Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

1 Kronaki 2:1-55

2  Dawn kienu wlied Israel:+ Ruben,+ Simegħon,+ Levi+ u Ġuda,+ Issakar+ u Żebulun,+  Dan,+ Ġużeppi+ u Benjamin,+ Naftali,+ Gad+ u Aser.+  Ulied Ġuda kienu Għer,+ Onan,+ u Selaħ.+ Dawn it-tlieta twildulu mill-mara Kangħanija, bint Sugħa. U Għer, l-ewwel imwieled taʼ Ġuda, kien ħażin f’għajnejn Ġeħova, u għalhekk qatlu.+  U Tamar,+ mart ibnu, kienet li wilditlu lil Pereż+ u lil Żeraħ. L-ulied kollha taʼ Ġuda kienu ħamsa.  Ulied Pereż kienu Ħesron u Ħamul.+  U wlied Żeraħ+ kienu Żimri, Etan, Ħeman, Kalkol, u Dara.+ B’kollox kienu ħamsa.  U wlied Karmi:+ Għakar,* dak li ġiegħel lil Israel jiġi mwarrab+ u li wettaq att taʼ infedeltà dwar il-ħaġa dedikata għall-qerda.*+  U wlied Etan:+ Għażarija.  U wlied Ħesron+ li twildulu kienu Ġeraħmel,+ Ram,+ u Kelubaj.* 10  U Ram nissel lil Għamminadab.+ Għamminadab, imbagħad, nissel lil Naħson,+ il-kap ewlieni taʼ wlied Ġuda. 11  Naħson, imbagħad, nissel lil Salma.+ Salma, imbagħad, nissel lil Bogħaż.+ 12  Bogħaż, imbagħad, nissel lil Għobed.+ Għobed, imbagħad, nissel lil Ġesse.+ 13  Ġesse, imbagħad, nissel lil Eljab,+ l-ewwel imwieled tiegħu, u lil Abinadab+ it-tieni, u lil Simegħa+ t-tielet, 14  lil Netanel ir-rabaʼ, lil Raddaj il-ħames, 15  lil Osem is-sitta, lil David+ is-sebaʼ. 16  U ħuthom il-bniet kienu Seruja u Abigajl;+ u wlied Seruja kienu Abisaj,+ Ġowab,+ u Għasael,+ tlieta. 17  U Abigajl wildet lil Għamasa;+ u missier Għamasa kien Ġeter,+ l-Ismagħeli. 18  U Kaleb, bin Ħesron,+ nissel ulied minn martu Għażuba u minn Ġerigħot; u dawn kienu wliedha: Ġeser, Sobab, u Ardon. 19  Maż-żmien, Għażuba mietet. Għalhekk, Kaleb ħa lil Efrata,+ li wilditlu lil Ħur.+ 20  Ħur, imbagħad, nissel lil Uri.+ Uri, imbagħad, nissel lil Besalel.+ 21  U wara dan, Ħesron kellu x’jaqsam maʼ bint Makir,+ missier Gilegħad.+ U hu ħadha meta kellu sittin sena, u hi wilditlu lil Segub. 22  Segub, imbagħad, nissel lil Ġajir,+ li kellu tlieta u għoxrin belt+ fl-art taʼ Gilegħad. 23  (Iktar tard il-Gesur+ u s-Sirja+ ħadu lil Ħawwot-ġajir+ mingħandhom, b’Kenat+ u l-bliet li jiddependu minnha, sittin belt.) Dawn kollha kienu wlied Makir, missier Gilegħad. 24  U wara l-mewt taʼ Ħesron+ f’Kaleb-efrata, Abija, li kienet mart Ħesron, imbagħad wilditlu lil Asħur, missier Tekogħa.+ 25  U wlied Ġeraħmel,+ l-ewwel imwieled taʼ Ħesron, kienu Ram,+ l-ewwel imwieled, Buna, Oren, Osem, u Aħija. 26  U Ġeraħmel iżżewweġ mara oħra, li kien jisimha Għatara. Din kienet omm Onam. 27  U wlied Ram,+ l-ewwel imwieled taʼ Ġeraħmel, kienu Magħas, Ġamin, u Għeker. 28  U wlied Onam+ kienu Sammaj u Ġada. U wlied Sammaj kienu Nadab u Abisur. 29  U mart Abisur kien jisimha Abiħajl, li maż-żmien wildet lil Aħban u lil Molid. 30  U wlied Nadab+ kienu Seled u Affajm. Imma Seled miet bla tfal. 31  U wlied Affajm: Isgħi. U wlied Isgħi: Sesan;+ u wlied Sesan: Aħlaj. 32  U wlied Ġada, ħu Sammaj, kienu Ġeter u Ġonatan. Imma Ġeter miet bla tfal. 33  U wlied Ġonatan kienu Pelet u Żaża. Dawn kienu wlied Ġeraħmel. 34  U Sesan+ ma kellux ulied subien, imma bniet. Issa Sesan kellu qaddej Eġizzjan+ li kien jismu Ġarħa. 35  Għalhekk, Sesan lil Ġarħa, il-qaddej tiegħu, tah lil bintu b’martu, li maż-żmien wilditlu lil Għattaj. 36  Għattaj, imbagħad, nissel lil Natan. Natan, imbagħad, nissel lil Żabad.+ 37  Żabad, imbagħad, nissel lil Eflal. Eflal, imbagħad, nissel lil Għobed. 38  Għobed, imbagħad, nissel lil Ġeħu. Ġeħu, imbagħad, nissel lil Għażarija. 39  Għażarija, imbagħad, nissel lil Ħeleż. Ħeleż, imbagħad, nissel lil Elegħasa. 40  Elegħasa, imbagħad, nissel lil Sismaj. Sismaj, imbagħad, nissel lil Sallum. 41  Sallum, imbagħad, nissel lil Ġekamija. Ġekamija, imbagħad, nissel lil Elisama. 42  U wlied Kaleb,+ ħu Ġeraħmel, kienu Mesa, l-ewwel imwieled tiegħu, li kien missier Żif, u wlied Maresah, missier Ħebron. 43  U wlied Ħebron kienu Koraħ, Taffugħa, Rekem, u Sema. 44  Sema, imbagħad, nissel lil Raħam, missier Ġorkegħam. Rekem, imbagħad, nissel lil Sammaj. 45  U bin Sammaj kien Magħon; u Magħon kien missier Bet-sur.+ 46  U Għefa, il-konkubina taʼ Kaleb, wildet lil Ħaran, Mosa, u Gażeż. U Ħaran nissel lil Gażeż. 47  U wlied Ġaħdaj kienu Regem, Ġotam, Gesan, Pelet, Għefa, u Sagħaf. 48  U Magħka, il-konkubina taʼ Kaleb, wildet lil Seber u lil Tirħana. 49  Maż-żmien, hi wildet lil Sagħaf, missier Madmanna,+ lil Sewa, missier Makbena, u lil missier Gibegħa.+ U bint Kaleb+ kienet Għaksa.+ 50  Dawn kienu wlied Kaleb. Ulied Ħur,+ l-ewwel imwieled t’Efrata:+ Sobal,+ missier Kirjat-ġegħarim,+ 51  Salma, missier Betlehem,+ u Ħaref, missier Bet-gader. 52  U Sobal,+ missier Kirjat-ġegħarim, kellu l-ulied: Ħarogħe u nofs il-Menuħotin. 53  U l-familji taʼ Kirjat-ġegħarim kienu l-Itrin,+ il-Putin, is-Sumatin, u l-Misragħin. Minn dawn ħarġu s-Sorgħatin+ u l-Estagħolin.+ 54  Ulied Salma kienu Betlehem+ u n-Netofatin,+ Għatrot-bet-ġowab u nofs il-Manaħatin, u s-Sorgħin. 55  U l-familji taʼ l-iskribi li kienu jgħammru f’Ġabes+ kienu t-Tirgħatin, is-Simegħatin, u s-Sukatin. Dawn kienu l-Kenin+ li ġew minn Ħammat, missier id-dar taʼ Rekab.+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Iġiegħel lil Ħaddieħor Jiġi Mwarrab; Iġib l-Inkwiet.” “Għakan” f’Ġoż 7:1, 18.
Ara Eżo 22:20, in-nota taʼ taħt.
“Kaleb” f’versi 18, 19, u 42.