1 Korintin 8:1-13

8  Dwar l-​ikel offrut lill-​idoli:+ nafu li lkoll għandna l-​għarfien.+ L-​għarfien ineffaħ, imma l-​imħabba tibni.+  Jekk xi ħadd jaħseb li kiseb l-​għarfien dwar xi ħaġa,+ hu jkun għadu ma jafhiex kif imissu jafha.+  Imma jekk xi ħadd iħobb lil Alla,+ Alla jkun jafu lil dan.+  Dwar li wieħed jiekol+ l-​ikel offrut lill-​idoli: nafu li idolu m’hu xejn+ fid-​dinja u li hemm biss Alla wieħed.+  Għax avolja hemm dawk imsejħin “allat,”+ sew fis-​sema+ u sew fuq l-​art,+ bħalma hemm ħafna “allat” u ħafna “mulejiet,”+  għalina fil-​fatt hemm Alla wieħed,+ il-​Missier,+ li minnu hu kollox, u aħna ngħixu għalih;+ u Mulej wieħed,+ Ġesù Kristu,+ li permezz tiegħu hu kollox,+ u aħna neżistu permezz tiegħu.  Minkejja dan, mhux kulħadd għandu dan l-​għarfien.+ Imma xi wħud, li s’issa għadhom imdorrijin bl-​idolu, jieklu l-​ikel bħala xi ħaġa sagrifikata lil xi idolu,+ u l-​kuxjenza tagħhom, billi hi dgħajfa, titniġġes.+  Imma l-​ikel ma jirrikkmandaniex quddiem Alla;+ jekk ma niklux, mhux se nagħmlu xi nuqqas, u jekk nieklu, ma nieħdu l-​ebda kredtu.+  Imma oqogħdu attenti li b’xi mod din l-​awtorità tagħkom ma ssirx taʼ tfixkil għad-​dgħajfin.+ 10  Għax jekk xi ħadd jara lilek, int li għandek l-​għarfien, tiekol fit-​tempju taʼ xi idolu, il-​kuxjenza tad-​dgħajjef mhix se trabbi l-​kuraġġ sal-​punt li ġġiegħlu jiekol l-​ikel offrut lill-​idoli?+ 11  Tassew, bl-​għarfien tiegħek qed jiġi rovinat id-​dgħajjef, ħuk li għalih miet Kristu.+ 12  U b’hekk, meta tidinbu kontra ħutkom u tfieru l-​kuxjenza+ dgħajfa tagħhom, tkunu qed tidinbu kontra Kristu. 13  Għalhekk, jekk l-​ikel ifixkel lil ħija,+ qatt iktar ma nerġaʼ niekol laħam, biex ma nfixkilx lil ħija.+

Noti taʼ taħt