1 Kronaki 25:1-31
25 Iktar minn hekk, David u l-kapijiet+ tal-gruppi tas-servizz+ warrbu apparti għas-servizz lil xi wħud minn ulied Asaf, Ħeman,+ u Ġedutun,+ li jipprofetizzaw bl-arpi,+ bl-istrumenti tal-korda,+ u biċ-ċimbali.+ U mill-għadd tagħhom kien hemm l-irġiel inkarigati għas-servizz tagħhom.
2 Minn ulied Asaf, Żakkur, Ġużeppi,+ Netanija, u Asarela,+ ulied Asaf taħt id-direzzjoni t’Asaf,+ li jipprofetizza taħt id-direzzjoni tas-sultan.
3 Minn Ġedutun:+ ulied Ġedutun, Gedalija,+ Seri,+ Ġesagħija,+ Simgħi, Ħasabija, u Mattitija,+ sitta, taħt id-direzzjoni taʼ missierhom Ġedutun, li kien jipprofetizza bl-arpa biex jirringrazzja u jfaħħar lil Ġeħova.+
4 Minn Ħeman:+ ulied Ħeman, Bukkija,+ Mattanija,+ Użżijel,+ Sebugħel,* Ġerimot, Ħananija,+ Ħanani, Eljata,+ Giddalti,+ Romamti-għeżer,+ Ġosbekasa,+ Malloti,+ Ħotir,+ Maħażijot.
5 Dawn kollha kienu wlied Ħeman, viżjonarju+ tas-sultan, dwar l-affarijiet taʼ l-Alla l-veru, li għolla l-qarn tiegħu biex jigglorifika lil Alla; b’hekk, lil Ħeman, l-Alla l-veru tah erbatax-il tifel u tlett ibniet.+
6 Dawn kollha kienu taħt id-direzzjoni taʼ missierhom fil-kant fid-dar taʼ Ġeħova, biċ-ċimbali,+ bl-istrumenti tal-korda,+ u bl-arpi+ għas-servizz tad-dar taʼ l-Alla l-veru.
Taħt id-direzzjoni tas-sultan kien hemm Asaf, Ġedutun, u Ħeman.+
7 U l-għadd tagħhom, flimkien maʼ ħuthom imħarrġin fil-kant lil Ġeħova,+ ilkoll esperti,+ kien mitejn u tmienja u tmenin.
8 Għalhekk, tefgħu x-xorti+ dwar l-affarijiet li kellhom jieħdu ħsiebhom, iż-żgħir l-istess bħall-kbir,+ l-espert+ flimkien maʼ dak li qed jitgħallem.
9 U telgħu bix-xorti: l-ewwel t’Asaf, Ġużeppi;+ it-tieni Gedalija+ (hu u ħutu u wliedu kienu tnax);
10 it-tielet Żakkur,+ uliedu u ħutu, tnax;
11 ir-rabaʼ Isri,+ uliedu u ħutu, tnax;
12 il-ħames Netanija,+ uliedu u ħutu, tnax;
13 is-sitta Bukkija, uliedu u ħutu, tnax;
14 is-sebaʼ Ġesarela,+ uliedu u ħutu, tnax;
15 it-tmienja Ġesagħija, uliedu u ħutu, tnax;
16 id-disaʼ Mattanija, uliedu u ħutu, tnax;
17 l-għaxra Simgħi, uliedu u ħutu, tnax;
18 il-ħdax Għażarel,+ uliedu u ħutu, tnax;
19 it-tnax Ħasabija, uliedu u ħutu, tnax;
20 it-tlettax Subagħel,+ uliedu u ħutu, tnax;
21 l-erbatax Mattitija, uliedu u ħutu, tnax;
22 il-ħmistax Ġeremot, uliedu u ħutu, tnax;
23 is-sittax Ħananija, uliedu u ħutu, tnax;
24 is-sbatax Ġosbekasa, uliedu u ħutu, tnax;
25 it-tmintax Ħanani, uliedu u ħutu, tnax;
26 id-dsatax Malloti, uliedu u ħutu, tnax;
27 l-għoxrin Eljata, uliedu u ħutu, tnax;
28 il-wieħed u għoxrin Ħotir, uliedu u ħutu, tnax;
29 it-tnejn u għoxrin Giddalti, uliedu u ħutu, tnax;
30 it-tlieta u għoxrin Maħażijot,+ uliedu u ħutu, tnax;
31 l-erbgħa u għoxrin Romamti-għeżer,+ uliedu u ħutu, tnax.