1 Kronaki 9:1-44

9  U l-​Israelin kollha kienu reġistrati fil-​linja ġenealoġika;+ u hemmhekk huma miktubin fil-​Ktieb tas-​Slaten taʼ Israel. U n-​nies taʼ Ġuda ttieħdu fl-​eżilju+ f’Babilonja minħabba l-​infedeltà tagħhom.  U l-​ewwel abitanti li kienu fil-​wirt tagħhom fil-​bliet tagħhom kienu l-​Israelin,+ il-​qassisin,+ il-​Leviti,+ u n-​Netinin.*+  U f’Ġerusalemm+ għammru xi wħud minn ulied Ġuda+ u xi wħud minn ulied Benjamin+ u xi wħud minn ulied Efrajm u Manasse:  Utaj, bin Għammiħud, bin Għomri, bin Imri, bin Bani, minn ulied Pereż,+ bin Ġuda.+  U mis-​Silonin,*+ Għasaja, l-​ewwel imwieled u wliedu.  U minn ulied Żeraħ,+ Ġegħuwel, u sitt mija u disgħin minn ħuthom.  U minn ulied Benjamin, Sallu, bin Mesullam, bin Ħodawija, bin Ħassenugħa,  u Ibneja, bin Ġeroħam, u Elah, bin Użżi, bin Mikri, u Mesullam, bin Sefatija, bin Regħwel, bin Ibnija.  U ħuthom, skond id-​dixxendenti tagħhom, kienu disaʼ mija u sitta u ħamsin. Dawn kollha kienu rġiel li kienu kapijiet tal-​missirijiet skond id-​dar taʼ missirijiethom tal-​qedem. 10  U mill-​qassisin kien hemm Ġedaja, Ġeħojarib, Ġakin,+  11  u Għażarija,+ bin Ħilkija, bin Mesullam, bin Sadok, bin Merajot, bin Aħitub, mexxej tad-​dar taʼ l-​Alla l-​veru, 12  u Għadaja, bin Ġeroħam, bin Pasħur, bin Malkija, u Magħsaj, bin Għadijel, bin Ġaħżera, bin Mesullam, bin Mesillemit,+ bin Immer, 13  u ħuthom, kapijiet tad-​dar taʼ missirijiethom tal-​qedem, elf, sebaʼ mija u sittin, irġiel setgħanin u t’abbiltà+ għax-​xogħol fis-​servizz tad-​dar taʼ l-​Alla l-​veru. 14  U mil-​Leviti kien hemm Semajja, bin Ħassub, bin Għażrikam, bin Ħasabija,+ minn ulied Merari; 15  u Bakbakkar, Ħeres, Galal, u Mattanija,+ bin Mika,+ bin Żikri,+ bin Asaf,+ 16  u Għobadija, bin Semajja,+ bin Galal, bin Ġedutun,+ u Berekija, bin Asa, bin Elkana, li kien qed jgħammar fl-​irħula tan-​Netofatin.+ 17  U l-​għassiesa tal-​bibien+ kienu Sallum,+ Għakkub, Talmon, Aħiman, u ħuhom Sallum, il-​kap, 18  u sa dak iż-​żmien hu kien f’bieb+ is-​sultan lejn il-​lvant. Dawn kienu l-​għassiesa tal-​bibien tal-​kampijiet taʼ wlied Levi.+ 19  U Sallum, bin Kore, bin Ebjasaf,+ bin+ Koraħ,+ u ħutu mid-​dar taʼ missieru, il-​Koraħin,+ jieħdu ħsieb ix-​xogħol tas-​servizz, l-​għassiesa tal-​bibien+ tat-​tinda, u missirijiethom jieħdu ħsieb il-​kamp taʼ Ġeħova, l-​għassiesa tad-​daħla. 20  U Fineħas,+ bin Elegħażar,+ kien mexxej fuqhom fl-​imgħoddi. Ġeħova kien miegħu.+ 21  Żakkarija,+ bin Meselemija, kien l-​għassies tal-​bieb tad-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa. 22  Ilkoll kemm huma, li ntgħażlu bħala għassiesa tal-​bibien fl-​għetiebi, kienu mitejn u tnax. Dawn kienu fl-​irħula tagħhom+ skond ir-​reġistrazzjoni tal-​linja ġenealoġika tagħhom.+ David+ u Samwel, il-​veġġent,*+ lil dawn ħatruhom f’karigi taʼ fiduċja.+ 23  U huma u wliedhom kienu jieħdu ħsieb il-​bibien tad-​dar taʼ Ġeħova, saħansitra d-​dar tat-​tinda, għas-​servizz taʼ l-​għassa.+ 24  L-għassiesa tal-​bibien kienu lejn l-​erbaʼ direzzjonijiet, lejn il-​lvant,+ lejn il-​punent,+ lejn it-​tramuntana,+ u lejn in-​nofsinhar.+ 25  U ħuthom fl-​irħula tagħhom kellhom jidħlu għal sebat+ ijiem, minn żmien għal żmien, flimkien maʼ dawn. 26  Għax fil-​kariga taʼ fiduċja kien hemm erbat irġiel setgħanin mill-​għassiesa tal-​bibien. Kienu Leviti, u kienu inkarigati mill-​kmamar taʼ l-​ikel+ u mit-​teżori+ tad-​dar taʼ l-​Alla l-​veru. 27  U kienu jqattgħu l-​lejl madwar id-​dar taʼ l-​Alla l-​veru; għax f’idejhom kien is-​servizz taʼ l-​għassa,+ u kienu inkarigati mill-​muftieħ, saħansitra biex jiftħu l-​bibien għodwa wara għodwa.+ 28  U xi wħud minnhom kienu inkarigati mill-​għodod+ tas-​servizz, u kienu jgħodduhom meta jdaħħluhom u jgħodduhom meta joħorġuhom. 29  U xi wħud minnhom kienu maħturin fuq l-​għodod u fuq l-​għodod imqaddsin+ kollha u fuq id-​dqiq fin,+ l-​inbid,+ iż-​żejt,+ l-​inċens abjad,+ u ż-​żejt tal-​balzmu.+ 30  U xi wħud minn ulied il-​qassisin kienu jagħmlu t-​taħlita taʼ l-​ingwent+ miż-​żejt tal-​balzmu. 31  U Mattitija mil-​Leviti, li kien l-​ewwel imwieled taʼ Sallum+ il-​Koraħi, kien fil-​kariga taʼ fiduċja fuq l-​affarijiet moħmijin fil-​kzazel.+ 32  U xi wħud minn ulied il-​Keħatin, ħuthom, kienu inkarigati mill-​ħobż preżentat f’saffi,+ biex iħejjuh Sabat* wara Sabat.+ 33  U dawn kienu l-​għannejja,+ il-​kapijiet tal-​missirijiet tal-​Leviti fil-​kmamar taʼ l-​ikel,+ dawk li kienu meħlusin minn dmirijiet oħrajn;+ għax bi nhar u bil-​lejl kellhom ir-​responsabbiltà li jkunu fuq ix-​xogħol.+ 34  Dawn kienu l-​kapijiet tal-​missirijiet tal-​Leviti skond id-​dixxendenti tagħhom. Dawn kienu dawk li għammru f’Ġerusalemm.+ 35  U f’Gibegħon+ kien jgħammar Ġegħijel, missier Gibegħon. U martu kien jisimha Magħka. 36  U ibnu, l-​ewwel imwieled, kien Għabdon, u l-​oħrajn kienu Żur, Kis, Bagħal, Ner, Nadab, 37  Gedor, Aħjo, Żakkarija,+ u Miklot. 38  U Miklot nissel lil Simegħam. U dawn kienu tassew dawk li għammru f’Ġerusalemm flimkien maʼ ħuthom, faċċata taʼ ħuthom l-​oħrajn. 39  U Ner+ nissel lil Kis;+ Kis, imbagħad, nissel lil Sawl;+ Sawl, imbagħad, nissel lil Ġonatan,+ Malki-sugħa,+ Abinadab,+ u Esbagħal.+ 40  U bin Ġonatan kien Merib-bagħal.+ U Merib-bagħal nissel lil Mikea.+ 41  U wlied Mikea kienu Piton, Melek, Taregħa, u Aħaż.+ 42  U Aħaż nissel lil Ġagħra; Ġagħra, imbagħad, nissel lil Għalemet, Għażmawet, u Żimri. Żimri, imbagħad, nissel lil Mosa. 43  U Mosa nissel lil Binegħa; u Refaja,+ ibnu; Elegħasa, ibnu; u Asel, ibnu. 44  U Asel kellu sitt ulied, u dawn kienu ismijiethom: Għażrikam, Bokeru, Ismagħel, Segħarija, Għobadija, u Ħanan. Dawn kienu wlied Asel.+

Noti taʼ taħt

Jew, “l-​ilsiera tat-​tempju.” Letteralment, “l-​uħud mogħtijin.” Qabbel Nu 3:9, in-​nota taʼ taħt.
“Is-​Silonin.” Mhux l-​abitanti taʼ Silo imma d-​dixxendenti taʼ Selaħ, it-​tielet iben taʼ Ġuda.
Ara l-​1Sa 9:9.
Is-Sabat kien minn inżul ix-​xemx tal-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx tas-​Sibt. Ara Eżo 16:23, in-​nota taʼ taħt.