1 Korintin 2:1-16

2  Għalhekk, meta ġejt għandkom, ħuti, ma ġejtx inxandrilkom is-​sigriet sagru+ t’Alla b’xi superjorità taʼ diskors+ jew t’għerf.  Għax iddeċidejt li fostkom ma nkun naf xejn ħlief lil Ġesù Kristu,+ u lilu msammar maʼ zokk.  U ġejt għandkom bid-​dgħjufija u bil-​biżaʼ u b’ħafna tregħid;+  u dak li għedt u ppridkajt ma kienx bi kliem persważiv t’għerf imma b’turija taʼ l-​ispirtu u l-​qawwa,+  biex il-​fidi tagħkom ma tkunx fl-​għerf+ tal-​bnedmin, imma fil-​qawwa t’Alla.+  Issa aħna nitkellmu l-​għerf fost dawk li huma maturi,+ imma mhux l-​għerf+ taʼ din is-​sistema u lanqas dak tal-​ħakkiema tagħha+ li għad jiġu fix-​xejn.+  Imma nitkellmu l-​għerf t’Alla f’sigriet sagru,+ l-​għerf moħbi, li Alla ddetermina minn qabel għall-​glorja tagħna qabel m’eżistew is-​sistemi.+  Ħadd mill-​ħakkiema+ taʼ din is-​sistema ma sar jaf dan l-​għerf,+ għax kieku kienu jafuh ma kinux isammru maʼ zokk+ lill-​Mulej glorjuż.  Imma bħalma hu miktub: “Għajn ma ratx u widna ma semgħetx, lanqas ma tnissel f’qalb il-​bniedem dak li Alla ħejja għal dawk li jħobbuh.”+ 10  Alla rrivelah+ lilna permezz taʼ l-​ispirtu tiegħu,+ għax l-​ispirtu+ jgħarbel kollox, saħansitra l-​affarijiet profondi+ t’Alla. 11  Għax min fost il-​bnedmin jaf l-​affarijiet taʼ bniedem ħlief l-​ispirtu+ tal-​bniedem li hemm fih? Hekk, ukoll, ħadd ma sar jaf l-​affarijiet t’Alla, ħlief l-​ispirtu+ t’Alla. 12  Issa aħna ma rċivejniex l-​ispirtu+ tad-​dinja, imma l-​ispirtu+ li ġej mingħand Alla, biex inkunu nafu dak li ngħatalna b’qalb tajba minn Alla.+ 13  U bl-​istess mod dan ma nitkellmuhx bi kliem mgħallem mill-​għerf tal-​bniedem,+ imma bi kliem mgħallem mill-​ispirtu,+ hekk kif ngħaqqdu affarijiet spiritwali maʼ kliem spiritwali.+ 14  Imma bniedem fiżiku ma jilqax l-​affarijiet taʼ l-​ispirtu t’Alla, għax huma bluha għalih; u ma jistax isir jafhom,+ għax jiġu mistħarrġin spiritwalment. 15  Madankollu, il-​bniedem spiritwali+ jistħarreġ kollox, imma hu nnifsu ma jiġi mistħarreġ+ minn ebda bniedem. 16  Għax “min sar jaf moħħ Ġeħova+ biex ikun jistaʼ jgħallmu?”+ Imma aħna għandna l-​moħħ+ taʼ Kristu.

Noti taʼ taħt