1 Kronaki 16:1-43

16  U hekk daħħlu+ l-​arka taʼ l-​Alla l-​veru u poġġewha ġot-​tinda li David kien waqqaf għaliha;+ u bdew jippreżentaw offerti tal-​ħruq u sagrifiċċji taʼ sħubija* quddiem l-​Alla l-​veru.+  Meta David temm joffri l-​offerta tal-​ħruq+ u s-​sagrifiċċji taʼ sħubija,+ bierek+ lin-​nies f’isem Ġeħova.+  Barra minn hekk, lill-​Israelin kollha, sew irġiel u sew nisa, qassmilhom+ ħobża, ċappa tamal, u ċappa żbib kull wieħed.  Imbagħad quddiem l-​arka taʼ Ġeħova qiegħed lil xi wħud mil-​Leviti+ bħala qaddejja,+ kemm biex jagħtu tfakkiriet+ u kemm biex jirringrazzjaw+ u jfaħħru+ lil Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel,  lil Asaf,+ il-​kap, u t-​tieni warajh Żakkarija, u Ġegħijel, Semiramot, Ġeħijel, Mattitija, Eljab, Benaja, Għobed-edom, u Ġegħijel,+ bi strumenti tal-​korda u bl-​arpi,+ u Asaf+ biċ-​ċimbali jdoqqu b’ħoss qawwi,+  u lil Benaja u Ġaħażijel, il-​qassisin, bit-​trumbetti+ l-​ħin kollu quddiem l-​arka tal-​patt taʼ l-​Alla l-​veru.  Kien dakinhar li David ikkompona salm*+ għall-​ewwel darba biex jirringrazzja+ lil Ġeħova permezz t’Asaf+ u ħutu:   “Irringrazzjaw lil Ġeħova;+ sejħu ismu,+Għarrfu l-​għemejjel tiegħu fost il-​popli!+   Kantawlu,+ għannulu,+Ikkunsidraw l-​atti taʼ l-​għaġeb kollha tiegħu.+ 10  Ftaħru b’ismu+ qaddis,+Ħa tithenna qalb dawk li qed ifittxu lil Ġeħova.+ 11  Fittxu lil Ġeħova u s-​saħħa tiegħu,+Fittxu lil wiċċu l-​ħin kollu.+ 12  Ftakru fl-​atti taʼ l-​għaġeb li wettaq,+Fil-​mirakli tiegħu u fid-​deċiżjonijiet ġudizzjarji taʼ fommu,+ 13  O nisel taʼ Israel il-​qaddej tiegħu,+Intom ulied Ġakobb, il-​magħżulin tiegħu.+ 14  Hu Ġeħova Alla tagħna;+ fl-​art kollha huma d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu.+ 15  Ftakru fil-​patt tiegħu għal żmien indefinit,+Il-​kelma li kkmanda, għal elf ġenerazzjoni,+ 16  Il-patt li għamel m’Abraham,+U l-​ħalfa li għamel lil Iżakk.+ 17  Stqarrija li żammha bħala regolament għal Ġakobb,+Bħala patt għal żmien indefinit għal Israel,+ 18  Meta qal, ‘Lilek nagħtik l-​art taʼ Kangħan,+Bħala s-​sehem taʼ wirtkom.’+ 19  Dan sar meta kontu ftit fl-​għadd,+Iva, ftit ferm, u kontu residenti barranin fiha.+ 20  U baqgħu jiġġerrew minn ġens għal ġens,+U minn saltna għal għand poplu ieħor.+ 21  Ma ħalla lil ħadd jimbroljahom,+Imma minħabba fihom hu widdeb lis-​slaten,+ 22  U qal, ‘Tmissux lill-​midlukin tiegħi,U tagħmlux deni lill-​profeti tiegħi.’+ 23  Kantaw lil Ġeħova, intom ilkoll taʼ l-​art!+Ħabbru minn jum għal jum is-​salvazzjoni li jagħti!+ 24  Irrakkontaw fost il-​ġnus il-​glorja tiegħu,Fost il-​popli kollha l-​atti tiegħu taʼ l-​għaġeb. 25  Għax Ġeħova hu kbir u jistħoqqlu kull tifħir,+U għandkom tibżgħu minnu iktar milli mill-​allat l-​oħrajn kollha.+ 26  Għax l-​allat kollha tal-​popli huma allat bla siwi.+Inkwantu għal Ġeħova, hu għamel is-​smewwiet.+ 27  Dinjità u glorja hemm quddiemu,+Saħħa u ferħ hemm f’postu.+ 28  Irrikonoxxu lil Ġeħova, O familji tal-​popli,Irrikonoxxu l-​glorja u s-​saħħa taʼ Ġeħova.+ 29  Irrikonoxxu l-​glorja taʼ isem Ġeħova,+Aqbdu għotja u idħlu quddiemu.+Milu quddiem Ġeħova mżejnin bi lbies qaddis.+ 30  Imtlew bil-​biżaʼ* minħabba fih, intom in-​nies kollha taʼ l-​art!L-​art produttiva wkoll hi stabbilita fis-​sod:Qatt ma se titħarrek.+ 31  Ħa jithennew is-​smewwiet, u ħa tifraħ l-​art,+Ħa jgħidu fost il-​ġnus, ‘Ġeħova sar sultan!’+ 32  Ħa jgħajjat il-​baħar u wkoll kulma fih,+Ħa jifraħ ir-​rabaʼ u kulma fih.+ 33  Fl-istess ħin ħa jgħajtu bil-​ferħ is-​siġar tal-​foresta minħabba Ġeħova,+Għax hu ġie biex jiġġudika l-​art.+ 34  Irringrazzjawh lil Ġeħova, għax hu tajjeb,+Għax għal dejjem hi l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu.+ 35  U għidu, ‘Salvana, O Alla tas-​salvazzjoni tagħna,+U iġborna flimkien u eħlisna mill-​ġnus,+Biex irroddu ħajr lil ismek qaddis,+ biex nitkellmu bil-​ferħ waqt li nfaħħruk.+ 36  Ikun imbierek Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, minn dejjem għal dejjem.’”+U n-​nies kollha qalu, “Amen!” u faħħru lil Ġeħova.+ 37  Imbagħad ħalla lil Asaf+ u lil ħutu hemmhekk quddiem l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova biex jaqdu+ quddiem l-​Arka l-​ħin kollu, skond il-​ħtieġa taʼ kull ġurnata;+ 38  u lil Għobed-edom u lil ħutu, tmienja u sittin, u lil Għobed-edom, bin Ġedutun, u lil Ħosa bħala għassiesa tal-​bibien; 39  u lil Sadok,+ il-​qassis, u lil ħutu, il-​qassisin, quddiem it-​tabernaklu taʼ Ġeħova fil-​post għall-​qima* li kien hemm f’Gibegħon,+ 40  biex joffru offerti tal-​ħruq lil Ġeħova fuq l-​artal taʼ l-​offerta tal-​ħruq il-​ħin kollu fil-​għodu u fil-​għaxija u għal kulma hu miktub fil-​liġi taʼ Ġeħova li qiegħed bħala kmand fuq Israel;+ 41  u magħhom lil Ħeman+ u lil Ġedutun u lill-​bqija taʼ l-​irġiel magħżulin li ntgħażlu+ b’isimhom biex jirringrazzjaw lil Ġeħova,+ għaliex “għal dejjem hi l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu”;+ 42  u magħhom lil Ħeman+ u lil Ġedutun,+ biex idoqqu t-​trumbetti+ u ċ-​ċimbali u l-​istrumenti taʼ l-​għanja taʼ l-​Alla l-​veru; u wlied+ Ġedutun kienu mal-​bieb. 43  U n-​nies kollha marru, kull wieħed lejn daru stess.+ Għaldaqstant, David mar biex ibierek lil daru stess.

Noti taʼ taħt

Jew, “sagrifiċċji taʼ sliem.” Sagrifiċċji li fihom il-​qassis, l-​aduraturi, u Ġeħova kienu bħallikieku qed jissieħbu flimkien f’ikla, u dan kien jissimbolizza relazzjonijiet paċifiċi.
Jew, “kontribuzzjoni.”
Jew, “Ħossu wġigħ kbir.”
Letteralment, “post fl-​għoli.”