1 Korintin 9:1-27

9  M’iniex ħieles jien?+ M’iniex appostlu?+ Ma rajtux jien lil Ġesù, il-​Mulej tagħna?+ M’intomx intom ir-​riżultat tax-​xogħol tiegħi fil-​Mulej?  Jekk għal oħrajn m’iniex appostlu, żgur li jien għalikom, għax intom is-​siġill li jikkonferma+ l-​appostolat tiegħi fil-​Mulej.  Id-difiża tiegħi lil dawk li jiġġudikawni hi din:+  Għandna awtorità nieklu+ u nixorbu, hux hekk?  Għandna awtorità nieħdu magħna oħt bħala l-​mara,+ bħall-​bqija taʼ l-​appostli u ħut il-​Mulej+ u Kefa,+ hux hekk?  Jew jien u Barnaba+ biss m’għandniex awtorità li ma nagħmlux xogħol sekulari?+  Min qatt iservi bħala suldat spejjeż tiegħu? Min iħawwel għalqa dwieli u ma jikolx minn frottha?+ Jew min jirgħa merħla u ma jixrobx mill-​ħalib tagħha?+  Dan qed ngħidu skond il-​livelli tal-​bniedem?+ Mhux anki l-​Liġi+ tgħidu dan?  Għax fil-​liġi taʼ Mosè hemm miktub: “Tagħmilx sarima maʼ ħalq il-​barri meta jkun qed jidres il-​qamħ.”+ Jaqaw Alla mill-​barrin jimpurtah? 10  Jew jgħid dan kollu għalina? Tassew għalina kien miktub,+ għax min jaħrat għandu jaħrat bit-​tama u min jidres għandu jagħmel dan bit-​tama li jieħu sehmu.+ 11  Jekk żrajnielkom affarijiet spiritwali,+ hi ħaġa kbira jekk naħsdu affarijiet għall-​bżonnijiet materjali mingħandkom?+ 12  Jekk oħrajn jieħdu sehem f’din l-​awtorità fuqkom,+ m’għandniex dritt iktar minnhom aħna? Madankollu, m’użajnihiex din l-​awtorità,+ imma qed nissaportu kollox, sabiex ma noħolqu l-​ebda xkiel għall-​aħbar tajba+ dwar il-​Kristu. 13  Ma tafux li dawk li jwettqu dmirijiet sagri jieklu+ minn dak li jkun hemm fit-​tempju, u dawk li l-​ħin kollu jaqdu+ fl-​artal għandhom sehem maʼ l-​artal? 14  Hekk ukoll il-​Mulej ordna+ li dawk li jxandru l-​aħbar tajba jgħixu permezz taʼ l-​aħbar tajba.+ 15  Imma jien ma nqdejt bl-​ebda wieħed minn dawn il-​provvedimenti.+ Tabilħaqq, ma ktibtx dan biex nibda nagħmel hekk, għax ikun aħjar għalija li mmut milli—ebda bniedem m’hu se jġib fix-​xejn ir-​raġuni tiegħi għall-​ftaħir!+ 16  Issa, jekk qed inxandar l-​aħbar tajba,+ m’għandix għalfejn niftaħar, għax il-​bżonn+ iġegħelni. Tassew, gwaj+ għalija jekk ma nxandarx l-​aħbar tajba! 17  Jekk dan inwettqu minn jeddi,+ ikolli premju;+ imma jekk nagħmlu kontra r-​rieda tiegħi, xorta waħda ġejt fdat bi prokura.+ 18  Allura, x’inhu l-​premju tiegħi? Li meta nxandar l-​aħbar tajba nipprovdiha bla ħlas,+ bl-​għan li ma nabbużax mill-​awtorità tiegħi fl-​aħbar tajba. 19  Għax għalkemm jien ħieles minn kulħadd, għamilt lili nnifsi lsir+ taʼ kulħadd, sabiex nirbaħ+ iktar u iktar nies. 20  Għalhekk, għal-​Lhud sirt bħal Lhudi,+ biex nirbaħ lil-​Lhud; għal dawk taħt il-​liġi sirt bħal wieħed taħt il-​liġi,+ għalkemm jien innifsi m’iniex taħt il-​liġi,+ biex nirbaħ lil dawk taħt il-​liġi. 21  Għal dawk mingħajr liġi+ sirt bħal wieħed mingħajr liġi,+ għalkemm m’iniex mingħajr il-​liġi t’Alla imma qiegħed taħt il-​liġi+ taʼ Kristu,+ biex nirbaħ lil dawk mingħajr liġi. 22  Għad-dgħajfin sirt dgħajjef, biex nirbaħ lid-​dgħajfin.+ Sirt kollox għal nies taʼ kull xorta,+ biex b’kull mezz insalva lil xi wħud. 23  U nagħmel kollox minħabba l-​aħbar tajba, biex naqsam+ dan il-​messaġġ m’oħrajn. 24  Ma tafux li f’tellieqa l-​ġerrejja+ kollha jiġru, imma wieħed biss jirċievi l-​premju?+ Iġru+ b’tali mod li tiksbuh.+ 25  Iktar minn hekk, kulmin jieħu sehem f’kompetizzjoni jeżerċita r-​rażna+ f’kollox. Naturalment, dan huma jagħmluh biex jiksbu kuruna li tidbiel,+ imma aħna waħda li ma tidbielx.+ 26  Għalhekk, m’iniex niġri+ b’mod inċert; m’iniex nimmira d-​daqqiet tiegħi b’tali mod li nkun qed nagħti fl-​arja;+ 27  imma nsawwat lil ġismi+ u njassru, sabiex, wara li nkun ippridkajt lil oħrajn, jien stess ma niġix diżapprovat+ b’xi mod.

Noti taʼ taħt