1 Kronaki 4:1-43

4  Ulied Ġuda kienu Pereż,+ Ħesron,+ Karmi,+ Ħur,+ u Sobal.+  U Regħaja,+ bin Sobal, nissel lil Ġaħat; Ġaħat, imbagħad, nissel lil Aħumaj u lil Laħad. Dawn kienu l-​familji tas-​Sorgħatin.+  U dawn kienu wlied il-​fundatur* t’Għetam:+ Ġeżragħel,+ Isma, Idbas, (u oħthom kien jisimha Ħasselelponi,)  Penwel, missier Gedor,+ u Għeżer, missier Ħusa. Dawn kienu wlied Ħur,+ l-​ewwel imwieled t’Efrata, u Ħur kien missier Betlehem.+  U Asħur,+ missier Tekogħa,+ kellu żewġ nisa, Ħela u Nagħra.  Maż-żmien, Nagħra wilditlu lil Aħużżam, Ħefer, Temeni, u Ħaħastari. Dawn kienu wlied Nagħra.  U wlied Ħela kienu Seret, Isħar, u Etnan.  U Kos nissel lil Għanub u lil Sobeba u lill-​familji t’Aħarħel, bin Ħarum.  U Ġabes*+ kien onorat+ iktar minn ħutu; u kienet ommu li semmietu Ġabes, għax qalet: “Ulidtu fl-​uġigħ.”+ 10  U Ġabes beda jsejjaħ lill-​Alla+ taʼ Israel u jgħidlu: “Jekk int żgur li tberikni+ u tkabbarli t-​territorju tiegħi+ u idek+ tassew turi li tkun miegħi, u tħarisni mill-​gwaj,+ sabiex ma jagħmillix ħsara,+—” Għaldaqstant, Alla tah dak li kien talab.+ 11  U Kelub, ħu Suħa, nissel lil Meħir, li kien missier Eston. 12  Eston, imbagħad, nissel lil Bet-rafa, Pasegħa, u Teħinna, missier Ir-​naħas. Dawn kienu l-​irġiel taʼ Reka. 13  U wlied Kenaż+ kienu Għotnijel+ u Seraja, u wlied Għotnijel: Ħatat. 14  U Megħonotaj nissel lil Għofra. U Seraja nissel lil Ġowab, missier Ge-ħarasim;* għax kienu nies tas-​sengħa.+ 15  U wlied Kaleb,+ bin Ġefunne,+ kienu Iru, Elah, u Nagħam; u wlied Elah: Kenaż. 16  U wlied Ġeħallelel kienu Żif, Żifa, Tirja, u Asarel. 17  U wlied Għeżra kienu Ġeter, Mered, Għefer, u Ġalon; u martu wildet lil Mirjam, Sammaj, u Isba, missier Estemogħa.+ 18  U martu l-​Lhudija wildet lil Ġered, missier Gedor, lil Ħeber, missier Soko, u lil Ġekutijel, missier Żanogħa. U dawn kienu wlied Bitja, bint il-​Fargħun, li żżewweġ Mered. 19  U wlied il-​mara taʼ Ħodija, oħt Naħam, kienu missier Kejla+ l-​Garmi u Estemogħa l-​Magħkati. 20  U wlied Simon kienu Amnon, Rinna, Ben-ħanan, u Tilon. U wlied Isgħi kienu Żoħet u Ben-żoħet. 21  Ulied Selaħ,+ bin Ġuda, kienu Għer, missier Leka, Lagħda, missier Maresah, u l-​familji taʼ dar il-​ħaddiema tad-​drapp fin+ taʼ dar Asbegħa; 22  u Ġokim, l-​irġiel taʼ Kożeba, Ġowas, u Saraf, li żżewġu nisa Mowabin,+ u Ġasħubi-lehem. U dan it-​tagħrif ġej mit-​tradizzjoni tal-​qedem.+ 23  Dawn kienu l-​ħaddiema tal-​fuħħar+ u l-​abitanti taʼ Netagħim u Gedera. Huma għammru hemmhekk, jaħdmu għas-​sultan.+ 24  Ulied Simegħon kienu Nemwel,+ Ġamin,+ Ġarib, Żeraħ, Sagħul,+ 25  ibnu Sallum; u ibnu kien Mibsam; u ibnu kien Misma. 26  U wlied Misma: ibnu Ħammwel; u ibnu kien Żakkur; u ibnu kien Simgħi. 27  U Simgħi kellu sittax-il tifel u sitt ibniet; imma ħutu ma kellhomx ħafna wlied, u ħadd mill-​familji tagħhom ma kellu wlied daqs Ġuda.+ 28  U baqgħu jgħammru f’Bir-xeba,+ Molada,+ Ħasar-sugħal,+ 29  f’Bilħa,+ f’Għesem,+ f’Tolad,+ 30  f’Betwel,+ f’Ħorma,+ f’Siklag,+ 31  f’Bet-markabot, f’Ħasar-susim,+ f’Bet-biri, u f’Sagħrajm.+ Dawn kienu l-​bliet tagħhom sakemm beda jsaltan David. 32  U l-​irħula tagħhom kienu Għetam, Għajn, Rimmon, Token, u Għasan,+ ħamest ibliet. 33  U l-​irħula kollha tagħhom li kienu madwar dawn il-​bliet kienu jaslu saħansitra sa Bagħal.+ Dawn kienu l-​postijiet tagħhom fejn jgħammru u r-​reġistrazzjonijiet tal-​linja ġenealoġika tagħhom. 34  U Mesobab, Ġamlek, Ġosa, bin Amażija, 35  Ġoel, Ġeħu, bin Ġosibija, bin Seraja, bin Għasijel, 36  u Eljogħenaj, Ġagħkoba, Ġesoħaja, Għasaja, Għadijel, Ġesimijel, Benaja, 37  Żiża, bin Sifgħi, bin Allon, bin Ġedaja, bin Simri, bin Semajja. 38  Dawn li ssemmew b’isimhom kienu l-​kapijiet ewlenin fost il-​familji tagħhom,+ u n-​nies tad-​dar taʼ missirijiethom żdiedu bil-​kotra. 39  U marru lejn id-​daħla taʼ Gedor, dritt lejn il-​lvant tal-​wied, biex ifittxu mergħa għall-​imrieħel tagħhom. 40  U sabu mergħa bnina u tajba,+ u l-​art kienet wiesgħa mhux ħażin u ma kellha ebda tfixkil+ imma kienet fil-​kwiet; għax dawk li kienu jgħammru hemmhekk qabel kienu dixxendenti taʼ Ħam.+ 41  U dawn li kienu miktubin b’isimhom ġew fi żmien Ħeżekija,+ is-​sultan taʼ Ġuda, u ħarbtu+ t-​tined tal-​Ħamin u tal-​Megħunin li kienu jinsabu hemmhekk, u b’hekk qerduhom,*+ kif għadhom sa dan il-​jum; u bdew jgħammru minflokhom, għaliex hemmhekk kien hemm mergħa+ għall-​imrieħel tagħhom. 42  U minnhom kien hemm xi wħud minn ulied Simegħon li marru lejn il-​Muntanja Segħir,+ ħames mitt raġel, u kellhom bħala l-​kapijiet tagħhom lil Pelatija, Negħarija, Refaja, u Użżijel, ulied Isgħi. 43  U ħarbtu lill-​fdal li kien ħarab minn Għamalek,+ u baqgħu jgħammru hemmhekk sa dan il-​jum.

Noti taʼ taħt

Letteralment, “il-​missier.”
Dan l-​isem ġej minn għerq li bl-​Ebrajk ifisser “uġigħ.”
Ifisser “Wied in-​Nies tas-​Sengħa.”
Jew, “iddedikawhom għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.