1 Ġwanni 3:1-24

3  Ara liema xorta taʼ mħabba+ tana l-​Missier, sabiex nissejħu wlied Alla;+ u hekk aħna. Huwa għalhekk li d-​dinja+ ma tafniex, għax ma saritx taf lilu.+  Maħbubin, issa aħna wlied Alla,+ imma s’issa għadu ma ntweriex x’se nkunu.+ Nafu li meta jintwera+ se nkunu bħalu,+ għax narawh kif inhu.+  U kulmin għandu din it-​tama mqiegħda fih jippurifika+ lilu nnifsu, bħalma hu stess hu pur.+  Kulmin jipprattika d-​dnub+ qed jipprattika wkoll il-​ksur tal-​liġi,+ u għalhekk id-​dnub+ hu ksur tal-​liġi.  Intom tafu wkoll li hu ntwera biex ineħħilna dnubietna,+ u fih m’hemm ebda dnub.+  Kulmin jibqaʼ f’unjoni+ miegħu ma jipprattikax id-​dnub;+ kulmin jipprattika d-​dnub la rah u lanqas sar jafu.+  Ulied ċkejknin, tħallu lil ħadd iqarraq bikom; min jipprattika l-​ġustizzja hu ġust, bħalma hu stess hu ġust.+  Min jipprattika d-​dnub joriġina mix-​Xitan, għax ix-​Xitan ilu jidneb sa mill-​bidu.+ Għalhekk intwera+ l-​Iben t’Alla, jiġifieri, biex ikisser l-​għemejjel tax-​Xitan.+  Kulmin twieled minn Alla ma jipprattikax id-​dnub,+ għax iż-​żerriegħa riproduttiva Tiegħu tibqaʼ fi bniedem bħal dan, u ma jistax jipprattika d-​dnub, għax twieled minn Alla.+ 10  Ulied Alla u wlied ix-​Xitan jidhru ċar minn dan il-​fatt: Kulmin ma jipprattikax il-​ġustizzja+ ma joriġinax minn Alla, lanqas min ma jħobbx lil ħuh.+ 11  Għax dan hu l-​messaġġ li smajtu sa mill-​bidu,+ li għandna nħobbu lil xulxin;+ 12  mhux bħal Kajjin, li oriġina mill-​Ħażin u qatel+ lil ħuh. U għala qatlu? Għax l-​għemejjel tiegħu kienu mill-​agħar,+ imma taʼ ħuh kienu ġusti.+ 13  Ħuti, tistagħġbux li d-​dinja tobgħodkom.+ 14  Aħna nafu li mill-​mewt għaddejna għall-​ħajja,+ għax inħobbu lill-​aħwa.+ Min ma jħobbx jibqaʼ fil-​mewt.+ 15  Kulmin jobgħod+ lil ħuh hu qattiel,+ u tafu li f’ebda qattiel+ ma tibqaʼ l-​ħajja taʼ dejjem.+ 16  B’dan sirna nafuha l-​imħabba,+ għax hu ta ruħu għalina;+ u aħna għandna l-​obbligu li nagħtu ruħna għal ħutna.+ 17  Imma kulmin għandu biex jgħix+ f’din id-​dinja u jara lil ħuh fil-​bżonn+ u ma jkunx irid juri ħniena miegħu,+ kif tistaʼ tibqaʼ fih l-​imħabba t’Alla?+ 18  Ulied ċkejknin, ħa ma nħobbu+ la bil-​kliem u lanqas bl-​ilsien,+ imma bl-​għemil+ u l-​verità.+ 19  B’dan insiru nafu li noriġinaw mill-​verità,+ u naċċertaw lil qlubna quddiemu 20  rigward dak kollu li qlubna jikkundannawna dwaru,+ għax Alla hu akbar minn qlubna u jaf kollox.+ 21  Maħbubin, jekk qlubna ma jikkundannawniex, nistgħu nitkellmu bil-​libertà m’Alla;+ 22  u kulma nitolbu naqilgħuh mingħandu,+ għax qed nosservaw il-​kmandamenti tiegħu u qed nagħmlu dak li jogħġob lilu.+ 23  Tabilħaqq, dan hu l-​kmandament tiegħu, li jkollna l-​fidi f’isem Ibnu Ġesù Kristu+ u li nħobbu lil xulxin,+ bħalma kkmandana hu. 24  Iktar minn hekk, min josserva l-​kmandamenti tiegħu jibqaʼ f’unjoni miegħu, u hu jibqaʼ f’unjoni maʼ bniedem bħal dan;+ u b’dan insiru nafu li hu se jibqaʼ f’unjoni magħna,+ minħabba l-​ispirtu+ li tana.

Noti taʼ taħt