1 Kronaki 11:1-47

11  Maż-żmien, l-​Israelin+ kollha nġabru flimkien għand David f’Ħebron+ u qalulu: “Ara! Aħna għadmek u laħmek.+  Kemm il-​bieraħ u kemm qabel, saħansitra waqt li Sawl kien sultan, int kont dak li toħroġ u ddaħħal+ lil Israel; u Ġeħova Alla tiegħek qallek, ‘Int stess tirgħa+ lill-​poplu tiegħi Israel, u int stess issir mexxej+ fuq il-​poplu tiegħi Israel.’”  Għalhekk, ix-​xjuħ kollha taʼ Israel ġew għand is-​sultan f’Ħebron u David għamel patt magħhom f’Ħebron quddiem Ġeħova; imbagħad huma dilku+ lil David bħala sultan fuq Israel, skond il-​kelma+ taʼ Ġeħova permezz taʼ Samwel.+  Iktar tard David u Israel kollu marru Ġerusalemm,+ jiġifieri, Ġebus,+ fejn l-​abitanti tal-​pajjiż kienu l-​Ġebusin.+  U l-​abitanti taʼ Ġebus bdew jgħidu lil David: “Int ma tidħolx hawnhekk.”+ Iżda David xorta waħda ħa taħt idejh il-​fortizza taʼ Sijon,+ jiġifieri, il-​Belt taʼ David.+  Għalhekk, David qal: “L-​ewwel wieħed li jaħbat+ għall-​Ġebusin ikun kap u prinċep.” U Ġowab,+ bin Seruja, kien l-​ewwel wieħed li telaʼ, u hu sar kap.  U David beda jgħammar fil-​post diffiċli biex jintlaħaq.+ Huwa għalhekk li semmewh il-​Belt taʼ David.+  U beda jibni l-​belt dawramejt, mill-​Għolja* saħansitra sal-​partijiet taʼ madwarha, imma Ġowab ta l-​ħajja+ lill-​bqija tal-​belt.  U David baqaʼ jikber u jikber,+ għax Ġeħova taʼ l-​armati kien miegħu.+ 10  Issa dawn kienu l-​kapijiet taʼ l-​irġiel setgħanin+ taʼ David, li appoġġawh bis-​sħiħ fil-​kariga tiegħu taʼ sultan flimkien maʼ Israel kollu, biex jagħmluh sultan skond il-​kelma taʼ Ġeħova+ dwar Israel. 11  U din hi l-​lista taʼ l-​irġiel setgħanin taʼ David: Ġasobegħam,+ bin wieħed Ħakmoni, il-​kap tat-​tlieta. Hu xejjer il-​lanza tiegħu fuq tliet mija u qatilhom f’darba waħda.+ 12  U warajh kien hemm Elegħażar,+ bin Dodo l-​Aħoħi.+ Hu kien fost it-​tlett irġiel setgħanin.+ 13  Hu kien maʼ David f’Pas-dammim,+ fejn il-​Filistin kienu nġabru flimkien għall-​gwerra. Issa kien hemm medda rabaʼ mimlija xgħir, u n-​nies, min-​naħa tagħhom, kienu ħarbu minħabba l-​Filistin.+ 14  Imma hu ħa postu f’nofs il-​medda rabaʼ u ħelisha, u baqaʼ joqtol lill-​Filistin, u b’hekk Ġeħova salva+ lill-​poplu tiegħu b’salvazzjoni kbira.+ 15  U tlieta mit-​tletin+ kap niżlu lejn il-​blata, għand David fl-​għar t’Għadullam,+ waqt li kamp tal-​Filistin kien ikkampjat fil-​pjanura l-​baxxa taʼ Refajm.+ 16  U David, dik il-​ħabta, kien fil-​post diffiċli biex jintlaħaq;+ u dik il-​ħabta f’Betlehem kien hemm għassa tas-​suldati tal-​Filistin.+ 17  Ftit wara, David wera x-​xewqa li kellu u qal: “Mhux li kont nistaʼ nixrob+ l-​ilma mill-​ġiebja li hemm f’Betlehem+ ħdejn il-​bieb!” 18  Għal dan, it-​tlieta daħlu fil-​kamp tal-​Filistin u tellgħu l-​ilma mill-​ġiebja li hemm f’Betlehem ħdejn il-​bieb u ġarrewh u ħaduh lil David.+ U David ma riedx jixorbu, imma sawbu quddiem Ġeħova.+ 19  U hu ssokta jgħid: “Lanqas biss jgħaddili minn moħħi, rigward Alla tiegħi, li nagħmel dan! Għandi jien nixrob id-​demm+ taʼ dawn l-​irġiel li ssograw ħajjithom? Għax huma ssograw ħajjithom biex iġibuh.” U ma riedx jixorbu.+ Dawn huma l-​affarijiet li għamlu t-​tlett irġiel setgħanin. 20  Issa Abisaj,+ ħu Ġowab,+ hu stess sar kap tat-​tlieta; u xejjer il-​lanza tiegħu fuq tliet mija u qatilhom, u kellu reputazzjoni bħal dawn it-​tlieta. 21  Mit-tlieta hu ddistingwa ruħu iktar mit-​tnejn l-​oħrajn, u kien kap tagħhom; u madankollu ma laħaqx+ lill-​ewwel tlieta. 22  U Benaja,+ bin Ġeħojada,+ bin raġel qalbieni, li għamel ħafna għemejjel kbar f’Kabsil,+ hu stess qatel iż-​żewġ ulied t’Arjel taʼ Mowab; u hu stess niżel u qatel iljun+ ġo bir f’jum li fih niżlet il-​borra. 23  U kien hu li qatel lir-​raġel Eġizzjan, raġel taʼ kobor straordinarju, twil ħames kubiti.+ U f’id l-​Eġizzjan kien hemm lanza+ bħall-​motwa* taʼ min jinseġ bin-​newl; madankollu hu niżel għalih b’ħatar u ħataf il-​lanza minn id l-​Eġizzjan u qatlu bil-​lanza tiegħu stess.+ 24  Dawn l-​affarijiet għamel Benaja, bin Ġeħojada, u kellu isem fost it-​tlett irġiel setgħanin. 25  Għalkemm iddistingwa ruħu iktar mit-​tletin, ma laħaqx il-​grad taʼ l-​ewwel tlieta.+ Madankollu, David qiegħdu fuq il-​gwardja persunali tiegħu.+ 26  U fost l-​irġiel setgħanin tal-​qawwiet militari kien hemm Għasael,+ ħu Ġowab, Elħanan,+ bin Dodo, minn Betlehem, 27  Sammot+ il-​Ħarori, Ħeleż il-​Peloni,+ 28  Ira,+ bin Ikkes it-​Tekogħi, Abi-għeżer l-​Għanatoti,+ 29  Sibbekaj+ il-​Ħusati, Ilaj l-​Aħoħi,+ 30  Maħaraj+ in-​Netofati,+ Ħeled,+ bin Bagħnah in-​Netofati, 31  Itaj, bin Ribaj,+ minn Gibegħa+ taʼ wlied Benjamin,+ Benaja l-​Piratoni,+ 32  Ħuraj mill-​widien* taʼ Gagħas,+ Abijel l-​Għarbati, 33  Għażmawet il-​Baħarumi,+ Eljaħba s-​Sagħlboni, 34  ulied Ħasem il-​Giżoni, Ġonatan,+ bin Sagi l-​Ħarari, 35  Aħijam, bin Sakar+ il-​Ħarari, Elifal,+ bin Ur, 36  Ħefer il-​Mekerati, Aħija l-​Peloni, 37  Ħesro l-​Karmeli,+ Nagħraj, bin Eżbaj, 38  Ġoel, ħu Natan,+ Mibħar, bin Ħagri, 39  Selek l-​Għammoni, Naħaraj il-​Biroti, dak li kien iġorr l-​armi taʼ Ġowab, bin Seruja, 40  Ira l-​Itri, Gareb+ l-​Itri, 41  Urija+ l-​Ħitti,+ Żabad, bin Aħlaj, 42  Għadina, bin Siża r-​Rubeni, kap tar-​Rubenin, li miegħu kien hemm tletin; 43  Ħanan, bin Magħka, u Ġosafat il-​Mitni, 44  Użżja l-​Għastaroti, Sama u Ġegħijel, ulied Ħotam l-​Għarogħeri, 45  Ġedjagħel, bin Simri, u ħuh Ġoħa t-​Tisi, 46  Eligħel il-​Maħawi, u Ġeribaj u Ġosawija wlied Elngħam, u Itma l-​Mowabi. 47  Eligħel, Għobed, u Ġagħsijel il-​Mesobi.

Noti taʼ taħt

Ara t-​2Sa 5:9, in-​nota taʼ taħt.
Ara l-​1Sa 17:7, in-​nota taʼ taħt.
Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.