1 Kronaki 26:1-32

26  Għat-taqsimiet taʼ l-​għassiesa tal-​bibien:+ Mill-​Koraħin,+ Meselemija,+ bin Kore, minn ulied Asaf.  U Meselemija kellu l-​ulied: Żakkarija l-​ewwel imwieled, Ġedjagħel it-​tieni, Żebadija t-​tielet, Ġatnijel ir-​rabaʼ,  Għelam il-​ħames, Ġeħoħanan is-​sitta, u Eligħeħo-għenaj is-​sebaʼ.  U Għobed-edom+ kellu l-​ulied: Semajja l-​ewwel imwieled, Ġeħożabad it-​tieni, Ġowaħ it-​tielet, Sakar ir-​rabaʼ, Netanel il-​ħames,  Għammijel is-​sitta, Issakar is-​sebaʼ, u Pegħulletaj it-​tmienja; għax Alla kien bierku.+  U lil ibnu Semajja twildulu wlied li kienu ħakkiema taʼ dar missierhom, għax kienu rġiel kapaċi u setgħanin.  Ulied Semajja, Għotni, Refael, Għobed, Elżabad, li ħutu kienu rġiel kapaċi, Eliħu, u Semakija.  Dawn kollha kienu wlied Għobed-edom, huma u wliedhom u ħuthom, irġiel kapaċi li jinqalgħu għas-​servizz, tnejn u sittin t’Għobed-edom.  U Meselemija+ kellu wlied u aħwa, irġiel kapaċi, tmintax. 10  U Ħosa minn ulied Merari kellu l-​ulied. Simri kien il-​kap, għax għalkemm ma kienx l-​ewwel imwieled,+ missieru ħatru bħala kap;+ 11  Ħilkija t-​tieni, Tebalija t-​tielet, Żakkarija r-​rabaʼ. L-​ulied u l-​aħwa kollha taʼ Ħosa kienu tlettax. 12  Minn dawn it-​taqsimiet taʼ l-​għassiesa tal-​bibien, il-​kapijiet kellhom dmirijiet eżatt bħalma kellhom ħuthom,+ biex jaqdu fid-​dar taʼ Ġeħova. 13  Għalhekk, tefgħu x-​xorti+ għaż-​żgħir l-​istess bħalma għamlu għall-​kbir skond il-​familji tagħhom min-​naħa tal-​missier,+ għal kull bieb. 14  Imbagħad ix-​xorti għan-​naħa tal-​lvant messet lil Selemija.+ Tefgħu x-​xorti għal ibnu Żakkarija,+ kunsillier+ għaqli, u x-​xorti li messet lilu kienet għan-​naħa tat-​tramuntana.+ 15  Lil Għobed-edom messitu n-​naħa tan-​nofsinhar, u wliedu+ kellhom l-​imħażen.+ 16  Lil Suffim u lil Ħosa+ messithom in-​naħa tal-​punent qrib Bieb Salleket fit-​triq ewlenija għat-​telgħa, grupp t’għassiesa+ biswit grupp t’għassiesa;+ 17  in-naħa tal-​lvant kien hemm sitt Leviti; in-​naħa tat-​tramuntana, kull ġurnata, erbgħa; in-​naħa tan-​nofsinhar, kull ġurnata,+ erbgħa; u għall-​imħażen,+ tnejn tnejn; 18  għall-portiku n-​naħa tal-​punent, erbgħa fit-​triq ewlenija+ u tnejn fil-​portiku. 19  Dawn kienu t-​taqsimiet taʼ l-​għassiesa tal-​bibien taʼ wlied il-​Koraħin+ u taʼ wlied Merari.+ 20  Inkwantu għal-​Leviti, Aħija kien fuq it-​teżori+ tad-​dar taʼ l-​Alla l-​veru u fuq it-​teżori taʼ l-​affarijiet li tqaddsu.+ 21  Ulied Lagħdan,+ ulied il-​Gersoni minn Lagħdan; il-​kapijiet tal-​familji min-​naħa tal-​missier taʼ Lagħdan il-​Gersoni, Ġeħijeli.+ 22  Ulied Ġeħijeli, Żetam u ħuh Ġoel,+ kienu fuq it-​teżori+ tad-​dar taʼ Ġeħova. 23  Għall-Għamramin, għall-​Isħarin, għall-​Ħebronin, għall-​Użżijelin,+ 24  Sebugħel,*+ bin Gersom, bin Mosè, kien mexxej fuq l-​imħażen. 25  Inkwantu għal ħutu, minn Eligħeżer+ kien hemm Reħabija,+ ibnu; Ġesagħija, ibnu; Ġoram, ibnu; Żikri, ibnu; u Selomot, ibnu. 26  Dan Selomot u ħutu kienu fuq it-​teżori kollha taʼ l-​affarijiet li tqaddsu,+ li kienu qaddsu David,+ is-​sultan, u l-​kapijiet tal-​familji min-​naħa tal-​missier,+ u l-​kapijiet taʼ l-​eluf u tal-​mijiet, u l-​kapijiet taʼ l-​armata. 27  Mill-gwerer+ u mill-​priża+ kienu qaddsu affarijiet għall-​manutenzjoni tad-​dar taʼ Ġeħova. 28  Kif ukoll kulma kienu qaddsu Samwel, il-​veġġent,*+ Sawl, bin Kis, Abner,+ bin Ner, u Ġowab,+ bin Seruja.+ Kulma tqaddes minn xi ħadd kien taħt id-​direzzjoni taʼ Selomit* u ħutu. 29  Mill-Isħarin,+ Kenanija u wliedu kienu għad-​dmirijiet ’il barra+ mid-​dar t’Alla bħala uffiċjali u bħala mħallfin+ fuq Israel. 30  Mill-Ħebronin,+ Ħasabija u ħutu, irġiel kapaċi,+ elf u sebaʼ mija, kienu fuq l-​amministrazzjoni taʼ Israel fir-​reġjun tal-​Ġordan lejn il-​punent għax-​xogħol kollu taʼ Ġeħova u għas-​servizz tas-​sultan. 31  Mill-Ħebronin, Ġerijah+ kien il-​kap tal-​Ħebronin skond il-​ġenerazzjonijiet tagħhom u skond missirijiethom. Fis-​sena erbgħin+ tas-​saltna taʼ David fittxewhom, u sabu fosthom irġiel qalbenin u setgħanin f’Ġagħżer+ taʼ Gilegħad.+ 32  U ħutu, irġiel kapaċi,+ kienu elfejn u sebaʼ mija, kapijiet tal-​familji min-​naħa tal-​missier.+ Għalhekk, David, is-​sultan, inkarigahom fuq ir-​Rubenin u l-​Gadin u nofs it-​tribù tal-​Manassin,+ għal kull kwistjoni taʼ l-​Alla l-​veru u kull kwistjoni+ tas-​sultan.

Noti taʼ taħt

“Subagħel.” Qabbel l-​1Kr 23:16, in-​nota taʼ taħt.
Ara l-​1Sa 9:9.
“Selomot” f’versi 25 u 26.