1 Samwel 1:1-28

1  Issa kien hemm ċertu raġel minn Ramatajm-sofim,+ mir-​reġjun muntanjuż t’Efrajm,+ li kien jismu Elkana,+ bin Ġeroħam, bin Eliħu, bin Toħu, bin Suf,+ minn Efrajm.  U kellu żewġ nisa, waħda jisimha Ħanna, u l-​oħra jisimha Peninna. Peninna kellha t-​tfal, imma Ħanna ma kellhiex tfal.+  Minn sena għal sena dan ir-​raġel kien jitlaʼ Silo+ minn beltu biex jinxteħet fl-​art+ quddiem Ġeħova taʼ l-​armati u joffrilu sagrifiċċju. U hemmhekk kien hemm Ħofni u Fineħas,+ iż-​żewġ ulied t’Għeli, jaqdu bħala qassisin taʼ Ġeħova.+  U wasal jum meta Elkana offra s-​sagrifiċċju, u ta ishma lil martu Peninna u lil uliedha subien u bniet kollha;+  imma lil Ħanna taha sehem wieħed. Madankollu, hu lil Ħanna kien iħobb,+ imma Ġeħova kien għalqilha ġufha.+  U l-​mara l-​oħra kienet iddejjaqha+ ħafna biex iġġegħelha tħossha mħawda għaliex Ġeħova kien għalqilha ġufha.  U hekk kienet tagħmlilha sena wara l-​oħra,+ kull darba li kienu jitilgħu fid-​dar taʼ Ġeħova.+ Hekk kienet iddejjaqha, tant li kienet tibki u ma tikolx.  U żewġha Elkana qalilha: “Ħanna, għala qed tibki, u għala m’intix tiekol, u għala għandek qalbek sewda?+ M’iniex jien għalik aħjar minn għaxar ulied?”+  Imbagħad Ħanna qamet wara li kienu kielu u wara li kienu xorbu f’Silo, waqt li Għeli l-​qassis kien qiegħed bil-​qiegħda fuq is-​siġġu ħdejn il-​koxxa tal-​bieb tat-​tempju+ taʼ Ġeħova. 10  U ruħha kienet mimlija mrar,+ u bdiet titlob lil Ġeħova+ u tibki kemm tiflaħ.+ 11  U għamlet wegħda+ u qalet: “O Ġeħova taʼ l-​armati, jekk int bla dubju tħares lejn is-​sofferenza taʼ l-​ilsira tiegħek+ u tiftakar fija,+ u ma tinsiex l-​ilsira tiegħek u tagħti lill-​ilsira tiegħek tarbija tifel, jien nagħtih lil Ġeħova l-​jiem kollha taʼ ħajtu, u ebda mus ma jgħaddi minn fuq rasu.”+ 12  U ġara li, waqt li kienet qed titlob fit-​tul+ quddiem Ġeħova, Għeli qagħad iħares lejn fommha. 13  U Ħanna kienet qed titkellem f’qalbha;+ xofftejha biss kienu qed jitħarrku, u leħinha ma kienx jinstemaʼ. Iżda Għeli ħasibha fis-​sakra.+ 14  Għalhekk, Għeli qalilha: “Kemm se ddum fis-​sakra?+ Eħles mill-​effetti taʼ l-​inbid li għandek fuqek.” 15  Ħanna wieġbet u qalet: “Le, sidi! Jien mara mnikkta fl-​ispirtu; u ma xrobtx inbid u xorb li jsakkar, imma ftaħt qalbi quddiem Ġeħova.+ 16  Tqisx lill-​ilsira tiegħek bħala mara li m’hi tajba għal xejn,+ għax jien mill-​kotra tat-​tħassib u tad-​dwejjaq tiegħi tkellimt s’issa.”+ 17  Imbagħad Għeli wieġeb u qal: “Mur bis-​sliem,+ u jalla l-​Alla taʼ Israel jismaʼ t-​talba tiegħek u jagħtik dak li tlabtu.”+ 18  Hi wieġbet: “Ħalli l-​qaddejja tiegħek issib il-​ħniena f’għajnejk.”+ U l-​mara marret għal triqitha u kielet,+ u wiċċha ma baqax jidher imħasseb bħal qabel.+ 19  Imbagħad qamu kmieni fil-​għodu u nxteħtu fl-​art quddiem Ġeħova, u wara dan marru lura u waslu f’darhom f’Rama.+ Elkana issa kellu x’jaqsam+ maʼ martu Ħanna, u Ġeħova ftakar fiha.+ 20  Għalhekk, ġara li meta gerbet sena Ħanna ħarġet tqila u wildet iben u semmietu+ Samwel, għaliex, qalet hi, “mingħand Ġeħova tlabtu.”+ 21  U r-​raġel Elkana telaʼ man-​nies kollha taʼ daru biex lil Ġeħova joffrilu s-​sagrifiċċju taʼ kull sena+ u l-​offerta tal-​wegħda li għamel.+ 22  Imma Ħanna ma telgħetx,+ għax kienet qalet lil żewġha: “Malli t-​tifel jaqtaʼ l-​ħalib+ irrid nieħdu, u hu jrid jidher quddiem Ġeħova u jgħammar hemmhekk għal żmien indefinit.”*+ 23  U żewġha+ Elkana qalilha: “Agħmel dak li hu tajjeb f’għajnejk.+ Oqgħod id-​dar sakemm taqtagħlu l-​ħalib. Biss jalla Ġeħova jwettaq kelmtu.”+ Għalhekk, il-​mara qagħdet id-​dar u baqgħet treddaʼ lil binha sakemm qatgħetlu l-​ħalib.+ 24  Għaldaqstant, malli kienet qatgħetlu l-​ħalib, tellgħetu magħha, flimkien maʼ barri taʼ tliet snin u efa waħda dqiq u ġarra kbira nbid,+ u daħlet fid-​dar taʼ Ġeħova f’Silo.+ U t-​tifel kien magħha. 25  Imbagħad qatlu l-​barri u ħadu lit-​tifel għand Għeli.+ 26  U qaltlu: “Skużani, sidi! Daqskemm hu żgur li int ħaj,+ sidi, jien dik il-​mara li kienet wieqfa miegħek f’dan il-​post biex titlob lil Ġeħova.+ 27  Kien minħabba dan it-​tifel li tlabt lil Ġeħova biex jismaʼ t-​talba tiegħi+ u jagħtini dak li tlabtu.+ 28  U jien, min-​naħa tiegħi, sliftu* lil Ġeħova.+ Il-​jiem kollha taʼ ħajtu jkun mogħti lil Ġeħova.” U hu* miel hemmhekk quddiem Ġeħova.+

Noti taʼ taħt

Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.
Letteralment, “ħallejt lil xi ħadd jitlobhuli,” jiġifieri, jissellfu għal Ġeħova. L-​istess verb jintuża fit-​2Sl 4:3; 6:5; fis-​sens taʼ li wieħed jissellef.
Jiġifieri, Elkana. Ara l-​1Sa 2:11.