1 Pietru 4:1-19

4  Għalhekk, ladarba Kristu sofra fil-​laħam,+ intom ukoll armaw lilkom infuskom bl-​istess dispożizzjoni mentali;+ għax min sofra fil-​laħam ma baqax jidneb,+  bl-għan li l-​bqija taʼ ħajtu fil-​laħam+ ma jgħixhiex iktar għax-​xewqat tal-​bnedmin, imma għar-​rieda t’Alla.+  Għax iż-​żmien+ li għadda kien biżżejjed għalikom biex tagħmlu r-​rieda tal-​ġnus+ meta wettaqtu għemejjel taʼ kondotta laxka,+ passjonijiet, xorb żejjed taʼ nbid,+ xalar, imħatri min jixrob l-​iktar, u idolatriji kontra l-​liġi.+  Peress li ma tkomplux tiġru magħhom f’din it-​triq lejn l-​istess livell baxx taʼ ħajja sfrattata,+ huma jitħawdu u jibdew jgħajrukom.+  Imma dawn in-​nies iridu jagħtu kont lil dak+ li hu lest biex jiġġudika lill-​ħajjin u lill-​mejtin.+  Fil-fatt, kien għalhekk li l-​aħbar tajba xxandret ukoll lill-​mejtin,+ biex jiġu ġudikati skond il-​laħam mill-​ħarsa tal-​bnedmin+ imma jkunu jistgħu jgħixu skond l-​ispirtu+ mill-​ħarsa t’Alla.  Imma qorob it-​tmiem taʼ kollox.+ Għalhekk, kunu moħħkom f’loku,+ u oqogħdu attenti u tittraskurawx it-​talb.+  Fuq kollox, ħa jkollkom imħabba profonda lejn xulxin,+ għax l-​imħabba tgħatti kotra taʼ dnubiet.+  Uru l-​ospitalità maʼ xulxin mingħajr tgergir.+ 10  Bħala prokuraturi mill-​aħjar tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla espressa b’diversi modi, aqdu lil xulxin skond l-​għotja li rċieva kull wieħed minnkom.+ 11  Jekk xi ħadd jitkellem, ħa jitkellem bħallikieku qed jgħid id-​dikjarazzjonijiet sagri+ t’Alla; jekk xi ħadd jaqdi,+ ħa jaqdi bħala wieħed li jiddependi mis-​saħħa li jagħti Alla;+ sabiex Alla jiġi glorifikat+ f’kollox permezz taʼ Ġesù Kristu. Tiegħu huma l-​glorja+ u s-​setgħa għal dejjem taʼ dejjem. Amen. 12  Maħbubin, titħawdux minħabba n-​nar li qed jaqbad fostkom u li qed isirilkom bħala prova,+ bħallikieku qed tiġrilkom xi ħaġa stramba. 13  Għall-kuntrarju, ibqgħu thennew+ għax qed tieħdu sehem fis-​sofferenzi tal-​Kristu,+ sabiex tithennew u tifirħu bil-​kbir ukoll matul ir-​rivelazzjoni+ tal-​glorja tiegħu. 14  Jekk qed jgħajrukom minħabba isem Kristu,+ henjin intom,+ għax l-​ispirtu tal-​glorja, iva, l-​ispirtu t’Alla, qed jistrieħ fuqkom.+ 15  Madankollu, ħalli ħadd minnkom ma jsofri+ bħala qattiel jew ħalliel jew raġel ħażin jew wieħed li jindaħal+ fi ħwejjeġ ħaddieħor. 16  Imma jekk isofri+ bħala Kristjan, ħa ma jistħix,+ imma jkompli jigglorifika lil Alla f’dan l-​isem. 17  Għax hu ż-​żmien stabbilit biex il-​ġudizzju jibda mid-​dar t’Alla.+ Issa jekk l-​ewwel jibda bina,+ x’se jkun it-​tmiem għal dawk li ma jobdux l-​aħbar tajba t’Alla?+ 18  “U jekk hu diffiċli li l-​ġust jiġi salvat,+ fejn se jidher il-​bniedem bla devozzjoni lejn Alla, il-​midneb?”+ 19  Għalhekk, mela, dawk li qed isofru fi qbil mar-​rieda t’Alla ħa jkomplu jirrikkmandaw ruħhom lill-​Ħallieq leali waqt li jagħmlu t-​tajjeb.+

Noti taʼ taħt