1 Ġwanni 4:1-21

4  Maħbubin, temmnux kull espressjoni mnebbħa,+ imma għarblu l-​espressjonijiet imnebbħin biex taraw jekk joriġinawx minn Alla,+ għax dehru ħafna profeti foloz fid-​dinja.+  Minn dan issiru tafu liema hi l-​espressjoni mnebbħa minn Alla:+ Kull espressjoni mnebbħa li tistqarr li Ġesù Kristu ġie bħala bniedem toriġina minn Alla,+  imma kull espressjoni mnebbħa li ma tistqarrx lil Ġesù ma toriġinax minn Alla.+ Iktar minn hekk, din hi l-​espressjoni mnebbħa taʼ l-​antikrist, li intom smajtu li kienet ġejja+ u li issa diġà qiegħda fid-​dinja.+  Ulied ċkejknin, intom toriġinaw minn Alla u rbaħtu lil dawn in-​nies,+ għax dak li hu f’unjoni+ magħkom hu akbar+ minn dak li hu f’unjoni mad-​dinja.+  Huma joriġinaw mid-​dinja;+ huwa għalhekk li jitkellmu dak li ġej mid-​dinja u d-​dinja tismagħhom.+  Aħna noriġinaw minn Alla.+ Min isir jaf dwar Alla jismagħna;+ min ma joriġinax minn Alla ma jismagħniex.+ B’dan il-​mod nagħrfu l-​espressjoni mnebbħa tal-​verità u l-​espressjoni mnebbħa taʼ l-​iżball.+  Maħbubin, ħa nkomplu nħobbu lil xulxin,+ għax l-​imħabba+ hi minn Alla, u kulmin iħobb twieled minn Alla+ u jsir jaf dwar Alla.+  Min ma jħobbx ma sarx jaf lil Alla, għax Alla hu mħabba.+  B’dan intweriet l-​imħabba t’Alla għalina,+ għax Alla bagħat lill-​Iben uniġenitu tiegħu+ fid-​dinja biex niksbu l-​ħajja permezz tiegħu.+ 10  L-imħabba qiegħda f’dan: li mhux aħna ħabbejna lil Alla, imma hu ħabbna u bagħat lil Ibnu bħala sagrifiċċju+ propizjatorju*+ għal dnubietna.+ 11  Maħbubin, jekk Alla ħabbna b’dan il-​mod, mela aħna għandna l-​obbligu li nħobbu lil xulxin.+ 12  Qatt ħadd ma ra lil Alla.+ Jekk inkomplu nħobbu lil xulxin, Alla jibqaʼ fina u mħabbtu tintgħamel perfetta fina.+ 13  B’dan insiru nafu li se nibqgħu f’unjoni+ miegħu u hu se jibqaʼ f’unjoni magħna,+ għax tana l-​ispirtu tiegħu.+ 14  Iżjed minn hekk, aħna stess rajna+ u qed nixhdu+ li l-​Missier bagħat lil Ibnu bħala s-​Salvatur tad-​dinja.+ 15  Kulmin jistqarr li Ġesù Kristu hu l-​Iben t’Alla,+ Alla jibqaʼ f’unjoni maʼ bniedem bħal dan u hu jibqaʼ f’unjoni m’Alla.+ 16  U aħna stess sirna nafu u emminna l-​imħabba+ li Alla għandu għalina. Alla hu mħabba,+ u min jibqaʼ juri l-​imħabba+ jibqaʼ f’unjoni m’Alla u Alla jibqaʼ f’unjoni+ miegħu. 17  B’dan il-​mod l-​imħabba ntgħamlet perfetta fina, sabiex ikollna l-​libertà tal-​kelma+ f’jum il-​ġudizzju,+ għax, bħalma huwa hu, aħna wkoll hekk aħna f’din id-​dinja.+ 18  M’hemm ebda biżaʼ fl-​imħabba,+ imma l-​imħabba perfetta tkeċċi l-​biżaʼ ’l barra,+ għax il-​biżaʼ jaħkem u jgħakkes lil dak li jkun. Tabilħaqq, min hu maħkum mill-​biżaʼ ma ntgħamilx perfett fl-​imħabba.+ 19  Ngħidu għalina, aħna nħobbu, għax hu ħabbna l-​ewwel.+ 20  Jekk xi ħadd jgħid: “Inħobb lil Alla,” iżda jobgħod lil ħuh, hu giddieb.+ Għax min ma jħobbx lil ħuh,+ li jarah, ma jistax ikun li jħobb lil Alla, li ma jarahx.+ 21  U għandna dan il-​kmandament mingħandu,+ li min iħobb lil Alla għandu jħobb lil ħuh ukoll.+

Noti taʼ taħt

Ara Rum 3:25, in-​nota taʼ taħt.