1 Korintin 12:1-31

12  Issa, ħuti, ma rridkomx ma tkunux tafu dwar l-​għotjiet spiritwali.+  Intom tafu li meta kontu nies tal-​ġnus,+ kontu tittieħdu b’diversi modi quddiem dawk l-​idoli+ taʼ bla leħen.+  Għalhekk, irridkom tkunu tafu li, meta jkun qed jitkellem bl-​ispirtu t’Alla, ħadd ma jgħid: “Ġesù hu misħut!”+ u ħadd ma jistaʼ jgħid: “Ġesù hu Mulej!” jekk mhux bl-​ispirtu qaddis.+  Issa hemm għotjiet differenti,+ imma l-​istess spirtu;+  u hemm ministeri differenti,+ iżda l-​istess Mulej;+  u hemm ħidmiet differenti,+ iżda l-​istess Alla+ li jwettaq il-​ħidmiet kollha f’kulħadd.+  Imma l-​manifestazzjoni taʼ l-​ispirtu tingħata lil kull wieħed għal skop siewi.+  Per eżempju, wieħed jingħata kliem t’għerf+ permezz taʼ l-​ispirtu, ieħor kliem t’għarfien+ skond l-​istess spirtu,  ieħor fidi+ permezz taʼ l-​istess spirtu, ieħor għotjiet taʼ fejqan+ permezz taʼ dan l-​ispirtu wieħed, 10  jerġaʼ ieħor atti t’għemejjel setgħanin,+ ieħor ipprofetizzar,+ ieħor dixxerniment+ taʼ kliem imnebbaħ,+ ieħor ilsna differenti,+ u ieħor interpretazzjoni+ taʼ l-​ilsna. 11  Imma dawn il-​ħidmiet kollha jwettaqhom l-​istess spirtu wieħed,+ li jqassamhom+ lil kull wieħed individwalment kif irid hu.+ 12  Għax bħalma l-​ġisem hu wieħed imma għandu ħafna membri, u l-​membri kollha taʼ dak il-​ġisem, għalkemm ħafna, huma ġisem wieħed,+ hekk ukoll hu l-​Kristu.+ 13  Għax, tassew, ilkoll ġejna mgħammdin+ bi spirtu wieħed f’ġisem wieħed, sew Lhud u sew Griegi, sew ilsiera u sew ħelsin, u lkoll ngħatajna biex nixorbu+ spirtu wieħed. 14  Tabilħaqq, il-​ġisem mhux membru wieħed, imma ħafna.+ 15  Kieku s-​sieq kellha tgħid: “La m’iniex id, jien m’iniex parti mill-​ġisem,” b’daqshekk ma jkunx ifisser li mhix parti mill-​ġisem.+ 16  U kieku l-​widna kellha tgħid: “La m’iniex għajn, jien m’iniex parti mill-​ġisem,” b’daqshekk ma jkunx ifisser li mhix parti mill-​ġisem.+ 17  Kieku l-​ġisem kollu kien għajn, fejn kien ikun is-​smigħ? Kieku kollu kien smigħ, fejn kien ikun ix-​xamm? 18  Imma issa Alla qiegħed il-​membri fil-​ġisem, kull wieħed minnhom, kif għoġbu.+ 19  Kieku kienu kollha membru wieħed,+ fejn kien ikun il-​ġisem? 20  Imma issa huma ħafna membri,+ iżda ġisem wieħed. 21  L-għajn ma tistax tgħid lill-​id: “M’għandix bżonnok”; jew, ir-​ras ma tistax tgħid lis-​saqajn: “M’għandix bżonnkom.” 22  Minflok, il-​fatt hu li l-​membri tal-​ġisem li jidhru li huma iktar dgħajfin+ huma bżonnjużi, 23  u dawk il-​partijiet tal-​ġisem li naħsbu li huma inqas onorabbli nagħtuhom ferm iktar unur,+ u għalhekk il-​partijiet mhux attraenti għandhom ferm iktar sbuħija, 24  filwaqt li l-​partijiet sbieħ m’għandhom bżonn xejn. Madankollu, Alla għaqqad flimkien il-​ġisem, u ta ferm iktar unur lill-​parti li kienet nieqsa minnu, 25  sabiex ma jkunx hemm firda fil-​ġisem, imma l-​membri tiegħu jieħdu ħsieb xulxin bl-​istess mod.+ 26  U jekk membru wieħed isofri, il-​membri l-​oħra kollha jsofru+ miegħu; jew jekk membru jiġi glorifikat,+ il-​membri l-​oħra kollha jithennew miegħu.+ 27  Issa intom il-​ġisem taʼ Kristu, u kull wieħed minnkom hu membru tiegħu.+ 28  U Alla qiegħed lil membri differenti fil-​kongregazzjoni,+ l-​ewwel, appostli;+ it-​tieni, profeti;+ it-​tielet, għalliema;+ imbagħad għemejjel setgħanin;+ imbagħad għotjiet taʼ fejqan;+ servizzi t’għajnuna,+ abbiltajiet biex tingħata direzzjoni,+ ilsna differenti.+ 29  M’humiex ilkoll appostli jew profeti jew għalliema, hux hekk? Mhux ilkoll iwettqu għemejjel setgħanin 30  jew għandhom għotjiet taʼ fejqan, hux hekk? Mhux ilkoll jitkellmu bl-​ilsna+ jew huma tradutturi,+ hux hekk? 31  Imma ibqgħu fittxu l-​akbar għotjiet+ biż-​żelu. Madankollu, jien nurikom triq li tisboqhom ilkoll.+

Noti taʼ taħt