1 Kronaki 15:1-29

15  U kompla jibni d-​djar+ għalih stess fil-​Belt taʼ David; u ħejja post+ għall-​arka taʼ l-​Alla l-​veru u waqqaf tinda għaliha.  Kien dakinhar li David qal: “Ħadd m’għandu jġorr l-​arka taʼ l-​Alla l-​veru ħlief il-​Leviti, għax lilhom għażel Ġeħova biex iġorru l-​arka taʼ Ġeħova+ u biex jaqduh+ għal żmien indefinit.”*  Imbagħad David laqqaʼ lil Israel kollu f’Ġerusalemm+ biex itellgħu l-​arka+ taʼ Ġeħova fil-​post tagħha li kien ħejja għaliha.  U David ġabar lil ulied Aron+ u lil-​Leviti;  minn ulied Keħat, Urijel+ il-​kap, u ħutu, mija u għoxrin;   minn ulied Merari,+ Għasaja+ l-​kap, u ħutu, mitejn u għoxrin;  minn ulied Gersom,+ Ġoel+ il-​kap, u ħutu, mija u tletin;  minn ulied Elisafan,+ Semajja+ l-​kap, u ħutu, mitejn;  minn ulied Ħebron, Eligħel il-​kap, u ħutu, tmenin; 10  minn ulied Użżijel,+ Għamminadab il-​kap, u ħutu, mija u tnax. 11  Barra minn hekk, David sejjaħ lil Sadok+ u lil Abjatar,+ il-​qassisin, u lil-​Leviti Urijel,+ Għasaja,+ Ġoel,+ Semajja,+ Eligħel,+ u Għamminadab, 12  u ssokta jgħidilhom: “Intom il-​kapijiet+ taʼ missirijiet il-​Leviti. Tqaddsu,+ intom u ħutkom, u tellgħu l-​arka taʼ Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, lejn il-​post li jien ħejjejt għaliha. 13  Peress li l-​ewwel darba mhux intom tellajtuha,+ Ġeħova Alla tagħna żbroffa kontrina,+ għax ma fittixniehx skond id-​drawwa.”+ 14  Għalhekk, il-​qassisin u l-​Leviti tqaddsu+ biex itellgħu l-​arka taʼ Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel. 15  Imbagħad ulied il-​Leviti bdew iġorru+ l-​arka taʼ l-​Alla l-​veru, bħalma kien ikkmanda Mosè skond il-​kelma taʼ Ġeħova, bil-​lasti fuq spallejhom.+ 16  David issa qal lill-​kapijiet tal-​Leviti biex lil ħuthom l-​għannejja+ jqegħduhom bl-​istrumenti li jakkumpanjaw il-​kant,+ strumenti tal-​korda+ u arpi+ u ċimbali,+ sabiex idoqqu b’ħoss qawwi ħalli jinstemaʼ ħoss taʼ hena. 17  Għaldaqstant, il-​Leviti qiegħdu lil Ħeman,+ bin Ġoel, u, minn ħutu, lil Asaf,+ bin Berekija; u, minn ulied Merari, lil ħuthom, Etan,+ bin Kusaja; 18  u magħhom ħuthom tat-​tieni taqsima,+ Żakkarija,+ Ben, Ġagħżijel, Semiramot, Ġeħijel, Unni, Eljab, Benaja, Magħseja, Mattitija, Elifeleħu, Mikneja, Għobed-edom,+ u Ġegħijel, l-​għassiesa tal-​bibien, 19  u l-​għannejja Ħeman,+ Asaf,+ u Etan, biċ-​ċimbali tar-​ram aħmar sabiex idoqqu b’ħoss qawwi;+ 20  u Żakkarija, Għażijel,+ Semiramot, Ġeħijel, Unni, Eljab, Magħseja, u Benaja bi strumenti tal-​korda intonati fuq Alamot,*+ 21  u Mattitija,+ Elifeleħu, Mikneja, Għobed-edom, Ġegħijel, u Għażażija b’arpi+ intonati fuq Seminit,*+ bħala diretturi; 22  u Kenanija,+ il-​kap tal-​Leviti, għall-​ġarr taʼ l-​arka, li jagħti l-​istruzzjonijiet fil-​ġarr, għax kien espert;+ 23  u Berekija u Elkana l-​għassiesa+ taʼ l-​Arka; 24  u Sebanija, Ġosafat, Netanel, Għamasaj, Żakkarija, Benaja, u Eligħeżer, il-​qassisin, idoqqu t-​trumbetti+ b’ħoss qawwi quddiem l-​arka taʼ l-​Alla l-​veru, u Għobed-edom u Ġeħija l-​għassiesa taʼ l-​Arka. 25  U David+ u x-​xjuħ taʼ Israel+ u l-​kapijiet+ taʼ l-​eluf kienu dawk li mxew maʼ l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova biex itellgħuha mid-​dar t’Għobed-edom+ bil-​ferħ.+ 26  U ġara li, meta l-​Alla l-​veru għen+ lil-​Leviti jġorru l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova, huma offrew bħala sagrifiċċju sebaʼ barrin żgħar u sebaʼ mtaten.+ 27  U David kien liebes libsa bla kmiem taʼ drapp fin, u wkoll il-​Leviti kollha li kienu qed iġorru l-​Arka u l-​għannejja u Kenanija,+ il-​kap taʼ l-​għannejja+ li ġarrew l-​arka; imma David kellu fuqu efod+ taʼ l-​għażel. 28  U l-​Israelin kollha kienu qed itellgħu l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova b’għajat taʼ ferħ+ u bid-​daqq tal-​qarn+ u bit-​trumbetti+ u biċ-​ċimbali,+ idoqqu b’ħoss qawwi l-​istrumenti tal-​korda u l-​arpi.+ 29  U ġara li, meta l-​arka tal-​patt+ taʼ Ġeħova waslet fil-​Belt taʼ David, Mikal,+ bint Sawl, ħarset ’l isfel mit-​tieqa u rat lis-​Sultan David jaqbeż ’l hemm u ’l hawn u jiċċelebra;+ u bdiet tistmerru+ f’qalbha.

Noti taʼ taħt

Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.
“Alamot,” terminu mużikali mhux spjegat. Letteralment, “nisa żgħażagħ.” X’aktarx li jirreferi għall-​vuċijiet taʼ sopran tan-​nisa żgħażagħ jew għall-​falsett tas-​subien.
“Seminit.” Letteralment, “it-​tmien waħda.” X’aktarx li tirreferi għat-​tmien nota jew għal ottava taʼ taħt.