Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

1 Pietru 1:1-25

1  Pietru,* appostlu+ taʼ Ġesù Kristu, lir-residenti temporanji+ mxerrdin+ fil-Pontu, fil-Galazja, fil-Kappadoċja,+ fl-Asja, u fil-Bitinja, lil dawk li ntgħażlu+  skond l-għarfien minn qabel t’Alla l-Missier,+ imqaddsin permezz taʼ l-ispirtu,+ biex ikunu ubbidjenti u mraxxin+ bid-demm taʼ Ġesù Kristu:+ Jalla jiżdidulkom il-qalb tajba mhix mistħoqqa u l-paċi.+  Ikun imbierek Alla u Missier il-Mulej tagħna Ġesù Kristu,+ għax fil-ħniena kbira tiegħu wilidna mill-ġdid+ għal tama ħajja+ permezz taʼ l-irxoxt+ taʼ Ġesù Kristu mill-imwiet,  għal wirt li ma jitħassarx u ma jitniġġisx u ma jispiċċax.+ Dan hu merfugħ fis-smewwiet għalikom,+  li qed tiġu mħarsin bil-qawwa t’Alla permezz tal-fidi+ għal salvazzjoni+ li hi lesta biex tiġi rivelata+ fl-aħħar perijodu taʼ żmien.+  B’dan il-fatt qed tithennew ħafna, għalkemm issa, għal ftit żmien, jekk għandu jkun hekk, qed titnikktu b’diversi provi,+  sabiex il-fidi tagħkom li tgħaddi mill-provi+ tkun taʼ kwalità li tiswa ferm iktar mid-deheb li jintemm minkejja li jgħaddi mill-prova tan-nar+ u tkun tistaʼ ġġib tifħir u glorja u unur fir-rivelazzjoni+ taʼ Ġesù Kristu.  Għalkemm qatt ma rajtuh, tħobbuh.+ Għalkemm m’intomx tarawh fil-preżent, qed teżerċitaw il-fidi fih u qed tithennew bil-kbir b’ferħ glorifikat li ma jitlissinx,  waqt li tirċievu r-riżultat aħħari tal-fidi tagħkom, is-salvazzjoni taʼ ruħkom.+ 10  Dwar din is-salvazzjoni sar stħarriġ bil-għaqal u tfittxija bir-reqqa+ mill-profeti li pprofetizzaw+ dwar il-qalb tajba mhix mistħoqqa li kienet għalikom.+ 11  Huma baqgħu jistħarrġu liema żmien partikulari+ jew liema xorta taʼ żmien l-ispirtu+ li kellhom fihom kien qed jindika dwar Kristu+ meta xehed minn qabel dwar it-tbatijiet taʼ Kristu+ u dwar l-affarijiet glorjużi+ li kellhom jiġu wara. 12  Lilhom ġie rivelat li ma kienx għalihom infushom,+ imma għalikom, li kienu qed jaqdu billi jipprovdu l-affarijiet li issa tħabbrulkom+ permezz taʼ dawk li xandrulkom l-aħbar tajba bl-ispirtu qaddis+ mibgħut mis-sema. Dwar dawn l-affarijiet jixtiequ jkunu jafu l-anġli.+ 13  Għaldaqstant ħejju lil moħħkom għal attività intensiva,+ ibqgħu f’sensikom għalkollox;+ qiegħdu t-tama tagħkom fil-qalb tajba mhix mistħoqqa+ li se tintwera magħkom fir-rivelazzjoni+ taʼ Ġesù Kristu. 14  Bħal tfal ubbidjenti, tibqgħux magħġunin+ skond ix-xewqat li kellkom qabel fl-injoranza tagħkom, 15  imma, fi qbil mal-Qaddis li sejħilkom, kunu intom ukoll qaddisin fil-kondotta kollha tagħkom,+ 16  għax hu miktub: “Kunu qaddisin, għax jien qaddis.”+ 17  Iktar minn hekk, jekk qed issejħu lill-Missier li jiġġudika b’mod imparzjali+ lil kull wieħed skond għemilu, ġibu ruħkom bil-biżaʼ+ matul iż-żmien li qed tgħixu bħala residenti barranin.+ 18  Għax tafu li ma kienx b’affarijiet li jitħassru,+ b’fidda jew deheb, li ġejtu meħlusin+ mit-tip taʼ kondotta fiergħa tagħkom li rċivejtu bit-tradizzjoni mingħand missirijietkom. 19  Imma kien b’demm prezzjuż,+ bħal dak taʼ ħaruf bla difett u bla tebgħa,+ dak taʼ Kristu.+ 20  Veru, hu kien magħruf minn qabel, qabel it-tisjis+ tad-dinja, imma ntwera fi tmiem iż-żminijiet minħabba fikom,+ 21  intom li permezz tiegħu temmnu f’Alla,+ dak li qajmu mill-imwiet+ u tah il-glorja;+ sabiex il-fidi u t-tama tagħkom ikunu f’Alla.+ 22  Issa li saffejtu+ ruħkom bl-ubbidjenza tagħkom lejn il-verità, u b’hekk għandkom affezzjoni lejn l-aħwa+ mingħajr ipokrisija, ħobbu lil xulxin mill-qalb bil-ħeġġa kollha.+ 23  Għax intom ma twilidtux mill-ġdid+ permezz taʼ żerriegħa riproduttiva li titħassar,+ imma permezz taʼ żerriegħa+ li ma titħassarx,+ permezz tal-kelma+ taʼ l-Alla l-ħaj li jibqaʼ għal dejjem.+ 24  Għax “il-bnedmin kollha huma bħall-ħaxix, u l-glorja tagħhom kollha bħall-inwar tal-ħaxix;+ il-ħaxix jidbiel, u l-fjura taqaʼ,+ 25  imma l-kelma taʼ Ġeħova tibqaʼ għal dejjem.”+ U din hi l-“kelma,”+ din li xxandritilkom+ bħala aħbar tajba.

Noti taʼ taħt

Bil-Grieg ifisser “Ġebla, biċċa minn blata.”