1 Korintin 5:1-13

5  Fil-fatt, sar magħruf li hemm iż-​żína+ fostkom, u tip taʼ żína li lanqas saħansitra fost il-​ġnus ma teżisti: li raġel jieħu l-​mara taʼ missieru.+  U qed tintefħu?+ Mhux aħjar titnikktu+ biex il-​bniedem li wettaq dan l-​għemil jitneħħa minn fostkom?+  Ngħid għalija, għalkemm m’iniex preżenti fil-​ġisem imma preżenti fl-​ispirtu, diġà ġġudikajt+ lir-​raġel li aġixxa b’dan il-​mod daqslikieku kont preżenti,  sabiex f’isem il-​Mulej tagħna Ġesù, meta tkunu miġburin flimkien maʼ l-​ispirtu tiegħi bil-​qawwa tal-​Mulej tagħna Ġesù,+  tagħtu lil dan il-​bniedem f’idejn Satana+ għall-​qerda tal-​laħam, sabiex l-​ispirtu+ jiġi salvat f’jum il-​Mulej.+  M’għandkomx raġuni tajba biex tiftaħru.+ Ma tafux li ftit ħmira tħemmer+ l-​għaġna kollha?+  Neħħu l-​ħmira l-​qadima biex tkunu għaġna ġdida,+ ħelsin minn kulma jiffermenta. Għax Kristu,+ il-​Qbiż tagħna,+ ġie sagrifikat.+  Għaldaqstant ħa nosservaw il-​festa,+ mhux bi ħmira qadima,+ lanqas bi ħmira+ taʼ ħażen u aġir mill-​agħar,+ imma b’ħobż bla ħmira taʼ sinċerità u verità.+  Fl-ittra tiegħi ktibtilkom biex ma tibqgħux tagħmluha maż-​żienja. 10  Dan ma jfissirx li tinqatgħu għalkollox miż-​żienja+ taʼ din id-​dinja+ jew mir-​rgħiba u l-​imbroljuni jew l-​idolatri. Inkella jkollkom toħorġu mid-​dinja.+ 11  Imma issa qed niktbilkom biex ma tibqgħux tagħmluha+ maʼ min jissejjaħ ħu iżda jkun żieni jew rgħib+ jew idolatra jew żeblieħi jew sakranazz+ jew imbroljun; lanqas biss għandkom tieklu maʼ bniedem bħal dan. 12  Għax x’għandi x’naqsam maʼ li niġġudika lil dawk taʼ barra?+ Intom mhux lil dawk taʼ ġewwa tiġġudikaw,+ 13  waqt li Alla jiġġudika lil dawk taʼ barra?+ “Neħħu lill-​bniedem mill-​agħar minn fostkom.”+

Noti taʼ taħt