1 Kronaki 21:1-30

21  U Satana* qam kontra Israel u xewwex+ lil David biex jgħodd lil Israel.  Għalhekk, David qal lil Ġowab+ u lill-​kapijiet tal-​poplu: “Morru għoddu+ lil Israel minn Bir-​xeba+ sa Dan+ u ejjew għiduli biex inkun naf l-​għadd tagħhom.”+  Imma Ġowab qal: “Jalla Ġeħova jżid mal-​poplu tiegħu mitt darba daqs li hu.+ M’humiex, O sidi s-​sultan, ilkoll kemm huma qaddejja taʼ sidi? Sidi għala qed ifittex dan?+ Għala għandu jkun kaġun taʼ ħtija għal Israel?”  Madankollu, il-​kelma tas-​sultan+ għelbet lil Ġowab, u b’hekk Ġowab ħareġ+ u dar Israel kollu, u mbagħad wasal Ġerusalemm.+  Ġowab issa ta l-​għadd tar-​reġistrazzjoni tal-​poplu lil David; u Israel kollu ammonta għal miljun u mitt elf raġel li jisiltu s-​sejf,+ u Ġuda erbaʼ mija u sebgħin elf raġel li jisiltu s-​sejf.  U lil Levi+ u lil Benjamin ma rreġistrahomx magħhom,+ għaliex il-​kelma tas-​sultan kienet mistkerrha għal Ġowab.  Issa din il-​ħaġa kienet ħażina f’għajnejn l-​Alla l-​veru,+ u għalhekk darab lil Israel.  Għaldaqstant, David qal lill-​Alla l-​veru: “Jien dnibt+ ħafna billi għamilt din il-​ħaġa. U issa, jekk jogħġbok, aħfer+ l-​iżball tal-​qaddej tiegħek; għax jien tbellaht bil-​kbir.”+  U Ġeħova kellem lil Gad,+ il-​viżjonarju+ taʼ David, u qallu:  10  “Mur u kellem lil David u għidlu, ‘Hekk qal Ġeħova: “Hemm tliet affarijiet li qed inġib kontrik.+ Agħżel għalik waħda minnhom, sabiex nagħmilhielek.”’”+ 11  Għaldaqstant, Gad daħal għand David+ u qallu: “Hekk qal Ġeħova, ‘Agħżel, 12  jew li jkun hemm ġuħ għal tliet snin;+ jew li jkun hemm il-​qerda għal tliet xhur minn quddiem l-​avversarji tiegħek+ u jilħqek is-​sejf taʼ l-​għedewwa tiegħek, jew li għal tlett ijiem ikun hemm is-​sejf taʼ Ġeħova,+ iva, il-​pesta,+ fl-​art, u l-​anġlu taʼ Ġeħova jagħmel ħerba+ fit-​territorju kollu taʼ Israel.’ U issa ara x’għandi nwieġeb lil Dak li bagħatni.” 13  Għalhekk, David qal lil Gad: “Dan inikkitni ferm. Jekk jogħġbok, ħa naqaʼ f’id Ġeħova,+ għax ħafna u ħafna huma l-​ħniniet tiegħu;+ imma tħallinix naqaʼ f’id il-​bniedem.”+ 14  Imbagħad Ġeħova bagħat pesta+ f’Israel, u b’hekk waqgħu minn Israel sebgħin elf persuna.+ 15  Barra minn hekk, l-​Alla l-​veru bagħat anġlu lejn Ġerusalemm biex jagħmilha ħerba;+ u malli beda jagħmilha ħerba, Ġeħova raha u beda jiddispjaċih minħabba l-​gwaj;+ u għalhekk qal lill-​anġlu li kien qed jagħmel il-​ħerba: “Biżżejjed!+ Issa niżżel idek.” U l-​anġlu taʼ Ġeħova kien wieqaf qrib il-​qiegħa tad-​dris t’Ornan*+ il-​Ġebusi.+ 16  Meta David refaʼ għajnejh, ra l-​anġlu+ taʼ Ġeħova wieqaf bejn l-​art u s-​smewwiet b’sejfu mislut+ f’idu ppontat lejn Ġerusalemm; u David u x-​xjuħ, lebsin l-​ilbies taʼ l-​ixkora,+ minnufih inxteħtu wiċċhom fl-​art.+ 17  U David qal lill-​Alla l-​veru: “Mhux jien kont li għedt biex isir l-​għadd tal-​poplu, u mhux jien kont li dnibt u bla dubju għamilt il-​ħażin?+ Imma dawn in-​nagħaġ,+ x’għamlu? O Ġeħova Alla tiegħi, jekk jogħġbok, ħa tiġi idek fuqi u fuq dar missieri; imma tibgħatx flaġell fuq il-​poplu tiegħek.”+ 18  U l-​anġlu taʼ Ġeħova, min-​naħa tiegħu, qal lil Gad+ biex jgħid lil David li David għandu jitlaʼ biex iwaqqaf artal lil Ġeħova fuq il-​qiegħa tad-​dris t’Ornan il-​Ġebusi.+ 19  Għaldaqstant, David telaʼ skond il-​kelma li Gad kien qal f’isem Ġeħova.+ 20  Sadanittant, Ornan+ dar lura u ra l-​anġlu; u l-​erbaʼ wliedu li kienu miegħu nħbew. Issa Ornan kien qed jidres il-​qamħ. 21  Għalhekk, David wasal sa ħdejn Ornan. Meta Ornan ħares u ra lil David,+ minnufih ħareġ mill-​qiegħa tad-​dris u miel wiċċu lejn l-​art quddiem David. 22  Imbagħad David qal lil Ornan: “Agħtini l-​post tal-​qiegħa tad-​dris, biex nibni fih artal lil Ġeħova. B’kemm jiswa flus+ agħtihuli,+ sabiex il-​flaġell+ jieqaf minn fuq il-​poplu.” 23  Imma Ornan qal lil David: “Ħudu daqslikieku tiegħek,+ u ħa jagħmel sidi s-​sultan dak li hu tajjeb f’għajnejh stess. Ara, nagħtik il-​baqar+ għall-​offerti tal-​ħruq u s-​slitta tad-​dris+ għall-​injam+ u l-​qamħ bħala offerta tal-​qmuħ. Kollox nagħtik.”+ 24  Madankollu, is-​Sultan David qal lil Ornan: “Le, imma żgur li nixtrih b’kemm jiswa flus,+ għaliex m’iniex se nieħu dak li hu tiegħek u noffrih lil Ġeħova bħala sagrifiċċji tal-​ħruq mingħajr ħlas.” 25  Għalhekk, għall-​post, David lil Ornan wiżinlu sitt mitt xekel deheb.+ 26  Imbagħad David bena hemmhekk artal+ lil Ġeħova u offra sagrifiċċji tal-​ħruq u sagrifiċċji taʼ sħubija, u sejjaħ lil Ġeħova,+ li issa wieġbu bin-​nar+ mis-​smewwiet fuq l-​artal taʼ l-​offerta tal-​ħruq. 27  Iktar minn hekk, Ġeħova qal il-​kelma lill-​anġlu,+ li mbagħad daħħal lura sejfu fl-​għant tiegħu. 28  Dak iż-​żmien, meta ra li Ġeħova kien wieġbu fil-​qiegħa tad-​dris t’Ornan il-​Ġebusi, David baqaʼ joffri s-​sagrifiċċji hemmhekk.+ 29  Imma t-​tabernaklu taʼ Ġeħova li Mosè kien għamel fix-​xagħri u l-​artal taʼ l-​offerta tal-​ħruq kienu dak iż-​żmien fil-​post għall-​qima* f’Gibegħon.+ 30  U David ma kellux il-​ħila jmur quddiemu biex jikkonsulta m’Alla, għax kien twerwer+ minħabba s-​sejf taʼ l-​anġlu taʼ Ġeħova.

Noti taʼ taħt

Jew, “wieħed li jopponi” (Ebrajk: Satan).
“Arawna” fit-​2Sa 24:16.
Letteralment, “post fl-​għoli.”