1 Kronaki 12:1-40

12  U dawn kienu li ġew għand David f’Siklag+ waqt li kien għadu ma jistax jiċċaqlaq bil-​libertà minħabba Sawl,+ bin Kis; u dawn kienu fost l-​irġiel setgħanin+ li għenuh fil-​gwerra,  armati bil-​qaws, u jużaw idhom il-​leminija u idhom ix-​xellugija+ biex iwaddbu l-​ġebel+ jew il-​vleġeġ+ bil-​qaws.+ Dawn kienu minn ħut Sawl, minn Benjamin.  Kien hemm il-​kap Aħigħeżer u Ġowas ulied Semgħa l-​Gibegħati,+ u Ġeżigħel u Pelet ulied Għażmawet,+ u Beraka u Ġeħu l-​Għanatoti,+  u Ismaja l-​Gibegħoni,+ raġel setgħan fost it-​tletin kap+ u fuq it-​tletin kap; u Ġeremija, Ġaħażijel, Ġoħanan, Ġożabad il-​Gederati,+  Elgħużaj, Ġerimot, Begħalija, Semarija, Sefatija l-​Ħarifi,  Elkana, Issija, Għażarel, Ġogħeżer, Ġasobegħam, il-​Koraħin,+  u Ġogħela u Żebadija wlied Ġeroħam minn Gedor.  U kien hemm ftit mill-​Gadin li nfirdu mill-​oħrajn biex imorru man-​naħa taʼ David fil-​post diffiċli biex jintlaħaq fix-​xagħri,+ irġiel qalbenin u setgħanin, irġiel taʼ l-​armata għall-​gwerra, iżommu t-​tarka l-​kbira u l-​lanza għal-​lest,+ wiċċhom kien wiċċ l-​iljuni,+ u kienu ħfief bħall-​għażżiela* fuq il-​muntanji.+  Għeżer kien il-​kap, Għobadija t-​tieni, Eljab it-​tielet, 10  Mismanna r-​rabaʼ, Ġeremija l-​ħames, 11  Għattaj is-​sitta, Eligħel is-​sebaʼ, 12  Ġoħanan it-​tmienja, Elżabad id-​disaʼ, 13  Ġeremija l-​għaxra, Makbannaj il-​ħdax. 14  Dawn kienu minn ulied Gad,+ kapijiet taʼ l-​armata. L-​inqas wieħed kien jiswa daqs mija, u l-​akbar daqs elf.+ 15  Dawn huma dawk li qasmu l-​Ġordan+ fl-​ewwel xahar meta kienet qed tfur fix-​xtut kollha tagħha,+ u mbagħad keċċew lil dawk kollha li kienu fil-​pjanuri l-​baxxi, lejn il-​lvant u lejn il-​punent. 16  U xi wħud minn ulied Benjamin u Ġuda ġew dritt lejn il-​post diffiċli biex jintlaħaq,+ għand David. 17  Imbagħad David ħareġ quddiemhom u kellimhom u qalilhom: “Jekk ġejtu għandi bis-​sliem+ biex tgħinuni, inkun qalb waħda magħkom.+ Imma jekk ġejtu biex tittraduni u tagħtuni f’idejn l-​avversarji tiegħi meta m’hemm ebda ħażen f’idejja,+ ħa jarah dan l-​Alla+ taʼ missirijietna u jagħmel ħaqq hu.”+ 18  U l-​ispirtu+ ġie fuq Għamasaj, il-​kap tat-​tletin:“Tiegħek aħna, O David, u miegħek aħna,+ O bin Ġesse.Sliem, sliem għalik, u sliem għal min jgħinek,Għax Alla tiegħek għenek.”+Għalhekk, David laqagħhom u qegħedhom fost il-​kapijiet tat-​truppi.+ 19  U kien hemm xi wħud minn Manasse li marru maʼ David meta mar mal-​Filistin+ għall-​battalja kontra Sawl; imma hu m’għenhomx, għax bi ftehim is-​sidien alleati+ tal-​Filistin bagħtuh, għax qalu: “Inkunu qed nissograw irjusna jekk imur maʼ sidu Sawl.”+ 20  Meta wasal Siklag,+ minn Manasse marru miegħu Għadnah, Ġożabad, Ġedjagħel, Mikiel, Ġożabad, Eliħu, u Silletaj, kapijiet+ taʼ l-​eluf taʼ Manasse. 21  U dawn, min-​naħa tagħhom, kienu t’għajnuna għal David kontra l-​qatgħa ħallelin,+ għaliex ilkoll kemm huma kienu rġiel setgħanin+ taʼ ħila, u kienu kapijiet fl-​armata; 22  għax minn jum għal jum in-​nies baqgħu ġejjin+ għand David biex jgħinuh, sakemm sar kamp kbir,+ bħall-​kamp t’Alla.+ 23  U dan kien l-​għadd tal-​kapijiet taʼ dawk li kienu armati għall-​gwerra u li ġew għand David f’Ħebron+ biex jagħtuh il-​kariga taʼ sultan+ li kellu Sawl skond l-​ordni taʼ Ġeħova.+ 24  Ulied Ġuda li kienu jġorru t-​tarka l-​kbira u l-​lanza kienu sitt elef u tmien mija, armati għall-​gwerra. 25  Minn ulied Simegħon l-​irġiel setgħanin taʼ ħila fl-​armata kienu sebat elef u mija. 26  Minn ulied il-​Leviti erbat elef u sitt mija. 27  U Ġeħojada kien il-​mexxej+ taʼ wlied Aron,+ u miegħu kien hemm tlett elef u sebaʼ mija. 28  U Sadok,+ żagħżugħ, setgħan u taʼ ħila, u d-​dar taʼ missirijietu, tnejn u għoxrin kap. 29  U minn ulied Benjamin,+ ħut Sawl,+ kien hemm tlett elef, u sa dak iż-​żmien il-​biċċa l-​kbira minnhom kienu qed jagħmlu għassa stretta mad-​dar taʼ Sawl. 30  U minn ulied Efrajm kien hemm għoxrin elf u tmien mija, irġiel setgħanin+ taʼ ħila, irġiel taʼ fama, skond dar missirijiethom. 31  U minn nofs it-​tribù taʼ Manasse+ kien hemm tmintax-il elf li kienu ġew magħżulin b’isimhom biex jiġu jagħmlu lil David sultan. 32  U minn ulied Issakar,+ nies li kellhom l-​għarfien biex jagħrfu ż-​żminijiet+ ħalli jkunu jafu xi jmissu jagħmel+ Israel, kien hemm mitejn kap minn tagħhom, u ħuthom kollha kienu taħt l-​ordni tagħhom. 33  Minn Żebulun,+ dawk li ngħaqdu maʼ l-​armata, imqassmin għall-​battalja bl-​armi kollha tal-​gwerra, kien hemm ħamsin elf, u dawn inġemgħu flimkien maʼ David b’qalb sħiħa. 34  U minn Naftali+ kien hemm elf kap, u magħhom, bit-​tarka l-​kbira u bil-​lanza, kien hemm sebgħa u tletin elf. 35  U mid-​Danin, dawk imqassmin għall-​battalja kienu tmienja u għoxrin elf u sitt mija. 36  U minn Aser,+ dawk li ngħaqdu maʼ l-​armata biex jiġu mqassmin għall-​battalja kienu erbgħin elf. 37  U min-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan,+ mir-​Rubenin, mill-​Gadin, u minn nofs it-​tribù taʼ Manasse, bl-​armi kollha taʼ l-​armata militari, kien hemm mija u għoxrin elf. 38  Dawn kollha kienu gwerriera, jinġemgħu flimkien fil-​kamp tal-​battalja; b’qalb sħiħa+ ġew Ħebron biex jagħmlu lil David sultan fuq Israel kollu; u wkoll il-​bqija kollha taʼ Israel kienu qalb waħda biex jagħmlu lil David sultan.+ 39  U baqgħu hemmhekk maʼ David tlett ijiem, jieklu u jixorbu,+ għax ħuthom kienu lestewlhom kollox. 40  U wkoll dawk li kienu qribhom, saħansitra sa l-​artijiet taʼ Issakar,+ Żebulun,+ u Naftali,+ kienu qed iġibu l-​ikel fuq il-​ħmir,+ fuq l-​iġmla, fuq il-​bgħula, u fuq il-​baqar, affarijiet taʼ l-​ikel mid-​dqiq,+ ċapep taʼ tin pressat,+ ċapep taʼ żbib,+ inbid,+ żejt,+ baqar,+ u nagħaġ+ bi kwantità kbira, għax kien hemm l-​hena+ f’Israel.

Noti taʼ taħt

Jew, “ċerva ħafifa.”