1 Kronaki 18:1-17

18  U ġara li mbagħad David ħabat għall-​Filistin+ u rażżanhom u ħa lil Gat+ u l-​bliet li jiddependu minnha minn id il-​Filistin.  Imbagħad ħabat għal Mowab,+ u l-​Mowabin saru l-​qaddejja taʼ David li jġibulu l-​ħaraġ.+  U f’Ħamat,+ David issokta jaħbat għal Ħadadgħeżer,+ is-​sultan taʼ Soba,+ meta dan kien sejjer fi triqtu biex jistabbilixxi l-​kontroll tiegħu ħdejn ix-​xmara Ewfrat.+  U David ħa mingħandu elf karru u sebat elef rikkieb taż-​żwiemel u għoxrin elf raġel bil-​mixi.+ Imbagħad David qataʼ l-​għerq taʼ l-​għarqub+ taż-​żwiemel+ tal-​karrijiet kollha, imma ħalla minnhom mitt żiemel tal-​karrijiet.  Meta s-​Sirja taʼ Damasku ġiet biex tgħin lil Ħadadgħeżer, is-​sultan taʼ Soba,+ David qatel tnejn u għoxrin elf raġel minn fost is-​Sirjani.  Imbagħad David qiegħed għases tas-​suldati fis-​Sirja taʼ Damasku,+ u s-​Sirjani saru l-​qaddejja taʼ David li jġibulu l-​ħaraġ.+ U Ġeħova kompla jsalva lil David kulfejn kien imur.+  Iktar minn hekk, David ħa t-​tarki tondi+ tad-​deheb li kellhom fuqhom il-​qaddejja taʼ Ħadadgħeżer u ġabhom Ġerusalemm.+  U minn Tibħat+ u Kun, bliet taʼ Ħadadgħeżer, David ħa kwantità kbira taʼ ram aħmar. Bih Salamun għamel il-​baħar* tar-​ram aħmar+ u l-​kolonni+ u l-​għodod tar-​ram aħmar.+  Meta Togħu,* is-​sultan taʼ Ħamat,+ semaʼ li David kien qatel lill-​qawwa militari kollha taʼ Ħadadgħeżer,+ is-​sultan taʼ Soba, 10  hu minnufih bagħat lil ibnu Ħadoram+ għand is-​Sultan David biex jistaqsih kif inhu u jifraħlu minħabba l-​fatt li kien iġġieled kontra Ħadadgħeżer u qatlu, (għax Ħadadgħeżer kien spiss jiggwerra kontra Togħu) u Ħadoram kellu miegħu kull tip t’oġġetti tad-​deheb, tal-​fidda,+ u tar-​ram aħmar. 11  Dawn ukoll is-​Sultan David qaddishom+ lil Ġeħova flimkien mal-​fidda u d-​deheb li kien ġarr mill-​ġnus kollha,+ minn Edom, minn Mowab,+ mingħand ulied Għammon,+ mingħand il-​Filistin,+ u minn Għamalek.+ 12  U Abisaj,+ bin Seruja,+ qatel lill-​Edomin f’Wied il-​Melħ,+ tmintax-il elf. 13  Għalhekk, hu qiegħed għases tas-​suldati f’Edom, u l-​Edomin kollha saru qaddejja+ taʼ David. U Ġeħova kompla jsalva lil David kulfejn kien imur.+ 14  U David baqaʼ jsaltan fuq Israel kollu,+ u amministra kontinwament il-​ġustizzja u s-​sewwa għall-​poplu kollu tiegħu.+ 15  U Ġowab, bin Seruja, kien fuq l-​armata,+ u Ġeħosafat,+ bin Aħilud, kien ir-​reġistratur. 16  U Sadok,+ bin Aħitub, u Aħimelek,+ bin Abjatar, kienu qassisin, u Sawsa+ kien is-​segretarju. 17  U Benaja,+ bin Ġeħojada,+ kien fuq il-​Keretin+ u l-​Peletin;+ u wlied David kienu l-​uffiċjali ewlenin maġenb is-​sultan.+

Noti taʼ taħt

Ara l-​1Sl 7:23, in-​nota taʼ taħt.
“Togħi” fit-​2Sa 8:9, 10.