1 Korintin 6:1-20

6  Hemm xi ħadd minnkom li jkollu każ+ kontra xi ħadd ieħor u jażżarda jmur il-​qorti quddiem bnedmin inġusti+ u mhux quddiem il-​qaddisin?+  Jew ma tafux li l-​qaddisin se jiġġudikaw+ lid-​dinja?+ U jekk id-​dinja għad trid tiġi ġudikata minnkom, m’intomx kapaċi tiġġudikaw kwistjonijiet żgħar ferm?+  Ma tafux li se niġġudikaw lill-​anġli?+ Allura, għala ma niġġudikawx ukoll kwistjonijiet taʼ din il-​ħajja?  Mela, jekk għandkom xi kwistjonijiet taʼ din il-​ħajja li jridu jiġu ġudikati,+ se tqiegħdu bħala mħallfin+ lill-​bnedmin li huma mwarrbin mill-​kongregazzjoni?  Qed nitkellem biex inġegħelkom tistħu.+ Jaqaw m’hemmx bniedem wieħed fostkom li hu għaref+ u kapaċi jiġġudika l-​kwistjonijiet taʼ bejn ħutu?  Minflok, l-​aħwa qed itellgħu lil xulxin il-​qorti, u dan quddiem nies li ma jemmnux.+  Għalhekk, mela, dan ifisser telfa sħiħa għalikom li qed tiftħu kawżi l-​qorti+ kontra xulxin. Minflok għax ma tħallux min jonqoskom?+ Għax ma tħallux min jimbroljakom?+  Għall-kuntrarju, intom qed tonqsu u timbroljaw, u dan qed tagħmluh lil ħutkom stess.+  X’inhu! Ma tafux li l-​inġusti ma jirtux is-​saltna t’Alla?+ Titqarrqux. La ż-​żienja,+ la l-​idolatri,+ la l-​adulteri,+ la l-​irġiel miżmumin għal skopijiet mhux naturali,+ la l-​irġiel li jimteddu maʼ l-​irġiel,+ 10  la l-​ħallelin, la r-​rgħiba,+ la s-​sakranazzi,+ la ż-​żeblieħa, lanqas l-​imbroljuni ma jirtu s-​saltna t’Alla.+ 11  U madankollu, hekk kienu xi wħud minnkom.+ Imma ġejtu maħsulin,+ imma ġejtu mqaddsin,+ imma ġejtu dikjarati ġusti+ f’isem il-​Mulej tagħna Ġesù Kristu+ u bl-​ispirtu t’Alla tagħna.+ 12  Kollox hu permess għalija; iżda mhux kollox hu vantaġġuż.+ Kollox hu permess+ għalija; iżda ma nħalli l-​ebda ħaġa jkollha awtorità fuqi.+ 13  L-ikel hu għaż-​żaqq, u ż-​żaqq għall-​ikel;+ imma Alla se jġibhom it-​tnejn fix-​xejn.+ Issa l-​ġisem m’huwiex għaż-​żína, iżda għall-​Mulej;+ u l-​Mulej hu għall-​ġisem.+ 14  Imma Alla qajjem lill-​Mulej+ u se jqajjem lilna wkoll mill-​mewt+ bil-​qawwa tiegħu.+ 15  Ma tafux li l-​iġsma tagħkom huma membri+ taʼ Kristu?+ Allura, se nieħu jien lill-​membri tal-​Kristu u nagħmilhom membri taʼ prostituta?+ Jalla qatt ma jkun dan! 16  X’inhu! Ma tafux li min jingħaqad maʼ prostituta jkun ġisem wieħed magħha? Għax jgħid: “It-​tnejn ikunu ġisem wieħed.”+ 17  Imma min jingħaqad mal-​Mulej hu spirtu+ wieħed+ miegħu. 18  Aħarbu miż-​żína.+ Kull dnub ieħor li jagħmel il-​bniedem hu ’l barra minn ġismu, imma min jipprattika ż-​żína qed jidneb kontra ġismu stess.+ 19  X’inhu! Ma tafux li ġisimkom hu t-​tempju+ taʼ l-​ispirtu qaddis li hemm fikom+ u li rċivejtu mingħand Alla? Ukoll, m’intomx tagħkom infuskom,+ 20  għax kontu mixtrijin bi prezz.+ Għalhekk, igglorifikaw lil Alla+ f’ġisimkom.+

Noti taʼ taħt