1 Ġwanni 5:1-21

5  Kulmin jemmen li Ġesù hu l-​Kristu twieled minn Alla,+ u kulmin iħobb lil dak li kkaġuna t-​twelid iħobb lil dak li twieled minnu.+  B’dan insiru nafu li qed inħobbu+ lil ulied Alla,+ meta nkunu qed inħobbu lil Alla u nagħmlu l-​kmandamenti tiegħu.+  Għax l-​imħabba+ t’Alla tfisser dan: li nosservaw il-​kmandamenti tiegħu;+ u madankollu l-​kmandamenti tiegħu m’humiex tqal,+  għax dak kollu li twieled+ minn Alla jirbaħ lid-​dinja.+ U din hi r-​rebħa+ li rebħet+ lid-​dinja, il-​fidi tagħna.+  Min hu li jirbaħ+ lid-​dinja+ jekk mhux min għandu l-​fidi+ li Ġesù hu l-​Iben t’Alla?+  Dan hu li ġie permezz taʼ l-​ilma u d-​demm, Ġesù Kristu; mhux bl-​ilma+ biss, imma bl-​ilma u bid-​demm.+ U l-​ispirtu+ hu li jixhed, għax l-​ispirtu hu l-​verità.  Għax hemm tlieta li jixhdu,  l-ispirtu+ u l-​ilma+ u d-​demm,+ u t-​tlieta huma fi qbil.+  Jekk nilqgħu x-​xiehda li jagħtu l-​bnedmin,+ ix-​xiehda li jagħti Alla hi akbar, għax din hi x-​xiehda li jagħti Alla, il-​fatt li xehed+ dwar Ibnu. 10  Min ipoġġi l-​fidi tiegħu fl-​Iben t’Alla, fil-​każ tiegħu tkun ngħatatlu x-​xiehda.+ Min m’għandux fidi f’Alla jkun qed igiddbu,+ għax ma jkunx poġġa l-​fidi tiegħu fix-​xiehda li ngħatat,+ li Alla bħala xhud+ ta dwar Ibnu. 11  U din hi x-​xiehda li ngħatat, li Alla tana l-​ħajja taʼ dejjem,+ u din il-​ħajja qiegħda f’Ibnu.+ 12  Min għandu l-​Iben għandu din il-​ħajja; min m’għandux l-​Iben t’Alla m’għandux din il-​ħajja.+ 13  Qed niktbilkom dan sabiex tkunu tafu li għandkom il-​ħajja taʼ dejjem,+ intom li poġġejtu l-​fidi tagħkom f’isem l-​Iben t’Alla.+ 14  U din hi l-​fiduċja li għandna fih,+ li, kulma nitolbuh skond ir-​rieda tiegħu, hu jismagħna.+ 15  Iktar minn hekk, jekk nafu li jismagħna f’kulma qed nitolbuh,+ nafu li se naqilgħu dak li tlabna peress li tlabnieh lilu.+ 16  Jekk xi ħadd jilmaħ lil ħuh jagħmel dnub li ma jġibx il-​mewt,+ għandu jitlob għalih, u Alla jagħtih il-​ħajja,+ iva, lil dawk li ma jagħmlux dnub li jġib il-​mewt.+ Hemm dnub li jġib il-​mewt. Hu dwar dan id-​dnub li ma ngħidlux biex jitlob.+ 17  Kull inġustizzja hi dnub;+ iżda hemm dnub li ma jġibx il-​mewt. 18  Nafu li kulmin twieled minn Alla+ ma jipprattikax id-​dnub, imma Dak+ li twieled minn Alla jħarsu, u l-​Ħażin ma jaħkmux taħt idejh.+ 19  Aħna nafu li noriġinaw minn Alla,+ imma d-​dinja kollha qiegħda taħt il-​qawwa tal-​Ħażin.+ 20  Imma aħna nafu li l-​Iben t’Alla ġie,+ u tana l-​kapaċità intellettwali+ biex niksbu l-​għarfien dwar l-​Alla l-​veru.+ U aħna qegħdin f’unjoni+ miegħu, permezz taʼ Ibnu Ġesù Kristu. Dan hu l-​Alla l-​veru+ u l-​ħajja taʼ dejjem.+ 21  Ulied ċkejknin, ħarsu ruħkom mill-​idoli.+

Noti taʼ taħt