1 Kronaki 7:1-40

7  Issa wlied Issakar kienu Tola,+ Puwa,+ Ġasub, u Simron,+ erbgħa.  U wlied Tola kienu Użżi, Refaja, Ġerijel, Ġaħmaj, Ibsam, u Semwel, kapijiet tad-​dar taʼ missirijiethom. Minn Tola ħarġu rġiel qalbenin u setgħanin, skond id-​dixxendenti tagħhom. L-​għadd tagħhom fi żmien David+ kien tnejn u għoxrin elf u sitt mija.  U wlied Użżi: Iżraħija; u wlied Iżraħija kienu Mikiel u Għobadija u Ġoel, Issija, [?],* ħamsa, ilkoll kemm huma kapijiet.  U magħhom, skond id-​dixxendenti tagħhom, skond id-​dar taʼ missirijiethom, kien hemm truppi taʼ l-​armata għall-​gwerra, sitta u tletin elf, għax kellhom ħafna nisa u wlied.+  U ħuthom mill-​familji kollha taʼ Issakar kienu rġiel qalbenin u setgħanin,+ sebgħa u tmenin elf, skond ir-​reġistrazzjoni tal-​linja ġenealoġika tagħhom kollha.+  Ulied Benjamin+ kienu Bela,+ Beker,+ u Ġedjagħel,+ tlieta.  U wlied Bela+ kienu Esbon, Użżi, Użżijel, Ġerimot, u Iri, ħamsa, kapijiet tad-​dar taʼ missirijiethom, irġiel qalbenin u setgħanin; u r-​reġistrazzjoni tal-​linja ġenealoġika+ tagħhom kienet tnejn u għoxrin elf u erbgħa u tletin.  U wlied Beker kienu Żemira, Ġogħas, Eligħeżer, Eljogħenaj, Għomri, Ġeremot, Abija, Għanatot, u Għalemet, u dawn kollha kienu wlied Beker.  U r-​reġistrazzjoni tal-​linja ġenealoġika+ tagħhom skond id-​dixxendenti tagħhom, jiġifieri, il-​kapijiet tad-​dar taʼ missirijiethom, irġiel qalbenin u setgħanin, kienet għoxrin elf u mitejn. 10  U wlied Ġedjagħel:+ Bilħan; u wlied Bilħan kienu Ġegħus, Benjamin, Eħud, Kengħana, Żetan, Tarsis, u Aħisaħar. 11  Dawn kollha kienu wlied Ġedjagħel, skond il-​kapijiet taʼ missirijiethom, irġiel qalbenin u setgħanin,+ sbatax-il elf u mitejn li ngħaqdu maʼ l-​armata għall-​gwerra. 12  U s-​Suffin+ u l-​Ħuffin+ kienu wlied Ir;+ il-​Ħusin kienu wlied Aħer. 13  Ulied Naftali+ kienu Ġaħsijel,+ Guni,+ Ġeżer, u Sallum,+ ulied Bilħa.+ 14  Ulied Manasse:+ Asrijel, li wilditlu l-​konkubina Sirjana tiegħu. (Hi wildet lil Makir,+ missier Gilegħad. 15  U Makir ħa mara għal Ħuffim u għal Suffim, u oħtu kien jisimha Magħka.) U t-​tieni kien jisimha Selofeħad,+ imma Selofeħad kellha l-​bniet.+ 16  U Magħka, mart Makir, wildet iben u semmietu Peres; u ħuh kien jismu Seres; u wliedu kienu Ulam u Rekem. 17  U wlied Ulam: Bedan. Dawn kienu wlied Gilegħad, bin Makir, bin Manasse. 18  U oħtu kienet Ħammoleket. Din wildet lil Isħod, Abi-għeżer,+ u Maħla. 19  U wlied Semida kienu Aħijan, Sikem, Likħi, u Anigħam. 20  U wlied Efrajm:+ Sutelaħ;+ Bered, ibnu; Taħat, ibnu; Elegħada, ibnu; Taħat, ibnu; 21  Żabad, ibnu; Sutelaħ, ibnu; Għeżer, u Elegħad. U l-​irġiel taʼ Gad+ li twieldu fil-​pajjiż qatluhom għaliex niżlu jiħdulhom il-​bhejjem tagħhom. 22  U missierhom Efrajm għamel il-​vistu għal ħafna jiem,+ u ħutu baqgħu ġejjin biex ifarrġuh. 23  Wara kellu x’jaqsam maʼ martu, u b’hekk din ħarġet tqila+ u wildet iben. Imma hu semmieh Berija,* għaliex wilditu fi żmien meta kien hemm il-​gwaj+ f’daru. 24  U bintu kienet Segħera, u din bniet Bet-ħoron,+ t’isfel+ u taʼ fuq,+ u Użżen-segħera. 25  U kien hemm Refaħ, ibnu; u Resef, u Telaħ, ibnu; Taħan, ibnu; 26  Lagħdan, ibnu; Għammiħud, ibnu; Elisama, ibnu; 27  Nun,+ ibnu; u Ġeħosugħa,+ ibnu. 28  U l-​wirt u l-​postijiet tagħhom fejn jgħammru kienu Betel+ u l-​bliet li jiddependu minnha u, lejn il-​lvant, Nagħran+ u, lejn il-​punent, Geżer+ u l-​bliet li jiddependu minnha, u Sikem+ u l-​bliet li jiddependu minnha dritt sa Gaża u l-​bliet li jiddependu minnha; 29  u maġenb ulied Manasse Bet-segħan+ u l-​bliet li jiddependu minnha, Tagħnak+ u l-​bliet li jiddependu minnha, Megiddo+ u l-​bliet li jiddependu minnha, u Dor+ u l-​bliet li jiddependu minnha. F’dawn għammru wlied Ġużeppi,+ bin Israel. 30  Ulied Aser+ kienu Imnaħ,+ Iswa, Iswi,+ u Berija;+ u Seraħ kienet oħthom. 31  U wlied Berija kienu Ħeber u Malkijel, li kien missier Birżajt. 32  U Ħeber nissel lil Ġaflet, Somer,* u Ħotam, u lil oħthom Sugħa. 33  U wlied Ġaflet kienu Pasak, Bimħal, u Għaswat. Dawn kienu wlied Ġaflet. 34  U wlied Semer kienu Aħi, Roħga, Ġeħubba, u Aram. 35  U wlied Ħelem, ħuh, kienu Sofaħ, Imna, Seles, u Għamal. 36  Ulied Sofaħ kienu Suwa, Ħarnefer, Sugħal, Beri, Imrah, 37  Beser, Ħod, Samma, Silsa, Itran, u Begħera. 38  U wlied Ġeter kienu Ġefunne, Pispa, u Ara. 39  U wlied Ulla kienu Araħ, Ħannijel, u Risja. 40  Dawn kollha kienu wlied Aser, kapijiet+ tad-​dar tal-​missirijiet, irġiel magħżulin, qalbenin,+ u setgħanin, kapijiet tal-​kapijiet ewlenin; u r-​reġistrazzjoni tal-​linja ġenealoġika+ tagħhom kienet fl-​armata fil-​gwerra. L-​għadd tagħhom kien sitta u għoxrin elf raġel.+

Noti taʼ taħt

L-isem hu nieqes fit-​test Ebrajk.
Ifisser “Bi Gwaj.”
“Semer” f’vers 34.