1 Kronaki 19:1-19

19  U ġara li mbagħad miet Naħas,+ is-​sultan taʼ wlied Għammon, u ibnu beda jsaltan minfloku.+  U David qal: “Jien se nuri qalb tajba bl-​imħabba+ maʼ Ħanun, bin Naħas, għaliex missieru wera qalb tajba bl-​imħabba miegħi.”+ Għaldaqstant, David bagħat messaġġiera biex ifarrġu minħabba missieru, u l-​qaddejja taʼ David daħlu fl-​art taʼ wlied Għammon+ għand Ħanun biex ifarrġuh.  Madankollu, il-​prinċpijiet taʼ wlied Għammon qalu lil Ħanun: “Taħseb int li David biex jonora lil missierek bagħatlek il-​farraġa? Mhux biex jara x’fiha l-​art u biex jegħlibha u jitkixxef dwarha+ li l-​qaddejja tiegħu ġew għandek?”+  Għalhekk, Ħanun qabad il-​qaddejja taʼ David+ u qaxxrilhom id-​daqna+ u qattgħalhom ilbieshom min-​nofs sal-​warrani+ u bagħathom.+  Iktar tard, xi nies marru u qalu lil David dwar l-​irġiel; u dan minnufih bagħat biex jiltaqaʼ magħhom, għaliex l-​irġiel bdew iħossuhom umiljati ħafna; u s-​sultan issokta jgħid: “Għammru f’Ġeriko+ sakemm tikbrilkom sew id-​daqna. Imbagħad erġgħu lura.”  U wlied Għammon raw li kienu saru mibgħudin+ minn David, u Ħanun+ u wlied Għammon bagħtu elf talent fidda+ biex jikru karrijiet+ u rikkieba taż-​żwiemel mill-​Mesopotamja, minn Aram-magħka,+ u minn Soba.+  B’hekk, krew tnejn u tletin elf karru+ u lis-​sultan taʼ Magħka u lill-​poplu tiegħu.+ Imbagħad daħlu u kkampjaw quddiem Medeba;+ u wlied Għammon inġabru flimkien mill-​bliet tagħhom u ġew għall-​gwerra.  Meta David semaʼ b’dan, minnufih bagħat lil Ġowab+ u l-​armata kollha u l-​irġiel setgħanin.+  U wlied Għammon bdew joħorġu u jitqassmu għall-​battalja fid-​daħla tal-​belt, u s-​slaten+ li kienu ġew kienu għalihom waħedhom fil-​kampanja. 10  Meta Ġowab ra li l-​attakki tal-​battalja ġew kontrih minn quddiem u minn wara, hu minnufih għażel xi wħud mill-​aqwa rġiel kollha taʼ Israel u qassamhom għall-​battalja biex jiltaqgħu mas-​Sirjani.+ 11  U l-​bqija tal-​poplu ħalliehom f’idejn ħuh Abisaj,+ sabiex ikunu jistgħu jitqassmu għall-​battalja biex jiltaqgħu maʼ wlied Għammon.+ 12  U hu ssokta jgħidlu: “Jekk is-​Sirjani+ jkunu b’saħħithom wisq għalija, int tkun is-​salvazzjoni tiegħi;+ imma jekk ulied Għammon ikunu b’saħħithom wisq għalik, jien insalvak.+ 13  Agħmel il-​ħila,+ sabiex nuru li aħna kuraġġużi għan-​nom tal-​poplu tagħna u għan-​nom tal-​bliet t’Alla tagħna;+ imbagħad Ġeħova jagħmel dak li hu tajjeb f’għajnejh.”+ 14  Imbagħad Ġowab u n-​nies li kienu miegħu resqu għall-​battalja quddiem is-​Sirjani,+ u dawn ħarbu+ minn quddiemu. 15  U wlied Għammon raw li s-​Sirjani kienu ħarbu, u ħarbu+ huma wkoll minn quddiem ħuh Abisaj, u mbagħad irtiraw fil-​belt.+ Iktar tard Ġowab daħal Ġerusalemm. 16  Meta s-​Sirjani raw li kienu ġew megħlubin+ minn Israel, bagħtu xi messaġġiera u ħarġu lis-​Sirjani li kienu fir-​reġjun tax-​Xmara,*+ u Sofak,* il-​kap taʼ l-​armata taʼ Ħadadgħeżer, kien quddiemhom. 17  Meta lil David waslitlu l-​aħbar, hu minnufih ġabar lil Israel kollu flimkien u qasam il-​Ġordan u wasal ħdejhom u tqassmu għall-​battalja kontrihom.+ Meta David qassam lill-​gwerriera tiegħu għall-​battalja kontra s-​Sirjani, dawn bdew jiġġieldu kontrih. 18  Imma s-​Sirjani ħarbu+ minħabba Israel; u David qatel mis-​Sirjani sebat elef sewwieq tal-​karrijiet u erbgħin elf raġel bil-​mixi, u qatel lil Sofak, il-​kap taʼ l-​armata.+ 19  Meta l-​qaddejja taʼ Ħadadgħeżer raw li ġew megħlubin minn Israel,+ huma mill-​ewwel għamlu paċi maʼ David u bdew jaqduh;+ u s-​Sirja ma riditx iktar tipprova ssalva lil ulied Għammon.+

Noti taʼ taħt

Jiġifieri, l-​Ewfrat.
“Sobak” fit-​2Sa 10:16.