1 Kronaki 29:1-30

29  David, is-​sultan, issa qal lill-​kongregazzjoni kollha:+ “Ibni Salamun, il-​bniedem li ntgħażel minn Alla,+ hu żagħżugħ+ u bla esperjenza, imma x-​xogħol hu kbir; għax il-​kastell* m’huwiex għal xi bniedem,+ imma għal Alla Ġeħova.  U jien bil-​qawwa kollha tiegħi+ ħejjejt+ għad-​dar t’Alla tiegħi d-​deheb+ għax-​xogħol tad-​deheb, il-​fidda għax-​xogħol tal-​fidda, ir-​ram aħmar għax-​xogħol tar-​ram aħmar, il-​ħadid+ għax-​xogħol tal-​ħadid, u l-​injam+ għax-​xogħol taʼ l-​injam; ħaġar taʼ l-​oniċi,+ ġebel li jitqiegħed b’tajn b’saħħtu, ċagħaq tal-​mużajk, kull ħaġra prezzjuża, u ħaġar taʼ l-​alabastru bi kwantità kbira.  U ladarba qed nieħu gost+ bid-​dar t’Alla tiegħi, għad għandi xi ħaġa speċjali li hi proprjetà tiegħi,+ deheb u fidda; jien nagħtiha lid-​dar t’Alla tiegħi minbarra dak kollu li ħejjejt għad-​dar imqaddsa:+  tlett elef talent deheb mid-​deheb t’Ofir,+ u sebat elef talent fidda rfinuta, għall-​kisi tal-​ħitan tad-​djar;  deheb għax-​xogħol tad-​deheb, u fidda għax-​xogħol tal-​fidda u għax-​xogħol kollu b’idejn in-​nies tas-​sengħa. U llum min hemm lest li minn rajh jimla idu u jagħti għotja lil Ġeħova?”+  U l-​prinċpijiet+ tal-​familji min-​naħa tal-​missier+ u l-​prinċpijiet+ tat-​tribujiet taʼ Israel u l-​kapijiet taʼ l-​eluf+ u tal-​mijiet+ u l-​kapijiet tax-​xogħol+ tas-​sultan offrew ruħhom minn rajhom.  Għaldaqstant, huma taw, għas-​servizz tad-​dar taʼ l-​Alla l-​veru, deheb li jiswa ħamest elef talent u għaxart elef darik,* fidda li tiswa għaxart elef talent, ram aħmar li jiswa tmintax-il elf talent, u ħadid li jiswa mitt elf talent.+  U l-​ħaġar kollu li sabu għand xi persuni tawh lit-​teżor tad-​dar taʼ Ġeħova taħt id-​direzzjoni taʼ Ġeħijel+ il-​Gersoni.+  U l-​poplu feraħ minħabba l-​offerti li taw minn rajhom, għax kien b’qalb sħiħa li taw offerti minn rajhom lil Ġeħova;+ u saħansitra David, is-​sultan, thenna b’ferħ kbir.+ 10  Għaldaqstant, David bierek+ lil Ġeħova quddiem għajnejn il-​kongregazzjoni kollha+ u David qal: “Tkun imbierek,+ O Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel+ missierna, minn dejjem għal dejjem. 11  Tiegħek, O Ġeħova, huma l-​kobor+ u s-​setgħa+ u l-​ġmiel+ u l-​eċċellenza+ u d-​dinjità;+ għax kulma hemm fis-​smewwiet u fl-​art hu tiegħek.+ Tiegħek hi s-​saltna,+ O Ġeħova, int li int l-​ogħla Kap fuq kulħadd.+ 12  Ir-rikkezzi+ u l-​glorja+ ġejjin minnek, u int qed tiddomina+ fuq kollox; u f’idek hemm il-​qawwa+ u s-​setgħa,+ u f’idek hemm l-​abbiltà li tkabbar+ u li tagħti s-​saħħa lil kulħadd.+ 13  U issa, O Alla tagħna, aħna qed nirringrazzjawk+ u nfaħħru+ l-​isem sabiħ+ tiegħek. 14  “U madankollu, jien min jien+ u min hu l-​poplu tiegħi, sabiex ikollna l-​qawwa li nagħmlu offerti minn rajna b’dan il-​mod?+ Għax kollox minnek ġej,+ u minn idek stess tajniek aħna. 15  Għax aħna residenti barranin quddiemek u immigranti+ l-​istess bħal missirijietna kollha. Bħal dell huma jiemna fuq l-​art+ u m’hemm ebda tama. 16  O Ġeħova Alla tagħna, din l-​abbundanza kollha li ħejjejna biex nibnulek dar għall-​isem qaddis tiegħek, minn idek ġiet, u kollha tiegħek hi.+ 17  U jien naf tajjeb, O Alla tiegħi, li int teżamina l-​qalb,+ u li int bis-​sewwa tieħu pjaċir.+ Jien, min-​naħa tiegħi, b’qalb retta offrejt minn rajja dawn l-​affarijiet kollha, u issa n-​nies tiegħek li qegħdin hawnhekk ħadt gost narahom jagħmlulek offerti minn rajhom. 18  O Ġeħova, l-​Alla t’Abraham, Iżakk, u Israel, missirijietna,+ żomm għal żmien indefinit din l-​inklinazzjoni tal-​ħsibijiet taʼ qalb in-​nies tiegħek,+ u dawrilhom qalbhom lejk.+ 19  U lil ibni Salamun agħtih qalb sħiħa+ biex iħares il-​kmandamenti tiegħek,+ it-​testimonjanzi* tiegħek,+ u r-​regolamenti tiegħek,+ u biex jagħmel kollox, u jibni l-​kastell+ li għalih jien ħejjejt.”+ 20  U David issokta jgħid lill-​kongregazzjoni kollha:+ “Bierku,+ issa, lil Ġeħova Alla tagħkom.” U l-​kongregazzjoni kollha bierket lil Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijiethom, u mielu+ u nxteħtu fl-​art+ quddiem Ġeħova u quddiem is-​sultan. 21  U l-​għada taʼ dak il-​jum komplew joffru s-​sagrifiċċji+ lil Ġeħova u joffru l-​offerti tal-​ħruq+ lil Ġeħova, elf barri żgħir, elf muntun, elf ħaruf u l-​offerti tax-​xorb li joffru magħhom,+ u għadd kbir taʼ sagrifiċċji għal Israel kollu.+ 22  U komplew jieklu u jixorbu quddiem Ġeħova dakinhar b’ferħ kbir;+ u reġgħu għat-​tieni darba għamlu lil Salamun, bin David, sultan+ u dilkuh quddiem Ġeħova bħala mexxej+ u wkoll lil Sadok+ bħala qassis. 23  U Salamun qagħad fuq it-​tron taʼ Ġeħova+ bħala sultan minflok David, missieru, u rnexxa bħala sultan,+ u l-​Israelin kollha kienu ubbidjenti lejh. 24  U l-​prinċpijiet+ kollha u l-​irġiel setgħanin+ u wkoll l-​ulied kollha tas-​Sultan David+ issottomettew ruħhom lejn Salamun, is-​sultan. 25  U Ġeħova kompla jagħmel lil Salamun kbir b’mod straordinarju+ quddiem għajnejn Israel kollu u jagħtih dinjità rjali li bħalha ebda sultan qablu fuq Israel ma kellu.+ 26  U David, bin Ġesse, saltan fuq Israel kollu;+ 27  u ż-​żmien li dam isaltan fuq Israel kien erbgħin sena.+ F’Ħebron saltan għal sebaʼ snin,+ u f’Ġerusalemm saltan għal tlieta u tletin sena.+ 28  U miet meta kien xjaħ sew,+ mimli bl-​għomor u sodisfatt bir-​rikkezzi+ u l-​glorja;+ u ibnu Salamun beda jsaltan minfloku.+ 29  Issa l-​ġrajjiet taʼ David, is-​sultan, kemm taʼ l-​ewwel u kemm taʼ l-​aħħar, huma miktubin hemmhekk fost il-​kliem taʼ Samwel, il-​veġġent,*+ u fost il-​kliem taʼ Natan,+ il-​profeta, u fost il-​kliem taʼ Gad,+ il-​viżjonarju, 30  flimkien mas-​saltna kollha tiegħu u s-​setgħa tiegħu u ż-​żminijiet+ li kienu għaddew minn fuqu u minn fuq Israel u minn fuq is-​saltniet kollha taʼ l-​artijiet.+

Noti taʼ taħt

Jew, “it-​tempju.” F’vers 19 ukoll.
Munita tad-​deheb Persjana.
Jew, “it-​tfakkiriet.”
Ara l-​1Sa 9:9.