1 Kronaki 5:1-26

5  U wlied Ruben,+ l-​ewwel imwieled taʼ Israel—għax hu kien l-​ewwel imwieled;+ imma talli kasbar il-​friex taʼ missieru,+ id-​dritt tiegħu bħala l-​ewwel imwieled ngħata lil ulied Ġużeppi,+ bin Israel, u b’hekk ma kellux jiġi reġistrat fil-​linja ġenealoġika għad-​dritt taʼ l-​ewwel imwieled.  Għax Ġuda+ kien superjuri fost ħutu, u l-​wieħed biex ikun mexxej kien ġej minnu;+ imma d-​dritt bħala l-​ewwel imwieled kien taʼ Ġużeppi+  ulied Ruben, l-​ewwel imwieled taʼ Israel, kienu Ħanok,+ Pallu,+ Ħesron, u Karmi.+  Ulied Ġoel: Semajja, ibnu; Gog, ibnu; Simgħi, ibnu;  Mikea, ibnu; Regħaja, ibnu; Bagħal, ibnu;  u Birah, ibnu, li Tilgat-pilneser,+ is-​sultan taʼ l-​Assirja, ħadu fl-​eżilju, billi kien kap ewlieni tar-​Rubenin.  U ħutu skond il-​familji tagħhom fir-​reġistrazzjoni tal-​linja ġenealoġika,+ skond id-​dixxendenti tagħhom, kienu, bħala l-​kap, Ġegħijel, u Żakkarija,  u Bela—bin Għażaż, bin Sema, bin Ġoel+—kien jgħammar f’Għarogħer+ u saħansitra sa Nebo+ u Bagħal-megħon.+  U għammar lejn il-​lvant saħansitra sal-​post, qrib ix-​xmara Ewfrat,+ li minnu wieħed jidħol fix-​xagħri, għax il-​bhejjem tagħhom kienu tkattru fl-​art taʼ Gilegħad.+ 10  U fi żmien Sawl iggwerraw kontra l-​Ħagrin,+ li waqgħu f’idejhom; u għalhekk għammru fit-​tined tagħhom fil-​pajjiż kollu lejn il-​lvant taʼ Gilegħad. 11  U wlied Gad,+ li kienu quddiemhom, għammru fl-​art tal-​Basan+ saħansitra sa Saleka.+ 12  Ġoel kien il-​kap, Safam, it-​tieni, u Ġagħnaj u Safat fil-​Basan. 13  U ħuthom li kienu minn tad-​dar taʼ missirijiethom kienu Mikiel, Mesullam, Xeba, Ġoraj, Ġagħkan, Żigħa, u Għeber, sebgħa. 14  Dawn kienu wlied Abiħajl, bin Ħuri, bin Ġarogħa, bin Gilegħad, bin Mikiel, bin Ġesisaj, bin Ġaħdo, bin Buż; 15  Aħi, bin Għabdijel, bin Guni, kap tad-​dar taʼ missirijiethom. 16  U baqgħu jgħammru f’Gilegħad,+ fil-​Basan+ u fil-​bliet li jiddependu minnu+ u fil-​mergħat kollha tas-​Saron saħansitra safejn jispiċċaw. 17  Dawn kienu kollha kemm huma reġistrati fil-​linja ġenealoġika fi żmien Ġotam,+ is-​sultan taʼ Ġuda, u fi żmien Ġerobogħam,*+ is-​sultan taʼ Israel. 18  U wlied Ruben u l-​Gadin u nofs it-​tribù taʼ Manasse; minn dawk li kienu rġiel qalbenin,+ irġiel li jġorru t-​tarka u s-​sejf u jilwu l-​qaws u mħarrġin għall-​gwerra, kien hemm erbgħa u erbgħin elf, sebaʼ mija u sittin li ngħaqdu maʼ l-​armata.+ 19  U bdew jiggwerraw kontra l-​Ħagrin,+ u Ġetur,+ u Nafis,+ u Nodab. 20  U ġew megħjunin kontrihom, u b’hekk il-​Ħagrin u dawk kollha li kienu magħhom ngħataw f’idejhom, għax kien lil Alla li huma sejħu għall-​għajnuna+ fil-​gwerra, u hu semaʼ t-​talb bil-​ħrara tagħhom għaliex fdaw fih.+ 21  U ħadu l-​bhejjem tagħhom,+ l-​iġmla tagħhom, ħamsin elf, nagħaġ, mitejn u ħamsin elf, ħmir, elfejn, u nies, mitt elf ruħ.+ 22  Għax kien hemm ħafna li waqgħu mejtin, għaliex il-​ġlieda kienet taʼ l-​Alla l-​veru.+ U baqgħu jgħammru fil-​post tagħhom sa żmien l-​eżilju.+ 23  U wlied nofs it-​tribù taʼ Manasse+ għammru fl-​art mill-​Basan+ sa Bagħal-ħermon,+ u s-​Senir,+ u l-​Muntanja Ħermon.+ Dawn stess saru kotrana. 24  U dawn kienu l-​kapijiet tad-​dar taʼ missirijiethom: Għefer, Isgħi, Eligħel, Għażrijel, Ġeremija, Ħodawija, u Ġaħdijel, irġiel li kienu qalbenin, irġiel setgħanin, irġiel taʼ fama, kapijiet tad-​dar taʼ missirijiethom. 25  U bdew jaġixxu b’nuqqas taʼ fedeltà lejn l-​Alla taʼ missirijiethom u kellhom relazzjoni immorali+ maʼ l-​allat+ tan-​nies tal-​pajjiż, li Alla kien ġab fix-​xejn quddiemhom. 26  Għaldaqstant, l-​Alla taʼ Israel qanqal l-​ispirtu+ taʼ Pul,+ is-​sultan taʼ l-​Assirja,+ saħansitra l-​ispirtu taʼ Tilgat-pilneser,+ is-​sultan taʼ l-​Assirja, u b’hekk dan ħa fl-​eżilju+ lil dawk mir-​Rubenin u mill-​Gadin u minn nofs it-​tribù taʼ Manasse u ġabhom Ħala,+ u Ħabor, u Ħara, u x-​xmara Gożan biex jibqgħu hemmhekk sa dan il-​jum.

Noti taʼ taħt

Jiġifieri, Ġerobogħam II. Ara t-​2Sl 14:16-29.