1 Korintin 11:1-34

11  Imitaw lili, bħalma jien nimita lil Kristu.+  Issa nfaħħarkom għax f’kollox tiftakru fija u qed iżżommu sod mat-​tradizzjonijiet+ eżatt kif għaddejthomlkom.  Imma rridkom tkunu tafu li l-​kap taʼ kull raġel hu l-​Kristu;+ u l-​kap tal-​mara hu r-​raġel;+ u l-​kap tal-​Kristu hu Alla.+  Kull raġel li jitlob jew jipprofetizza b’rasu mgħottija jagħmel għajb lil rasu;+  imma kull mara li titlob jew tipprofetizza+ u ma jkollhiex rasha mgħottija tagħmel għajb lil rasha,+ għax hi l-​istess ħaġa bħallikieku kellha rasha mqaxxra.+  Għax jekk mara ma titgħattiex, ħa tqarweż rasha; imma jekk hu għajb għal mara li tqarweż jew tqaxxar rasha,+ ħa titgħatta.+  Għax raġel m’għandux ikollu rasu mgħottija, peress li hu x-​xbieha+ u l-​glorja t’Alla;+ imma l-​mara hi l-​glorja tar-​raġel.+  Għax ir-​raġel mhux ġej mill-​mara, imma l-​mara mir-​raġel;+  u, iktar minn hekk, ir-​raġel ma kienx maħluq għall-​mara, imma l-​mara għar-​raġel.+ 10  Huwa għalhekk li l-​mara għandu jkollha sinjal t’awtorità fuq rasha,+ minħabba l-​anġli.+ 11  Minbarra dan, fil-​Mulej, la l-​mara m’hi mingħajr ir-​raġel u lanqas ir-​raġel m’hu mingħajr il-​mara.+ 12  Għax bħalma l-​mara ġejja mir-​raġel,+ hekk ukoll ir-​raġel ġej permezz tal-​mara;+ imma kollox ġej minn Alla.+ 13  Iġġudikaw intom stess: Hu xieraq li mara titlob lil Alla mingħajr ma jkollha rasha mgħottija? 14  Ma tgħallimkomx in-​natura stess li jekk raġel ikollu xagħru twil, dan ikun diżunur għalih, 15  imma jekk mara jkollha xagħarha twil, dan ikun glorja+ għaliha? Għax xagħarha hu mogħti lilha minflok għata tar-​ras.+ 16  Madankollu, jekk xi ħadd donnu jrid jiddibatti+ favur xi drawwa oħra,+ aħna m’għandniex drawwa oħra, u lanqas il-​kongregazzjonijiet t’Alla. 17  Imma, waqt li nagħtikom dawn l-​istruzzjonijiet, ma nfaħħarkomx, għax m’intomx tiltaqgħu flimkien għat-​tajjeb, imma għall-​ħażin.+ 18  Għax qabel xejn, qed nismaʼ li hemm xi firdiet fostkom+ meta tiltaqgħu flimkien fil-​kongregazzjoni; u sa ċertu punt nemmnu dan. 19  Għax fostkom bilfors li jrid ikun hemm ukoll is-​setet,+ sabiex anki min hu approvat ikun jidher fostkom.+ 20  Għalhekk, meta tiltaqgħu flimkien f’post wieħed, mhux possibbli li tieklu l-​ikla taʼ fil-​għaxija tal-​Mulej kif jixraq.+ 21  Għax, meta tieklu din l-​ikla, kull wieħed minnkom ikun diġà ħa l-​ikla taʼ fil-​għaxija tiegħu, u b’hekk min ikun bil-​ġuħ u min ikun fis-​sakra. 22  Żgur li għandkom djar fejn tieklu u tixorbu, hux hekk?+ Jew tistmerru l-​kongregazzjoni t’Alla, u lil dawk li m’għandhom xejn+ iġġegħluhom jistħu? X’ngħidilkom? Infaħħarkom? F’dan ma nfaħħarkomx. 23  Għax jien irċivejt mingħand il-​Mulej dak li wkoll għaddejtilkom: li, fil-​lejl+ li kien se jiġi tradut, il-​Mulej Ġesù ħa ħobża 24  u wara li radd ħajr qasamha+ u qal: “Dan il-​ħobż jirrappreżenta* ġismi+ li se jingħata għalikom. Ibqgħu agħmlu dan b’tifkira+ tiegħi.” 25  U għamel l-​istess bil-​kies+ ukoll u, wara l-​ikla taʼ fil-​għaxija, qal: “Dan il-​kies jirrappreżenta l-​patt il-​ġdid+ konfermat b’demmi.+ Ibqgħu agħmlu dan, kull darba li tixorbuh, b’tifkira+ tiegħi.” 26  Għax kull darba+ li tieklu din il-​ħobża u tixorbu dan il-​kies, tibqgħu xxandru l-​mewt+ tal-​Mulej, sakemm jasal.+ 27  Għaldaqstant, kulmin jiekol il-​ħobża jew jixrob il-​kies tal-​Mulej, mingħajr ma jkun jistħoqqlu, ikun ħati+ tal-​ġisem u d-​demm+ tal-​Mulej. 28  L-ewwel, ħa jgħarbel lilu nnifsu l-​bniedem u jara li jkun jistħoqqlu,+ u mbagħad jiekol mill-​ħobża u jixrob mill-​kies. 29  Għax min jiekol u jixrob, jiekol u jixrob il-​ġudizzju+ kontra tiegħu stess jekk ma jagħrafx il-​ġisem. 30  Huwa għalhekk li ħafna fostkom huma dgħajfin u morda, u għadd ġmielu huma reqdin+ fil-​mewt. 31  Imma jekk nagħrfu x’aħna, ma niġux ġudikati.+ 32  Madankollu, meta niġu ġudikati,+ niġu dixxiplinati minn Ġeħova,+ u b’hekk ma niġux kundannati+ mad-​dinja.+ 33  Għaldaqstant, ħuti, meta tiltaqgħu flimkien biex tieklu din l-​ikla,+ stennew lil xulxin. 34  Jekk xi ħadd ikun bil-​ġuħ, ħa jiekol id-​dar,+ biex ma tiltaqgħux flimkien għall-​ġudizzju.+ Issa l-​kwistjonijiet li fadal nieħu ħsiebhom meta nasal hemmhekk.

Noti taʼ taħt

Ara Mt 26:26, in-​nota taʼ taħt.