1 Korintin 7:1-40

7  Issa rigward l-​affarijiet li ktibtuli dwarhom, hu sewwa li raġel ma jmissx+ mara;  iżda, minħabba li ż-​żína+ hi mifruxa ħafna, ħa jkollu kull raġel lil martu+ u kull mara lil żewġha.  Ir-raġel ħa jagħti lil martu dak li jmissha;+ u l-​mara wkoll tagħmel l-​istess lil żewġha.+  Il-mara m’għandhiex awtorità fuq ġisimha, iżda żewġha għandu;+ hekk ukoll ir-​raġel m’għandux awtorità fuq ġismu, iżda martu għandha.+  Iċċaħħdux lil xulxin minn dan,+ ħlief għal żmien stabbilit+ għax tkunu ftehemtu bejnietkom biex tiddedikaw ħin għat-​talb, u mbagħad terġgħu tingħaqdu sabiex Satana ma joqgħodx jittantakom+ għax ma tkunux tifilħu żżommu.+  Madankollu, ħudu dan il-​parir bħala permess+ mhux bħala kmand.+  Għax nixtieq li l-​bnedmin kollha kienu bħali.+ Minkejja dan, kull wieħed għandu l-​għotja tiegħu+ mingħand Alla, min mod u min ieħor.  Issa lil dawk li m’humiex miżżewġin+ u lir-​romol ngħidilhom li jkun sewwa għalihom li jibqgħu bħali.+  Imma jekk m’għandhomx rażna,+ ħa jiżżewġu, għax aħjar jiżżewġu+ milli jinħarqu bil-​passjoni.+ 10  Lill-miżżewġin nagħtihom l-​istruzzjoni, madankollu mhux jien imma l-​Mulej,+ li l-​mara m’għandhiex tinfired minn żewġha;+ 11  imma jekk tinfired, ħa tibqaʼ ma tiżżewwiġx, inkella terġaʼ tirranġa maʼ żewġha; u r-​raġel m’għandux jitlaq lil martu. 12  Imma lill-​oħrajn ngħidilhom, iva, jien, mhux il-​Mulej:+ Jekk xi ħu għandu martu li ma temminx, iżda din taqbel li tgħammar miegħu, ħa ma jitlaqhiex; 13  u l-​mara li għandha żewġha li ma jemminx, iżda dan jaqbel li jgħammar magħha, ħa ma titlaqx lil żewġha. 14  Għax ir-​raġel li ma jemminx jitqaddes minħabba martu, u l-​mara li ma temminx titqaddes minħabba l-​ħu; inkella, fil-​fatt, uliedkom ma jkunux nodfa,+ imma issa huma mqaddsin.+ 15  Imma jekk dak li ma jemminx ikun irid jinfired,+ ħa jinfired; il-​ħu jew l-​oħt m’hijiex fil-​jasar f’dawn iċ-​ċirkustanzi, imma Alla sejħilkom għall-​paċi.+ 16  Għax, mara, kif taf jekk issalvax lil żewġek?+ Jew, raġel, kif taf jekk issalvax lil martek?+ 17  Biss, fi qbil mas-​sehem li Ġeħova ta lil kull wieħed,+ ħa jimxi kull wieħed skond kif sejjaħlu Alla.+ U hekk nordna+ fil-​kongregazzjonijiet kollha. 18  Kien xi ħadd diġà ċirkonċiż meta ssejjaħ?+ Ħa jibqaʼ ċirkonċiż. Kien xi ħadd mhux ċirkonċiż meta ssejjaħ?+ Ħa ma jiġix ċirkonċiż.+ 19  Iċ-ċirkonċiżjoni+ ma tfisser xejn, u n-​nuqqas taʼ ċirkonċiżjoni+ ma jfisser xejn, imma li jgħodd hu l-​osservanza tal-​kmandamenti t’Alla.+ 20  Ħa jibqaʼ kull wieħed fl-​istat li kien meta ssejjaħ,+ kien liema kien.+ 21  Kont ilsir meta ġejt imsejjaħ? Tħallihx jinkwetak dan;+ imma jekk tistaʼ ssir ħieles ukoll, aħtaf l-​opportunità. 22  Għax kulmin hu fil-​Mulej u kien ilsir meta ssejjaħ hu l-​meħlus tal-​Mulej;+ bl-​istess mod, min kien ħieles meta ssejjaħ,+ hu lsir+ taʼ Kristu. 23  Kontu mixtrijin bi prezz;+ tibqgħux issiru lsiera+ tal-​bnedmin. 24  Ħuti, ħa jibqaʼ kull wieħed imsieħeb m’Alla fil-​kundizzjoni+ li kien meta ssejjaħ, kienet liema kienet. 25  Issa dwar dawk li m’humiex miżżewġin* m’għandi ebda kmand mingħand il-​Mulej, imma nagħti l-​opinjoni tiegħi+ bħala wieħed li ntwera ħniena mill-​Mulej+ biex ikun leali.+ 26  Għalhekk, minħabba d-​diffikultajiet li hawn madwarna, naħseb li jkun sewwa li raġel jibqaʼ kif inhu.+ 27  Marbut maʼ mara?+ Tibqax tipprova tinħall.+ Maħlul minn mara? Tibqax tfittex mara. 28  Imma jekk tiżżewweġ, ma tagħmel ebda dnub.+ U jekk jiżżewweġ xi ħadd li ma jkunx miżżewweġ,* ma jagħmel ebda dnub. Madankollu, dawk li jiżżewġu jkollhom tribulazzjoni f’laħamhom.+ Imma jien irrid neħliskom minnha. 29  Iktar minn hekk, dan ngħidilkom, ħuti, iż-​żmien li fadal tqassar.+ Minn issa ’l quddiem, dawk li għandhom in-​nisa ħa jkunu bħallikieku m’għandhomx,+ 30  u dawk li jibku bħal dawk li ma jibkux, u dawk li jifirħu bħal dawk li ma jifirħux, u dawk li jixtru bħal dawk li m’għandhomx, 31  u dawk li jużaw id-​dinja+ bħal dawk li ma jużawhiex bis-​sħiħ; għax ix-​xena taʼ din id-​dinja qed tinbidel.+ 32  Tabilħaqq, irridkom tkunu meħlusin mill-​ansjetà.+ Ir-​raġel mhux miżżewweġ hu ansjuż għal dak li hu tal-​Mulej, kif jikseb l-​approvazzjoni tal-​Mulej. 33  Imma r-​raġel miżżewweġ hu ansjuż+ għal dak li hu tad-​dinja, kif jikseb l-​approvazzjoni taʼ martu,+ 34  u hu maqsum fih innifsu. Jerġaʼ, il-​mara mhix miżżewġa, u l-​verġni, hi ansjuża għal dak li hu tal-​Mulej,+ sabiex tkun qaddisa kemm f’ġisimha kif ukoll fl-​ispirtu tagħha. Madankollu, il-​mara miżżewġa hi ansjuża għal dak li hu tad-​dinja, kif tikseb l-​approvazzjoni taʼ żewġha.+ 35  Dan qed ngħidu għall-​vantaġġ persunali tagħkom, mhux biex norbtilkom idejkom, imma biex inqanqalkom għal dak li hu xieraq+ u nqanqalkom biex taqdu lill-​Mulej il-​ħin kollu u mingħajr distrazzjoni.+ 36  Imma jekk xi ħadd mhux miżżewweġ jaħseb li l-​imġiba tiegħu m’hijiex xierqa għall-​istat tiegħu,*+ u dan ikun għadda l-​fjur taż-​żgħożija, u hekk ikun l-​aħjar għalih, ħa jagħmel li jrid; ma jidnibx. Ħa jiżżewġu.+ 37  Imma jekk xi ħadd ikun determinat f’qalbu u ma jkunx magħfus mill-​bżonn, imma jkollu awtorità fuq ir-​rieda tiegħu u jkun ħa din id-​deċiżjoni f’qalbu, li jibqaʼ ma jiżżewwiġx, jagħmel sewwa.+ 38  Għaldaqstant, min jiżżewweġ jagħmel sewwa,+ imma min ma jiżżewwiġx jagħmel aħjar.+ 39  Il-mara hi marbuta maʼ żewġha sakemm idum ħaj.+ Imma jekk żewġha jorqod fil-​mewt, hi ħielsa li tiżżewweġ lil min trid, biss fil-​Mulej.+ 40  Imma, fl-​opinjoni tiegħi, tkun iktar hienja jekk tibqaʼ kif inhi.+ Tabilħaqq, naħseb li jien ukoll għandi l-​ispirtu t’Alla.+

Noti taʼ taħt

Jew, “dawk li huma verġni (kemm irġiel u kemm nisa).”
Ara vers 25, in-​nota taʼ taħt.
Jew, “xi ħadd (raġel jew mara) jaħseb li l-​imġiba tiegħu m’hijiex xierqa għall-​istat tiegħu bħala verġni.”