1 Kronaki 6:1-81

6  Ulied Levi+ kienu Gerson,+ Keħat,+ u Merari.+  U wlied Keħat kienu Għamram,+ Isħar,+ Ħebron,+ u Użżijel.+  U wlied Għamram+ kienu Aron+ u Mosè,+ u kien hemm Mirjam.+ U wlied Aron kienu Nadab,+ Abiħu,+ Elegħażar,+ u Itamar.+  U Elegħażar+ nissel lil Fineħas.+ Fineħas nissel lil Abisugħa.+  Abisugħa, imbagħad, nissel lil Bukki; Bukki, imbagħad, nissel lil Użżi.+  Użżi, imbagħad, nissel lil Żeraħija; Żeraħija, imbagħad, nissel lil Merajot.+  Merajot nissel lil Amarija; Amarija, imbagħad, nissel lil Aħitub.+  Aħitub, imbagħad, nissel lil Sadok;+ Sadok, imbagħad, nissel lil Aħimgħas.+  Aħimgħas, imbagħad, nissel lil Għażarija. Għażarija, imbagħad, nissel lil Ġoħanan. 10  Ġoħanan, imbagħad, nissel lil Għażarija.+ Dan kien il-​wieħed li qeda bħala qassis fid-​dar li Salamun bena f’Ġerusalemm. 11  U Għażarija nissel lil Amarija.+ Amarija, imbagħad, nissel lil Aħitub.+ 12  Aħitub, imbagħad, nissel lil Sadok.+ Sadok, imbagħad, nissel lil Sallum. 13  Sallum, imbagħad, nissel lil Ħilkija. Ħilkija,+ imbagħad, nissel lil Għażarija. 14  Għażarija, imbagħad, nissel lil Seraja.+ Seraja, imbagħad, nissel lil Ġeħosadak.+ 15  U Ġeħosadak kien dak li mar fl-​eżilju meta Ġeħova ħa lil Ġuda u lil Ġerusalemm fl-​eżilju permezz taʼ id Nebukadnessar. 16  Ulied Levi+ kienu Gersom,* Keħat, u Merari. 17  U dawn huma l-​ismijiet taʼ wlied Gersom: Libni+ u Simgħi.+ 18  U wlied Keħat+ kienu Għamram,+ Isħar, Ħebron, u Użżijel.+ 19  Ulied Merari kienu Maħli u Musi.+ U dawn kienu l-​familji tal-​Leviti skond missirijiethom:+ 20  Minn Gersom, Libni,+ ibnu; Ġaħat, ibnu; Żimma, ibnu; 21  Ġowaħ,+ ibnu; Iddo, ibnu; Żeraħ, ibnu; Ġegħateraj, ibnu. 22  Ulied Keħat: Għamminadab, ibnu; Koraħ,+ ibnu; Assir, ibnu; 23  Elkana, ibnu; Ebjasaf,+ ibnu; Assir, ibnu; 24  Taħat, ibnu; Urijel, ibnu; Użżija, ibnu; u Sagħul, ibnu. 25  U wlied Elkana+ kienu Għamasaj u Aħimot. 26  Inkwantu għal Elkana, ulied Elkana: Sofaj,+ ibnu; Naħat, ibnu; 27  Eljab,+ ibnu; Ġeroħam, ibnu; u Elkana,+ ibnu. 28  U wlied Samwel+ kienu Ġoel, l-​ewwel imwieled, u Abija,+ it-​tieni. 29  Ulied Merari: Maħli;+ Libni, ibnu; Simgħi, ibnu; Użżah, ibnu; 30  Simegħa, ibnu; Ħaggija, ibnu; u Għasaja, ibnu. 31  U dawn kienu dawk li David+ tahom pożizzjonijiet biex jidderieġu l-​kant fid-​dar taʼ Ġeħova wara li l-​Arka tqiegħdet hemmhekk.+ 32  U dawn kienu jieħdu ħsieb+ il-​kant+ quddiem it-​tabernaklu, jiġifieri, it-​tinda tal-​laqgħa, sakemm Salamun bena d-​dar taʼ Ġeħova f’Ġerusalemm;+ u baqgħu jieħdu ħsieb is-​servizz tagħhom skond l-​inkarigu tagħhom.+ 33  U kienu dawn, flimkien maʼ wliedhom, li kienu jieħdu ħsieb: Minn ulied il-​Keħatin, Ħeman,+ l-​għannej, bin Ġoel,+ bin Samwel,+ 34  bin Elkana,+ bin Ġeroħam, bin Eligħel,+ bin Togħa, 35  bin Suf,+ bin Elkana, bin Maħat, bin Għamasaj, 36  bin Elkana, bin Ġoel, bin Għażarija, bin Sofonija, 37  bin Taħat, bin Assir, bin Ebjasaf,+ bin Koraħ,+ 38  bin Isħar,+ bin Keħat, bin Levi, u bin Israel. 39  Inkwantu għal ħuh Asaf,+ li kien jaqdi fuq il-​lemin tiegħu, Asaf kien bin Berekija,+ bin Simegħa, 40  bin Mikiel, bin Bagħseja, bin Malkija, 41  bin Etni, bin Żeraħ, bin Għadaja, 42  bin Etan, bin Żimma, bin Simgħi, 43  bin Ġaħat,+ bin Gersom,+ u bin Levi. 44  Rigward ulied Merari,+ ħuthom fuq ix-​xellug, kien hemm Etan,+ bin Kisi,+ bin Għabdi, bin Malluk, 45  bin Ħasabija, bin Amażija, bin Ħilkija, 46  bin Amsi, bin Bani, bin Semer, 47  bin Maħli, bin Musi,+ bin Merari,+ u bin Levi. 48  U ħuthom il-​Leviti+ kienu dawk li ngħataw għas-​servizz+ kollu tat-​tabernaklu* tad-​dar taʼ l-​Alla l-​veru. 49  U Aron+ u wliedu kienu qed joffru d-​duħħan tas-​sagrifiċċji+ fuq l-​artal taʼ l-​offerta tal-​ħruq+ u fuq l-​artal taʼ l-​inċens+ għax-​xogħol kollu taʼ l-​affarijiet l-​iktar imqaddsin u biex jagħmlu tpattija+ għal Israel,+ skond kulma kien ikkmanda Mosè, il-​qaddej taʼ l-​Alla l-​veru. 50  U dawn kienu wlied Aron:+ Elegħażar,+ ibnu; Fineħas,+ ibnu; Abisugħa,+ ibnu; 51  Bukki, ibnu; Użżi, ibnu; Żeraħija,+ ibnu; 52  Merajot,+ ibnu; Amarija, ibnu; Aħitub,+ ibnu; 53  Sadok,+ ibnu; u Aħimgħas,+ ibnu. 54  U dawn kienu l-​postijiet fejn jgħammru skond il-​kampijiet tagħhom imdawrin bil-​ħitan fit-​territorju tagħhom,+ għal ulied Aron li kienu tal-​familja tal-​Keħatin,+ għax lilhom kienet messet ix-​xorti. 55  Għaldaqstant tawhom Ħebron+ fl-​art taʼ Ġuda, bil-​mergħat tagħha dawramejt. 56  U r-​rabaʼ tal-​belt u l-​irħula tagħha+ tawhom lil Kaleb,+ bin Ġefunne.+ 57  U lil ulied Aron tawhom il-​bliet tar-​refuġju,+ Ħebron,+ Libna+ bil-​mergħat tagħha, Ġattir,+ Estemogħa+ bil-​mergħat tagħha, 58  Ħilen+ bil-​mergħat tagħha, Debir+ bil-​mergħat tagħha, 59  Għasan+ bil-​mergħat tagħha, u Bet-xemex+ bil-​mergħat tagħha; 60  u mit-​tribù taʼ Benjamin, Geba+ bil-​mergħat tagħha, Għalemet+ bil-​mergħat tagħha, u Għanatot+ bil-​mergħat tagħha. Il-​bliet kollha tagħhom kienu tlettax-il belt+ bejn il-​familji tagħhom. 61  U lil ulied Keħat li kien baqaʼ tawhom mill-​familja tat-​tribù, minn nofs it-​tribù, in-​nofs taʼ Manasse, skond ix-​xorti, għaxart ibliet.+ 62  U lil ulied Gersom,+ skond il-​familji tagħhom, tawhom mit-​tribù taʼ Issakar,+ mit-​tribù t’Aser,+ mit-​tribù taʼ Naftali,+ u mit-​tribù taʼ Manasse+ fil-​Basan, tlettax-il belt. 63  Lil ulied Merari,+ skond il-​familji tagħhom, tawhom mit-​tribù taʼ Ruben,+ mit-​tribù taʼ Gad,+ u mit-​tribù taʼ Żebulun,+ skond ix-​xorti, tnax-il belt. 64  B’hekk, ulied Israel taw lil-​Leviti+ l-​bliet bil-​mergħat tagħhom.+ 65  Barra minn hekk, mit-​tribù taʼ wlied Ġuda,+ mit-​tribù taʼ wlied Simegħon,+ u mit-​tribù taʼ wlied Benjamin,+ tawhom bix-​xorti dawn il-​bliet, li semmewhom b’isimhom. 66  U xi wħud mill-​familji taʼ wlied Keħat kellhom il-​bliet tat-​territorju tagħhom mit-​tribù t’Efrajm.+ 67  Għaldaqstant tawhom il-​bliet tar-​refuġju, Sikem+ bil-​mergħat tagħha fir-​reġjun muntanjuż t’Efrajm, Geżer+ bil-​mergħat tagħha, 68  Ġokmegħam+ bil-​mergħat tagħha, Bet-ħoron+ bil-​mergħat tagħha, 69  Ajjalon+ bil-​mergħat tagħha, u Gat-rimmon+ bil-​mergħat tagħha; 70  u minn nofs it-​tribù taʼ Manasse, Għaner+ bil-​mergħat tagħha, u Bilegħam+ bil-​mergħat tagħha, lill-​familja taʼ wlied Keħat li kien baqaʼ.+ 71  U lil ulied Gersom+ tawhom, mill-​familja taʼ nofs it-​tribù taʼ Manasse, Golan+ fil-​Basan bil-​mergħat tagħha u Għastarot+ bil-​mergħat tagħha; 72  u mit-​tribù taʼ Issakar, Kedes+ bil-​mergħat tagħha, Daberat+ bil-​mergħat tagħha, 73  Ramot+ bil-​mergħat tagħha, u Għanem+ bil-​mergħat tagħha; 74  u mit-​tribù t’Aser, Masal bil-​mergħat tagħha, Għabdon+ bil-​mergħat tagħha, 75  Ħukok+ bil-​mergħat tagħha, u Reħob+ bil-​mergħat tagħha; 76  u mit-​tribù taʼ Naftali,+ Kedes+ fil-​Galilija+ bil-​mergħat tagħha, Ħammon bil-​mergħat tagħha, u Kirjatajm+ bil-​mergħat tagħha. 77  Lil ulied Merari li kien baqaʼ tawhom, mit-​tribù taʼ Żebulun,+ Rimmono+ bil-​mergħat tagħha, Tabor bil-​mergħat tagħha, 78  u fir-​reġjun tal-​Ġordan f’Ġeriko, lejn il-​lvant tal-​Ġordan, mit-​tribù taʼ Ruben,+ Beser+ fix-​xagħri bil-​mergħat tagħha, Ġaħas+ bil-​mergħat tagħha, 79  Kedemot+ bil-​mergħat tagħha, u Mefgħat+ bil-​mergħat tagħha; 80  u mit-​tribù taʼ Gad,+ Ramot+ f’Gilegħad bil-​mergħat tagħha, Maħanajm+ bil-​mergħat tagħha, 81  Ħesbon+ bil-​mergħat tagħha, u Ġagħżer+ bil-​mergħat tagħha.

Noti taʼ taħt

“Gerson” f’vers 1.
Jew, “tinda tal-​qima.”