1 Korintin 13:1-13

13  Kieku kelli nitkellem bl-​ilsna+ tal-​bnedmin u taʼ l-​anġli imma ma jkollix imħabba, kont inkun bħal strument tar-​ram iżarżar jew ċimbalu jdamdam.+  U kieku għandi l-​għotja taʼ l-​ipprofetizzar+ u jien midħla tas-​sigrieti sagri+ kollha u l-​għarfien kollu,+ u għandi l-​fidi kollha biex inċaqlaq il-​muntanji+ minn posthom, iżda m’għandix imħabba, ma jien xejn.+  U kieku nagħti kulma għandi biex nitmaʼ lil oħrajn,+ u nagħti ġismi għall-​mewt,+ sabiex ikolli biex niftaħar, iżda m’għandix imħabba,+ ma jiswieli xejn.  L-imħabba+ tistabar fit-​tul+ u qalbha tajba.+ L-​imħabba ma tgħirx,+ ma tiftaħarx,+ ma tintefaħx,+  ma ġġibx ruħha b’mod indeċenti,+ ma tfittixx l-​interessi tagħha,+ ma tiġix provokata.+ Ma żżommx kont tal-​ħsara.+  Ma tithenniex bl-​inġustizzja,+ imma tithenna bil-​verità.+  Kollox tiflaħ,+ kollox temmen,+ kollox tittama,+ kollox tissaporti.+  L-imħabba ma tbatti qatt.+ Iżda jekk hemm l-​għotjiet taʼ l-​ipprofetizzar, dawn se jinġiebu fix-​xejn; jekk hemm l-​ilsna, dawn se jieqfu; jekk hemm l-​għarfien, dan se jinġieb fix-​xejn.+  Għax l-​għarfien li għandna hu limitat+ u l-​ipprofetizzar tagħna hu limitat;+ 10  imma meta jasal dak li hu sħiħ,+ dak li hu limitat jinġieb fix-​xejn. 11  Meta kont tifel ċkejken, kont nitkellem taʼ tifel, naħseb taʼ tifel, nirraġuna taʼ tifel; imma issa li sirt raġel,+ neħħejt il-​karatteristiki taʼ tifel ċkejken. 12  Għax bħalissa naraw imċajpar b’mera tal-​metall,+ imma mbagħad naraw wiċċ imbwiċċ.+ Bħalissa dak li naf hu limitat, imma mbagħad inkun naf eżatt bħalma jien magħruf eżatt.+ 13  Madankollu, issa jibqaʼ l-​fidi, it-​tama, l-​imħabba, dawn it-​tlieta; imma l-​akbar fosthom hi l-​imħabba.+

Noti taʼ taħt