1 Kronaki 27:1-34

27  Inkwantu għal ulied Israel, skond l-​għadd tagħhom, il-​kapijiet tal-​familji min-​naħa tal-​missier+ u l-​kapijiet+ taʼ l-​eluf u tal-​mijiet+ u l-​uffiċjali tagħhom li kienu jaqdu+ lis-​sultan f’kull kwistjoni tat-​taqsimiet taʼ dawk li kienu jidħlu u joħorġu minn xahar għal xahar għax-​xhur kollha tas-​sena, kull taqsima kien fiha erbgħa u għoxrin elf.  Fuq l-​ewwel taqsima taʼ l-​ewwel xahar kien hemm Ġasobegħam,+ bin Żabdijel, u fit-​taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf.  Xi wħud minn ulied Pereż,+ il-​kap tal-​kapijiet kollha tal-​gruppi tas-​servizz, kienu għall-​ewwel xahar.  U fuq it-​taqsima tat-​tieni xahar kien hemm Dodaj+ l-​Aħoħi+ bit-​taqsima tiegħu, u Miklot kien il-​mexxej, u fit-​taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf.  Il-kap tat-​tielet grupp tas-​servizz għat-​tielet xahar kien Benaja,+ bin Ġeħojada,+ il-​qassis ewlieni, u fit-​taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf.  Dan Benaja+ kien raġel setgħan fost it-​tletin+ u fuq it-​tletin; u fuq it-​taqsima tiegħu kien hemm ibnu Għammiżabad.  Ir-rabaʼ wieħed għar-​rabaʼ xahar kien Għasael,+ ħu Ġowab,+ u warajh ibnu Żebadija, u fit-​taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf.  Il-ħames kap għall-​ħames xahar kien Samħut+ l-​Iżraħi, u fit-​taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf.  Is-sitt wieħed għas-​sitt xahar kien Ira,+ bin Ikkes+ it-​Tekogħi,+ u fit-​taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 10  Is-sebaʼ wieħed għas-​sebaʼ xahar kien Ħeleż+ il-​Peloni+ minn ulied Efrajm, u fit-​taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 11  It-tmien wieħed għat-​tmien xahar kien Sibbekaj+ il-​Ħusati miż-​Żeraħin,+ u fit-​taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 12  Id-disaʼ wieħed għad-​disaʼ xahar kien Abi-għeżer+ l-​Għanatoti+ mill-​Benjaminin, u fit-​taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 13  L-għaxar wieħed għall-​għaxar xahar kien Maħaraj+ in-​Netofati miż-​Żeraħin,+ u fit-​taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 14  Il-ħdax-il wieħed għall-​ħdax-il xahar kien Benaja+ l-​Piratoni minn ulied Efrajm,+ u fit-​taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 15  It-tnax-il wieħed għat-​tnax-il xahar kien Ħeldaj+ in-​Netofati, minn Għotnijel, u fit-​taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 16  U fuq it-​tribujiet taʼ Israel,+ mir-​Rubenin, Eligħeżer, bin Żikri, kien il-​mexxej; mis-​Simegħonin, Sefatija bin Magħka; 17  minn Levi, Ħasabija, bin Kemwel; minn Aron, Sadok;+ 18  minn Ġuda, Eliħu,+ wieħed minn ħut David;+ minn Issakar, Għomri, bin Mikiel; 19  minn Żebulun, Ismaja, bin Għobadija; minn Naftali, Ġerimot, bin Għażrijel; 20  minn ulied Efrajm, Ħosegħa, bin Għażażija; minn nofs it-​tribù taʼ Manasse, Ġoel, bin Pedaja; 21  minn nofs it-​tribù taʼ Manasse f’Gilegħad, Iddo, bin Żakkarija; minn Benjamin, Ġagħsijel, bin Abner;+ 22  minn Dan, Għażarel, bin Ġeroħam. Dawn kienu l-​prinċpijiet+ tat-​tribujiet taʼ Israel. 23  U David m’għaddhomx lil dawk li kellhom minn għoxrin sena ’l isfel, għaliex Ġeħova kien wiegħed li jagħmel lil Israel daqs il-​kwiekeb tas-​smewwiet.+ 24  Ġowab,+ bin Seruja, kien beda jgħoddhom, imma ma kompliex;+ u minħabba dan kien hemm l-​għadab+ t’Alla kontra Israel, u l-​għadd ma tniżżilx fir-​rakkont tal-​ġrajjiet taʼ jiem is-​Sultan David. 25  U fuq it-​teżori tas-​sultan+ kien hemm Għażmawet, bin Għadijel. U fuq it-​teżori fir-​rabaʼ,+ fil-​bliet,+ fl-​irħula, u fit-​torrijiet, kien hemm Ġonatan, bin Użżija. 26  U fuq dawk li jagħmlu x-​xogħol fir-​rabaʼ,+ biex jikkultivaw il-​ħamrija, kien hemm Għeżri, bin Kelub. 27  U fuq l-​oqsma tad-​dwieli+ kien hemm Simgħi r-​Ramati; u fuq kulma kien hemm fl-​oqsma tad-​dwieli għall-​provvisti taʼ l-​inbid kien hemm Żabdi s-​Sifmi. 28  U fuq l-​imsaġar taż-​żebbuġ u s-​siġar tal-​ġummajż+ li kienu fis-​Sefela+ kien hemm Bagħal-ħanan il-​Gederi; u fuq il-​provvisti taż-​żejt+ kien hemm Ġogħas. 29  U fuq l-​imrieħel tal-​baqar li kienu jirgħu fis-​Saron+ kien hemm Sitraj is-​Saroni; u fuq l-​imrieħel tal-​baqar fil-​pjanuri l-​baxxi kien hemm Safat, bin Għadlaj. 30  U fuq l-​iġmla+ kien hemm Obil l-​Ismagħeli;+ u fuq il-​ħmir nisa kien hemm Ġeħdeja l-​Meronoti. 31  U fuq l-​imrieħel tan-​nagħaġ kien hemm Ġażiż il-​Ħagri. Dawn kollha kienu l-​kapijiet fuq il-​ġid tas-​Sultan David. 32  U Ġonatan,+ in-​neputi taʼ David, kien kunsillier, raġel li kellu l-​abbiltà li jifhem,+ u kien ukoll segretarju; u Ġeħijel, bin Ħakmoni,+ kien maʼ wlied is-​sultan.+ 33  U Aħitofel+ kien kunsillier+ tas-​sultan; u Ħusaj+ l-​Arki+ kien sieħeb is-​sultan.+ 34  U wara Aħitofel kien hemm Ġeħojada, bin Benaja,+ u Abjatar;+ u Ġowab+ kien il-​kap taʼ l-​armata tas-​sultan.

Noti taʼ taħt