1 Kronaki 24:1-31

24  Issa wlied Aron kellhom it-​taqsimiet tagħhom. Ulied Aron kienu Nadab+ u Abiħu,+ Elegħażar+ u Itamar.+  Madankollu, Nadab u Abiħu+ mietu qabel missierhom,+ u ma kellhomx ulied, imma Elegħażar+ u Itamar baqgħu jaqdu bħala qassisin.  U David, u Sadok+ minn ulied Elegħażar, u Aħimelek+ minn ulied Itamar, qassmuhom f’taqsimiet għall-​kariga tagħhom fis-​servizz tagħhom.+  Imma l-​kapijiet taʼ wlied Elegħażar kienu iktar fl-​għadd minn dawk taʼ wlied Itamar. Għalhekk, lil ulied Elegħażar qassmulhom, bħala kapijiet tal-​familji tagħhom min-​naħa tal-​missier, sittax, u lil ulied Itamar, bħala kapijiet tal-​familji tagħhom min-​naħa tal-​missier, tmienja.  Iktar minn hekk, qassmuhom bix-​xorti,+ dawn u dawk flimkien, għax kellu jkun hemm kapijiet fil-​post qaddis+ u kapijiet li jaqdu lill-​Alla l-​veru kemm minn ulied Elegħażar u kemm minn ulied Itamar.  Imbagħad Semajja, bin Netanel is-​segretarju+ tal-​Leviti, kitibhom quddiem is-​sultan u l-​prinċpijiet u Sadok+ il-​qassis u Aħimelek,+ bin Abjatar,+ u l-​kapijiet tal-​missirijiet tal-​qassisin u tal-​Leviti,+ familja waħda min-​naħa tal-​missier magħżula għal Elegħażar+ u waħda magħżula għal Itamar.+  U telgħu bix-​xorti: l-​ewwel Ġeħojarib;+ it-​tieni Ġedaja,   it-tielet Ħarim, ir-​rabaʼ Segħorim,  il-ħames Malkija, is-​sitta Mijamin, 10  is-sebaʼ Ħakkos, it-​tmienja Abija,+  11  id-disaʼ Ġeswa, l-​għaxra Sekanija,  12  il-ħdax Eljasib, it-​tnax Ġakim, 13  it-tlettax Ħuffa, l-​erbatax Ġesebegħab, 14  il-ħmistax Bilga, is-​sittax Immer,  15  is-sbatax Ħeżir, it-​tmintax Ħaffisses, 16  id-dsatax Petaħija, l-​għoxrin Ġeħeżkel, 17  il-wieħed u għoxrin Ġakin, it-​tnejn u għoxrin Gamul, 18  it-tlieta u għoxrin Delaja, l-​erbgħa u għoxrin Magħżija. 19  Dawn kienu l-​karigi tagħhom+ għas-​servizz tagħhom,+ biex jidħlu fid-​dar taʼ Ġeħova skond id-​dritt mistħoqq tagħhom+ minn id Aron missierhom tal-​qedem, bħalma kien ordnalu Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel. 20  U minn ulied Levi li kien fadal, minn ulied Għamram+ kien hemm Subagħel;+ minn ulied Subagħel, Ġeħdeja; 21  minn Reħabija:+ minn ulied Reħabija, Issija l-​kap; 22  mill-Isħarin,+ Selomot;+ minn ulied Selomot, Ġaħat; 23  u minn ulied Ħebron,+ Ġerija+ l-​kap, Amarija t-​tieni, Ġaħażijel it-​tielet, u Ġekamegħam ir-​rabaʼ. 24  Ulied Użżijel: Mikea;+ minn ulied Mikea, Samir. 25  Ħu Mikea kien Issija; minn ulied Issija, Żakkarija. 26  Ulied Merari+ kienu Maħli+ u Musi;+ ulied Ġagħżija: Beno. 27  Ulied Merari: Minn Ġagħżija, Beno, Soħam, Żakkur, u Ibri. 28  Minn Maħli, Elegħażar, li ma kellux ulied.+ 29  Minn Kis: ulied Kis: Ġeraħmel. 30  U wlied Musi kienu Maħli,+ Għeder, u Ġerimot.+ Dawn kienu wlied il-​Leviti skond il-​familji tagħhom min-​naħa tal-​missier.+ 31  U dawn ukoll tefgħu x-​xorti+ eżattament bħalma għamlu ħuthom, ulied Aron, quddiem David, is-​sultan, u Sadok u Aħimelek u l-​kapijiet tal-​familji min-​naħa tal-​missier tal-​qassisin u tal-​Leviti. Rigward il-​familji min-​naħa tal-​missier,+ il-​kap kien eżatt bħal ħuh iż-​żgħir.

Noti taʼ taħt