1 Korintin 3:1-23

3  Għalhekk, ħuti, ma stajtx inkellimkom bħala bnedmin spiritwali,+ imma bħala bnedmin tal-​laħam, bħala tfal ċkejknin+ fi Kristu.  Tajtkom il-​ħalib, mhux xi ħaġa x’tieklu,+ għax ma kontux b’saħħitkom biżżejjed. Fil-​fatt, lanqas issa m’intom b’saħħitkom biżżejjed,+  għax għadkom tal-​laħam.+ Ladarba hemm l-​għira u l-​ġlied fostkom,+ m’intomx turu li intom tal-​laħam u mexjin bħalma jimxu l-​bnedmin?+  U meta xi ħadd jgħid: “Jien taʼ Pawlu,” u ieħor jgħid: “Jien t’Apollo,”+ m’intomx turu li intom sempliċement bnedmin?  Allura, x’inhu Apollo?+ Iva, x’inhu Pawlu? Ministri+ li permezz tagħhom sirtu temmnu, skond ma ta l-​Mulej lil kull wieħed minnhom.  Jien ħawwilt,+ Apollo saqqa,+ imma Alla baqaʼ jkabbar;+  u b’hekk, la min iħawwel+ u lanqas min isaqqi m’hu xejn, imma Alla li jkabbar.+  Issa min iħawwel u min isaqqi huma ħaġa waħda,+ imma kull wieħed jirċievi l-​premju tiegħu skond il-​ħidma tiegħu.+  Għax aħna ħaddiema sħab m’Alla.+ Intom l-​għalqa t’Alla li qed tiġi kultivata,+ il-​bini t’Alla.+ 10  Skond il-​qalb tajba mhix mistħoqqa+ t’Alla li ntwerejt u bħala direttur għaref tax-​xogħol jien qegħedt il-​pedament,+ imma ħaddieħor qed jibni fuqu. Imma ħa joqgħod attent kull wieħed kif qed jibni fuqu.+ 11  Għax ebda bniedem ma jistaʼ jqiegħed pedament ieħor+ ħlief dak li tqiegħed, li hu Ġesù Kristu.+ 12  Issa jekk xi ħadd jibni fuq il-​pedament deheb, fidda, ħaġar prezzjuż, injam, ħuxlief, tiben,* 13  ix-xogħol taʼ kull wieħed għad jidher, għax il-​jum jikxfu, peress li jiġi rivelat permezz tan-​nar;+ u n-​nar stess juri x’tip hu x-​xogħol taʼ kull wieħed. 14  Jekk xi ħadd jibni fuq il-​pedament xogħol li jibqaʼ,+ jirċievi premju;+ 15  jekk ix-​xogħol taʼ xi ħadd jinħaraq, dan ibati l-​ħsara, imma hu nnifsu jiġi salvat;+ iżda jkun qisu ġie salvat permezz tan-​nar.+ 16  Ma tafux li intom it-​tempju t’Alla,+ u li l-​ispirtu t’Alla jgħammar fikom?+ 17  Jekk xi ħadd jeqred it-​tempju t’Alla, Alla jeqred lilu;+ għax it-​tempju t’Alla hu qaddis,+ u dan it-​tempju+ hu intom.+ 18  Ħalli ħadd ma jqarraq bih innifsu: Jekk xi ħadd fostkom jaħseb li hu għaref+ f’din is-​sistema, ħa jsir iblah sabiex isir għaref.+ 19  Għax l-​għerf taʼ din id-​dinja hu bluha għal Alla;+ għax hu miktub: “Hu jaqbad lill-​għorrief fil-​makakkerija tagħhom stess.”+ 20  U jerġaʼ: “Ġeħova jaf li l-​irraġunar taʼ l-​għorrief hu fieragħ.”+ 21  Għaldaqstant ħalli ħadd ma jiftaħar bil-​bnedmin; għax kollox hu tagħkom,+ 22  kemm jekk Pawlu jew Apollo+ jew Kefa jew id-​dinja jew il-​ħajja jew il-​mewt jew l-​affarijiet t’issa jew l-​affarijiet li għad iridu jiġu,+ kollox hu tagħkom; 23  mill-banda l-​oħra, intom taʼ Kristu;+ u Kristu hu t’Alla.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-​nota taʼ taħt.