Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

1 Kronaki 23:1-32

23  U David kien xiħ+ u mimli bl-għomor, u għalhekk għamel lil ibnu Salamun+ sultan fuq Israel.  U ġabar lill-prinċpijiet+ kollha taʼ Israel u lill-qassisin+ u lil-Leviti.+  Għaldaqstant, il-Leviti kienu magħdudin mill-età taʼ tletin sena ’l fuq;+ u l-għadd tagħhom, ras b’ras, raġel b’saħħtu b’raġel b’saħħtu, kien tmienja u tletin elf.  Minn dawn, bħala mgħallmin fuq ix-xogħol tad-dar taʼ Ġeħova, kien hemm erbgħa u għoxrin elf; u bħala uffiċjali+ u mħallfin+ sitt elef;  u erbat elef għassies tal-bibien+ u erbat elef ifaħħru+ lil Ġeħova bl-istrumenti+ li dwarhom David qal, “Jien għamilthom biex ifaħħru bihom.”  Imbagħad David qassamhom f’taqsimiet+ għal ulied Levi,+ għal Gerson, Keħat, u Merari.  Għall-Gersonin, Lagħdan u Simgħi.  Ulied Lagħdan kienu  Ġeħijel+ il-kap, Żetam, u Ġoel,+ tlieta.  Ulied Simgħi kienu Selomot, Ħażijel, u Ħaran, tlieta. Dawn kienu l-kapijiet tal-missirijiet għal Lagħdan. 10  U wlied Simgħi kienu Ġaħat, Żina,* Ġegħus, u Berija. Dawn l-erbgħa kienu wlied Simgħi. 11  U Ġaħat kien il-kap, u Żiżah it-tieni. U Ġegħus u Berija ma kellhomx ħafna wlied; għalhekk saru familja min-naħa tal-missier+ għal klassi uffiċjali waħda. 12  Ulied Keħat+ kienu Għamram, Isħar,+ Ħebron,+ u Użżijel,+ erbgħa. 13  Ulied Għamram kienu Aron+ u Mosè.+ Imma Aron kien imwarrab apparti+ sabiex iqaddes l-Iktar Qaddis,+ hu u wliedu għal żmien indefinit, biex joffru d-duħħan tas-sagrifiċċji+ quddiem Ġeħova, biex jaqduh,+ u biex ilissnu barka+ f’ismu għal żmien indefinit. 14  U wlied Mosè, il-bniedem taʼ l-Alla l-veru,+ baqgħu jissejħu fost it-tribù tal-Leviti.+ 15  Ulied Mosè kienu Gersom+ u Eligħeżer.+ 16  Ulied Gersom: Sebugħel,*+ il-kap. 17  U wlied Eligħeżer: Reħabija,+ il-kap; u Eligħeżer ma kellux iktar ulied, imma wlied Reħabija kotru fuq li kotru. 18  Ulied Isħar:+ Selomit,+ il-kap. 19  Ulied Ħebron kienu Ġerija l-kap, Amarija t-tieni, Ġaħażijel it-tielet, u Ġekamegħam+ ir-rabaʼ. 20  Ulied Użżijel+ kienu Mikea l-kap u Issija t-tieni. 21  Ulied Merari+ kienu Maħli u Musi.+ Ulied Maħli kienu Elegħażar+ u Kis. 22  Imma Elegħażar miet; u ma kellux ulied subien, imma bniet. Għalhekk, ulied Kis, ħuthom, iżżewġuhom.+ 23  Ulied Musi kienu Maħli, Għeder, u Ġeremot,+ tlieta. 24  Dawn kienu wlied Levi skond id-dar taʼ missirijiethom,+ il-kapijiet tal-missirijiet, skond dawk li ġew inkarigati minnhom, bl-għadd taʼ l-ismijiet, ras b’ras, dawk li jieħdu ħsieb ix-xogħol għas-servizz+ tad-dar taʼ Ġeħova, mill-età t’għoxrin sena ’l fuq.+ 25  Għax David kien qal: “Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, ta s-serħan lill-poplu tiegħu,+ u se jgħammar f’Ġerusalemm għal żmien indefinit.+ 26  U l-Leviti ma jkollhomx għalfejn iġorru t-tabernaklu jew xi waħda mill-għodod tiegħu għas-servizz tiegħu.”+ 27  Għax skond l-aħħar kliem+ taʼ David dan kien l-għadd taʼ wlied Levi mill-età t’għoxrin sena ’l fuq. 28  Għax ix-xogħol tagħhom kien għad-dispożizzjoni taʼ wlied Aron+ għas-servizz tad-dar taʼ Ġeħova, fil-btieħi,+ fil-kmamar taʼ l-ikel,+ fil-purifikazzjoni taʼ kull ħaġa qaddisa,+ u fix-xogħol tas-servizz tad-dar taʼ l-Alla l-veru, 29  kif ukoll għall-ħobż preżentat f’saffi,+ għad-dqiq fin+ għall-offerta tal-qmuħ, għall-galletti+ tal-ħobż bla ħmira,+ għall-ftajjar taʼ fuq il-pjanċa,+ għall-għaġina mħallta,+ u għal kull kejl taʼ kwantità u qjies;+ 30  u biex jieqfu+ kull fil-għodu+ biex jirringrazzjaw+ u jfaħħru+ lil Ġeħova, u l-istess kull fil-għaxija; 31  u għal kull offerta tas-sagrifiċċji tal-ħruq lil Ġeħova fis-Sabatijiet,+ f’kull qamar ġdid,+ u fl-istaġuni tal-festi,+ bl-għadd skond ir-regola dwarhom, il-ħin kollu quddiem Ġeħova. 32  U huma jieħdu ħsieb li jgħassu+ t-tinda tal-laqgħa u jgħassu l-post qaddis+ u jħarsu lil ulied Aron, ħuthom, għas-servizz tad-dar taʼ Ġeħova.+

Noti taʼ taħt

“Żiżah” f’vers 11.
“Subagħel” fl-1Kr 24:20.