1 Kronaki 17:1-27

17  U ġara li, malli David beda jgħammar f’daru,+ David qal lil Natan,+ il-​profeta: “Ara! Jien qed ngħammar f’dar taċ-​ċedri,+ imma l-​arka+ tal-​patt taʼ Ġeħova qiegħda taħt id-​drapp tat-​tined.”+  U Natan qal lil David: “Kulma għandek f’qalbek agħmlu,+ għax l-​Alla l-​veru qiegħed miegħek.”+  U ġara li dak il-​lejl il-​kelma+ t’Alla ġiet lil Natan, u qallu:  “Mur, u għid lil David il-​qaddej tiegħi, ‘Hekk qal Ġeħova: “Mhux int se tibnili d-​dar li ngħammar fiha.+  Għax jien m’għammartx f’dar minn dakinhar li tellajt lil Israel sa dan il-​jum,+ imma mxejt minn tinda għal tinda u minn tabernaklu+ għal ieħor.+  Matul iż-​żmien kollu li mxejt+ ’l hemm u ’l hawn f’Israel kollu, lissint jien kelma waħda lil xi wieħed mill-​imħallfin taʼ Israel li kkmandajtu jirgħa lill-​poplu tiegħi, u għedtlu, ‘Għala ma bnejtulix dar taċ-​ċedri?’”’+  “U issa hekk għidlu lill-​qaddej tiegħi David, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati: “Jien stess ħadtek mill-​mergħa, minn wara l-​merħla,+ biex tkun mexxej+ fuq il-​poplu tiegħi Israel.  U jien inkun miegħek kulfejn timxi,+ u neqred l-​għedewwa kollha tiegħek+ minn quddiemek, u nagħmillek isem+ bħall-​isem tal-​kbarat li hawn fuq l-​art.+  U nagħti post lill-​poplu tiegħi Israel u nħawwilhom hemmhekk,+ u huma tabilħaqq jgħammru fejn ikunu u ma jkunx hemm iktar min ifixkilhom; u wlied l-​inġustizzja+ ma jerġgħux jifilġuhom, sewwasew bħalma għamlu qabel,+ 10  saħansitra minn dakinhar li inkarigajt lill-​imħallfin+ biex imexxu lill-​poplu tiegħi Israel. U żgur li numilja lill-​għedewwa kollha tiegħek.+ U ngħidlek, ‘Anki dar* jibnilek Ġeħova.’+ 11  “‘“U jrid iseħħ li, meta jagħlaqlek iż-​żmien biex tmur u tkun maʼ missirijietek,+ jien inqajjem nislek warajk li jkun wieħed minn uliedek,+ u tabilħaqq nistabbilixxi fis-​sod is-​saltna tiegħu.+ 12  Ikun hu li jibnili dar,+ u jien nistabbilixxi fis-​sod it-​tron tiegħu għal żmien indefinit.+ 13  Jien stess insir missieru,+ u hu jsir ibni;+ u l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħi ma nwarrabhiex minn fuqu+ bħalma warrabtha minn fuq dak li kien hemm qablek.+ 14  U nġiegħlu jieqaf f’dari+ u f’saltnati+ għal żmien indefinit, u t-​tron tiegħu+ jkun wieħed li jdum għal żmien indefinit.”’” 15  Natan kellem lil David skond dan il-​kliem kollu u skond din il-​viżjoni kollha.+ 16  Imbagħad is-​Sultan David daħal u qagħad bil-​qiegħda quddiem Ġeħova+ u qallu: “Jien min jien,+ O Alla Ġeħova, u x’inhi dari+ biex wassaltni s’hawnhekk?+ 17  Bħallikieku din kienet xi ħaġa żgħira f’għajnejk,+ O Alla,+ int għadek kif għedtli li d-​dar tal-​qaddej tiegħek iddum sa żmien fil-​futur imbiegħed,+ u int qistni bħal wieħed li ċ-​ċirkustanzi favorevoli tiegħu huma taʼ raġel imlaħħaq,+ O Alla Ġeħova. 18  U David x’jistaʼ jgħidlek iktar dwar li tonora lill-​qaddej tiegħek,+ meta int stess tafu tajjeb lill-​qaddej tiegħek?+ 19  O Ġeħova, minħabba l-​qaddej tiegħek u skond qalbek+ int għamilt dawn l-​affarijiet kbar kollha billi għarraft l-​għemejjel kbar kollha li wettaqt.+ 20  O Ġeħova, m’hemm ħadd bħalek,+ u m’hemm ebda Alla ħliefek+ fost dawk kollha li smajna dwarhom b’widnejna. 21  U liema ġens ieħor fuq l-​art hu bħall-​poplu tiegħek Israel,+ li l-​Alla l-​veru fdieh biex ikun il-​poplu tiegħu,+ u b’hekk tagħmel għalik innifsek isem t’għemejjel kbar+ li wettaqt u affarijiet li jqanqlu l-​biżaʼ billi keċċejt ġnus+ minn quddiem il-​poplu tiegħek, li int fdejt mill-​Eġittu? 22  U lill-​poplu tiegħek Israel għamiltu bħala l-​poplu tiegħek+ għal żmien indefinit, u int O Ġeħova, sirt Alla tagħhom.+ 23  U issa, O Ġeħova, ħalli tibqaʼ għal żmien indefinit il-​kelma li int lissint dwar il-​qaddej tiegħek u dwar daru, u agħmel sewwasew bħalma għedt. 24  U ħa jibqaʼ ismek+ u jkun kbir+ għal żmien indefinit, u jgħidu, ‘Ġeħova taʼ l-​armati,+ l-​Alla taʼ Israel,+ hu Alla għal Israel,’+ u ħa tkun id-​dar tal-​qaddej tiegħek David waħda dejjiema quddiemek.+ 25  Għax int, Alla tiegħi, irrivelajt lill-​qaddej tiegħek l-​iskop tiegħek biex tibnilu dar.+ Huwa għalhekk li l-​qaddej tiegħek jistaʼ jitlob quddiemek. 26  U issa, O Ġeħova, int l-​Alla l-​veru,+ u twiegħed din it-​tjubija dwar il-​qaddej tiegħek.+ 27  U issa, jekk jogħġbok, bierek id-​dar tal-​qaddej tiegħek biex tibqaʼ għal żmien indefinit quddiemek;+ għax int innifsek, O Ġeħova, beriktha, u hi mbierka għal żmien indefinit.”+

Noti taʼ taħt

“Dar,” jiġifieri, linja taʼ slaten, dinastija.