1 Korintin 15:1-58

15  Issa, ħuti, infakkarkom fl-​aħbar tajba+ li xandartilkom+ u li intom ukoll ilqajtu u qegħdin fiha.+  Ukoll, qed tiġu salvati+ bil-​kliem li bih xandartilkom l-​aħbar tajba, jekk din qed iżżommuha sod, sakemm, fil-​fatt, m’emmintux għalxejn.+  Għax, fost l-​ewwel affarijiet, għaddejtilkom dak li rċivejt jien ukoll,+ li Kristu miet għal dnubietna skond l-​Iskrittura;+  u li ndifen,+ iva, li ġie mqajjem+ fit-​tielet jum+ skond l-​Iskrittura;+  u li deher lil Kefa,+ imbagħad lit-​tnax.+  Wara deher lil iktar minn ħames mitt ħu f’daqqa, li l-​biċċa l-​kbira minnhom għadhom ħajjin sa llum,+ imma xi wħud raqdu fil-​mewt.  Wara deher lil Ġakbu,+ imbagħad lill-​appostli kollha;+  u fl-​aħħarnett deher lili+ wkoll bħallikieku kont wieħed li twieled qabel iż-​żmien.  Għax jien l-​inqas wieħed+ mill-​appostli, u ma jistħoqqlix nissejjaħ appostlu, għax ippersegwitajt+ il-​kongregazzjoni t’Alla. 10  Imma bil-​qalb tajba mhix mistħoqqa+ t’Alla jien dak li jien. U l-​qalb tajba mhix mistħoqqa li wera miegħi ma kinitx għalxejn,+ għax tħabatt iktar minnhom ilkoll,+ iżda mhux jien imma l-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla li qiegħda miegħi.+ 11  Madankollu, sew jien u sew huma, hekk qed nippridkaw aħna u hekk emmintu intom.+ 12  Issa, jekk qed jiġi pridkat li Kristu ġie mqajjem mill-​imwiet,+ xi wħud fostkom kif qed jgħidu li m’hemmx irxoxt tal-​mejtin?+ 13  Tabilħaqq, jekk m’hemmx irxoxt tal-​mejtin, lanqas Kristu ma ġie mqajjem.+ 14  Imma jekk Kristu ma ġiex imqajjem, l-​ippridkar tagħna żgur li hu għalxejn, u l-​fidi tagħna hi għalxejn.+ 15  Iktar minn hekk, ninstabu wkoll li aħna xhieda foloz t’Alla,+ għax xhedna+ kontra Alla li hu qajjem lill-​Kristu,+ imma fil-​fatt ma qajmux jekk hu veru li l-​mejtin mhux se jiġu mqajmin.+ 16  Għax jekk il-​mejtin mhux se jiġu mqajmin, lanqas Kristu ma ġie mqajjem. 17  U jekk Kristu ma ġiex imqajjem, il-​fidi tagħkom ma tiswa xejn; għadkom fi dnubietkom.+ 18  Fil-fatt, ukoll, dawk li raqdu fil-​mewt f’unjoni+ maʼ Kristu nqerdu.+ 19  Jekk f’din il-​ħajja biss ittamajna fi Kristu,+ aħna l-​iktar imsejknin mill-​bnedmin kollha. 20  Madankollu, issa Kristu ġie mqajjem mill-​imwiet,+ l-​ewwel frott+ fost dawk li raqdu fil-​mewt.+ 21  Għax ladarba l-​mewt+ ġiet permezz taʼ bniedem, l-​irxoxt+ tal-​mejtin ġie wkoll permezz taʼ bniedem. 22  Għax bħalma kulħadd qed imut f’Adam,+ hekk ukoll kulħadd għad jingħata l-​ħajja fil-​Kristu.+ 23  Imma kull wieħed skond kif imissu: Kristu l-​ewwel frott;+ wara, dawk li huma tal-​Kristu matul il-​preżenza tiegħu.+ 24  Imbagħad it-​tmiem, meta jgħaddi s-​saltna lil Alla tiegħu u Missieru, meta jkun ġab fix-​xejn kull gvern u kull awtorità u qawwa.+ 25  Għax hu jrid isaltan sakemm Alla jkun qiegħed l-​għedewwa kollha taħt saqajh.+ 26  Bħala l-​aħħar għadu, il-​mewt se tinġieb fix-​xejn.+ 27  Għax Alla “ssuġġetta kollox taħt saqajh.”+ Imma meta jgħid li ‘kollox ġie suġġettat,’+ jidher ċar li dan ma jinkludix lil dak li ssuġġettalu kollox.+ 28  Imma meta kollox ikun ġie suġġettat għalih,+ imbagħad l-​Iben innifsu wkoll jissottometti ruħu lejn Dak+ li ssuġġettalu kollox, biex Alla jkun kollox għal kulħadd.+ 29  Inkella, x’se jagħmlu dawk li qed jitgħammdu bl-​iskop li jkunu mejtin?+ Jekk il-​mejtin żgur mhux se jiġu mqajmin,+ dawk għala qed jitgħammdu+ bl-​iskop li jkunu mejtin? 30  Għala aħna wkoll fil-​periklu l-​ħin kollu?+ 31  Kuljum niffaċċja l-​mewt.+ Ħuti, dan nikkonfermah bil-​ferħ kbir+ li għandi minħabba fikom fi Kristu Ġesù, il-​Mulej tagħna. 32  Jekk, bħal bnedmin oħrajn, jien iġġilidt mal-​bhejjem salvaġġi f’Efesu,+ x’jiswieli? Jekk il-​mejtin mhux se jiġu mqajmin, “ħa nieklu u nixorbu, għax għada mmutu.”+ 33  Titqarrqux. Kumpanija ħażina tħassar id-​drawwiet siewja.+ 34  Stenbħu biex tkunu f’sensikom+ għall-​ġustizzja u tipprattikawx id-​dnub, għax xi wħud m’għandhomx għarfien dwar Alla.+ Qed nitkellem biex inġegħelkom tistħu.+ 35  Iżda xi ħadd jgħid: “Kif se jiġu mqajmin il-​mejtin? Iva, b’liema xorta taʼ ġisem ġejjin?”+ 36  Bniedem bla raġuni! Dak li tiżraʼ ma jingħatax il-​ħajja jekk l-​ewwel ma jmutx;+ 37  u dak li tiżraʼ ma jkunx il-​ġisem li jiżviluppa, imma sempliċi żerriegħa,+ forsi tal-​qamħ jew taʼ xi ħaġa oħra; 38  imma Alla jagħtiha ġisem+ skond kif jogħġbu,+ u lil kull żerriegħa jagħtiha l-​ġisem tagħha. 39  Mhux kull laħam hu l-​istess laħam, imma hemm laħam tal-​bnedmin, ieħor tal-​bhejjem, ieħor taʼ l-​għasafar, u ieħor tal-​ħut.+ 40  U hemm iġsma tas-​sema,+ u iġsma taʼ l-​art;+ imma l-​glorja+ taʼ l-​iġsma tas-​sema hi ħaġa, u dik taʼ l-​iġsma taʼ l-​art hi oħra. 41  Il-glorja tax-​xemx+ hi ħaġa, u l-​glorja tal-​qamar+ hi oħra, u l-​glorja tal-​kwiekeb+ hi oħra; fil-​fatt, kewkba hi differenti minn kewkba oħra fil-​glorja. 42  Hekk ukoll hu l-​irxoxt tal-​mejtin.+ Jinżeraʼ fit-​taħsir, jiġi mqajjem bla taħsir.+ 43  Jinżeraʼ fid-​diżunur,+ jiġi mqajjem fil-​glorja.+ Jinżeraʼ fid-​dgħjufija,+ jiġi mqajjem fil-​qawwa.+ 44  Jinżeraʼ ġisem fiżiku,+ jiġi mqajjem ġisem spiritwali.+ Jekk hemm ġisem fiżiku, hemm ukoll ġisem spiritwali. 45  Saħansitra hekk hemm miktub: “L-​ewwel bniedem Adam sar ruħ ħajja.”+ L-​aħħar Adam sar spirtu+ li jagħti l-​ħajja.+ 46  Madankollu, mhux l-​ispiritwali hu l-​ewwel, imma l-​fiżiku, u wara l-​ispiritwali.+ 47  L-ewwel bniedem ġej mill-​art u magħmul mit-​trab;+ it-​tieni bniedem ġej mis-​sema.+ 48  Bħalma hu dak li hu magħmul mit-​trab,+ hekk ukoll huma dawk li huma magħmulin mit-​trab; u bħalma hu dak li hu tas-​sema,+ hekk ukoll huma dawk li huma tas-​sema.+ 49  U bħalma lbisna x-​xbieha+ taʼ dak li hu magħmul mit-​trab, se nilbsu wkoll ix-​xbieha+ taʼ dak li hu tas-​sema. 50  Madankollu, dan ngħidilkom ħuti: il-​laħam u d-​demm ma jistgħux jirtu s-​saltna t’Alla,+ lanqas it-​taħsir ma jiret in-​nuqqas taʼ taħsir.+ 51  Ara! Ngħidilkom sigriet sagru: Mhux ilkoll se norqdu fil-​mewt, imma lkoll se nitbiddlu,+ 52  f’mument, f’ħakka t’għajn, matul l-​aħħar trumbetta. Għax għad tinstemaʼ t-​trumbetta,+ u l-​mejtin jiġu mqajmin bla taħsir, u aħna nitbiddlu. 53  Għax jeħtieġ li dan il-​ġisem li jitħassar jilbes in-​nuqqas taʼ taħsir,+ u dan il-​ġisem mortali+ jilbes l-​immortalità. 54  Imma meta dan il-​ġisem li jitħassar jilbes in-​nuqqas taʼ taħsir u dan il-​ġisem mortali jilbes l-​immortalità, imbagħad iseħħ dak li hemm miktub: “Il-​mewt+ tinbelaʼ għal dejjem.”+ 55  “Mewt, fejn hi r-​rebħa tiegħek? Mewt, fejn hi t-​tingiża tiegħek?”+ 56  It-tingiża+ li twassal għall-​mewt hi d-​dnub, imma l-​qawwa tad-​dnub hi l-​Liġi.+ 57  Imma rroddu ħajr lil Alla, għax hu jagħtina r-​rebħa permezz tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu!+ 58  Għaldaqstant, maħbubin ħuti, ibqgħu sodi,+ titħarrkux, waqt li dejjem ikollkom ħafna x’tagħmlu fix-​xogħol tal-​Mulej,+ għax tafu li t-​taħbit tagħkom fil-​Mulej m’huwiex għalxejn.+

Noti taʼ taħt