1 Pietru 3:1-22

3  Bl-istess mod,+ intom in-​nisa, kunu sottomessi+ lejn żwieġkom, sabiex, jekk xi wħud ma jkunux ubbidjenti+ lejn il-​kelma, dawn jintrebħu+ mingħajr ebda kelma permezz tal-​kondotta tan-​nisa tagħhom,+  għax ikunu raw b’għajnejhom stess il-​kondotta safja tagħkom+ flimkien mar-​rispett profond.  U tħallux it-​tiżjin tagħkom ikun dak minn barra, l-​immaljar tax-​xagħar+ u l-​ilbis t’ornamenti tad-​deheb+ jew taʼ ħwejjeġ,  imma ħa jkun dak tal-​persuna minn ġewwa,+ fil-​qalb, imżejna bi spirtu+ kwiet u ġwejjed li ma jitħassarx+ u li hu taʼ valur kbir f’għajnejn Alla.  Għax hekk ukoll qabel kienu jiżżejnu n-​nisa qaddisa li kienu jittamaw f’Alla, billi jissottomettu ruħhom lejn żwieġhom,  bħalma Sara kienet tobdi lil Abraham u ssejjaħlu “sidi.”+ U intom sirtu wliedha, dment li tibqgħu tagħmlu t-​tajjeb u ma tibżgħu minn ebda twerwir.+  Bl-istess mod,+ intom l-​irġiel miżżewġin komplu għammru man-​nisa tagħkom skond l-​għarfien,+ billi tonoraw+ lill-​mara bħala reċipjent iktar dgħajjef, ladarba intom ukoll werrieta+ magħhom taʼ l-​għotja mhix mistħoqqa tal-​ħajja, sabiex ma jkunx hemm tfixkil għat-​talb tagħkom.+  Fl-aħħarnett, intom ilkoll kunu fehma waħda,+ billi tħossu għal xulxin, turu affezzjoni lejn l-​aħwa, tagħdru b’tenerezza,+ tkunu umli,+  u tpattux ħsara bi ħsara+ jew tgħajjir b’tgħajjir,+ imma, għall-​kuntrarju, bierku,+ għax għal dan kontu msejħin, sabiex tkunu tistgħu tirtu barka. 10  Għax, “min iħobb il-​ħajja u jrid jara jiem tajbin,+ ħa jrażżan ilsienu+ mill-​ħażen u xofftejh milli jitkellmu l-​qerq,+ 11  u ħa jitbiegħed mill-​ħażen+ u jagħmel it-​tajjeb; ħa jfittex il-​paċi u jiġri warajha.+ 12  Għax għajnejn+ Ġeħova huma fuq in-​nies sewwa, u widnejh miftuħin għat-​talb bil-​ħerqa tagħhom;+ imma Ġeħova jdawwar wiċċu lil hinn minn dawk li qed jagħmlu l-​ħażen.”+ 13  Tabilħaqq, min jistaʼ jagħmlilkom il-​ħsara jekk tkunu żelużi għat-​tajjeb?+ 14  Imma anki jekk ikollkom issofru minħabba s-​sewwa, tkunu henjin.+ Madankollu, tibżgħux minn dak li jibżgħu minnu huma,+ u tinkwetawx.+ 15  Iżda qaddsu lill-​Kristu bħala Mulej fi qlubkom,+ u kunu dejjem lesti li tiddefendu ruħkom+ quddiem kulmin ikun irid raġuni għat-​tama li għandkom, imma dan agħmluh bil-​ħlewwa+ u b’rispett profond. 16  Żommu kuxjenza tajba,+ sabiex, f’dak li qed jgħidu kontrikom, dawk li qed jitkellmu b’disprezz dwar il-​kondotta tajba tagħkom fi Kristu+ jistħu.+ 17  Għax ikun aħjar li tbatu għax tagħmlu t-​tajjeb,+ jekk din hi r-​rieda t’Alla, milli għax tagħmlu l-​ħażin.+ 18  Tabilħaqq, saħansitra Kristu miet darba għal dejjem minħabba d-​dnubiet,+ bniedem ġust għall-​inġusti,+ sabiex imexxikom lejn Alla,+ hu li ngħata l-​mewt fil-​laħam,+ imma ngħata l-​ħajja fl-​ispirtu.+ 19  F’dan l-​istat mar ukoll jippriedka lill-​ispirti fil-​ħabs+ 20  li darba kienu diżubbidjenti,+ meta Alla+ qagħad jistenna bil-​paċenzja fi żmien Noè, waqt li kienet qed tinbena l-​arka,+ li fiha ftit nies, jiġifieri, tmien erwieħ, inġarrew mill-​ilma u ġew salvati.+ 21  Dik li hi ekwivalenti għal dan issa qed issalva lilkom ukoll,+ jiġifieri, il-​magħmudija, (mhux it-​tneħħija tal-​ħmieġ tal-​laħam, imma t-​talba lil Alla għal kuxjenza tajba,)+ permezz taʼ l-​irxoxt taʼ Ġesù Kristu.+ 22  Hu qiegħed fuq il-​leminija t’Alla,+ għax mar fis-​sema; u l-​anġli+ u l-​awtoritajiet u l-​qawwiet intgħamlu sottomessi lejh.+

Noti taʼ taħt