+ qalu: “Kif se jsalvana dan?”+ Għaldaqstant stmerrewh,+ u ma ġabhulu ebda għotja.+ Imma hu baqaʼ ma qal xejn.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “post fl-​għoli.”
Jew, “sagrifiċċji taʼ sliem.” Sagrifiċċji li fihom il-​qassis, l-​aduraturi, u Ġeħova kienu bħallikieku qed jissieħbu flimkien f’ikla, u dan kien jissimbolizza relazzjonijiet paċifiċi.