1 Kronaki 14:1-17

14  U Ħiram,+ is-​sultan taʼ Tir,+ bagħat messaġġiera għand David kif ukoll injam taċ-​ċedru+ u bennejja tal-​ħitan u ħaddiema fl-​injam biex jibnulu dar.+  U David sar jaf li Ġeħova kien stabbilieh fis-​sod+ bħala sultan fuq Israel, għax is-​saltna tiegħu kienet eżaltata ferm minħabba l-​poplu tiegħu Israel.+  U David issokta jieħu iktar nisa+ f’Ġerusalemm, u David nissel iktar subien u bniet.+  U dawn huma l-​ismijiet tat-​tfal li kellu f’Ġerusalemm: Sammugħa,+ Sobab,+ Natan,+ Salamun,+  Ibħar,+ Elisugħa, Elfelet,+  Noga, Nefeg,+ Ġafigħa,  Elisama,+ Begħljada, u Elifelet.+  U l-​Filistin semgħu li David kien ġie midluk bħala sultan fuq Israel kollu.+ Għalhekk, il-​Filistin kollha telgħu jfittxu lil David.+ Meta David semaʼ b’dan, ħareġ kontrihom.  U l-​Filistin, min-​naħa tagħhom, ġew u baqgħu jattakkaw fil-​pjanura l-​baxxa taʼ Refajm.+ 10  U David staqsa lil Alla+ u qallu: “Nitlaʼ kontra l-​Filistin, u tagħtihomli f’idejja?” U Ġeħova wieġbu: “Itlaʼ, u jien żgur li nagħtihomlok f’idejk.” 11  Għalhekk, David telaʼ lejn Bagħal-perasim+ u qatilhom hemmhekk. U David qal: “L-​Alla l-​veru qered l-​għedewwa tiegħi b’idejja bħal ilmijiet li jinfaqgħu.” Huwa għalhekk li dan il-​post+ semmewh Bagħal-perasim. 12  Għaldaqstant, huma ħallew l-​allat tagħhom hemmhekk.+ Imbagħad David qal il-​kelma, u b’hekk ġew maħruqin fin-​nar.+ 13  Iktar tard il-​Filistin reġgħu għamlu attakk fil-​pjanura l-​baxxa.+ 14  Minħabba f’hekk, David reġaʼ staqsa+ lil Alla, u l-​Alla l-​veru issa qallu: “Titlax warajhom. Mur bid-​dawra biex tiġi dritt kontrihom, u itlaʼ għalihom quddiem is-​siġar tal-​baka.*+ 15  U ħa jiġri li, x’ħin tismaʼ l-​ħoss tal-​mixi fil-​qċaċet tas-​siġar tal-​baka,+ dak il-​ħin oħroġ iġġieled,+ għaliex l-​Alla l-​veru jkun ħareġ qablek+ biex jeqred il-​kamp tal-​Filistin.” 16  Għalhekk, David għamel sewwasew bħalma kien ikkmandah l-​Alla l-​veru,+ u huma qerdu l-​kamp tal-​Filistin minn Gibegħon+ sa Geżer.+ 17  U l-​fama+ taʼ David bdiet tixtered fl-​artijiet kollha, u Ġeħova ġiegħel lill-​ġnus kollha jitkexkxu minnu.+

Noti taʼ taħt

Ara t-​2Sa 5:23, in-​nota taʼ taħt.