1 Kronaki 20:1-8

20  U ġara li, madwar iż-​żmien tal-​bidu tas-​sena,+ fiż-​żmien li s-​slaten joħorġu għall-​gwerra,+ Ġowab mexxa l-​qawwa tal-​ġlied taʼ l-​armata+ u qered l-​art taʼ wlied Għammon u mar jassedja lil Rabba,+ waqt li David kien qed jgħammar f’Ġerusalemm; u Ġowab ħabat+ għal Rabba u ġarrafha.  Imma David ħa l-​kuruna minn fuq ras Malkam,*+ u sab li kienet tiżen talent deheb, u fiha kien hemm il-​ħaġar prezzjuż; u tqiegħdet fuq ras David. U l-​priża li ħareġ mill-​belt kienet kotrana ferm.+  U n-​nies li kienu fiha ħariġhom, u żammhom+ biex jisserraw il-​ġebel u jagħmlu l-​għodod jaqtgħu tal-​ħadid u l-​imnanar;+ u hekk għamlilhom David lill-​bliet kollha taʼ wlied Għammon. Fl-​aħħar, David u n-​nies kollha reġgħu lura lejn Ġerusalemm.  U ġara wara dan li faqqgħet il-​gwerra f’Geżer+ mal-​Filistin.+ Kien f’dan iż-​żmien li Sibbekaj+ il-​Ħusati qatel lil Sippaj* minn dawk li twieldu mir-​Refajin,+ u b’hekk ġew imrażżnin.  U għal darb’oħra kien hemm il-​gwerra mal-​Filistin; U Elħanan,+ bin Ġajir, qatel lil Laħmi, ħu Gulija+ l-​Gitti, li l-​manku tal-​lanza tiegħu kien bħall-​motwa* taʼ min jinseġ bin-​newl.+  U reġaʼ kien hemm il-​gwerra f’Gat,+ meta kien hemm raġel taʼ kobor straordinarju,+ li s-​swabaʼ taʼ idejh u taʼ saqajh kienu sitta sitta, erbgħa u għoxrin b’kollox;+ u dan, ukoll, kien twieled lir-​Refajin.+  U baqaʼ jisfida+ lil Israel. Fl-​aħħar, Ġonatan, bin Simegħa,+ ħu David, qatlu.  Dawn kienu l-​irġiel li twieldu lir-​Refajin+ f’Gat;+ u waqgħu+ b’id David u b’id il-​qaddejja tiegħu.

Noti taʼ taħt

Ara t-​2Sa 12:30, in-​nota taʼ taħt.
“Saf” fit-​2Sa 21:18.
Ara l-​1Sa 17:7, in-​nota taʼ taħt.