1 Ġwanni 2:1-29

2  Uliedi ċkejknin, qed niktbilkom dan biex ma tidinbux.+ Iżda jekk xi ħadd jidneb, għandna ajjutant+ mal-​Missier, lil Ġesù Kristu, li hu ġust.+  Hu wkoll sagrifiċċju+ propizjatorju*+ għal dnubietna,+ iżda mhux għal dnubietna+ biss imma wkoll għad-​dnubiet tad-​dinja kollha.+  U b’dan għandna l-​għarfien li sirna nafuh, jiġifieri, jekk inkomplu nosservaw il-​kmandamenti tiegħu.+  Min jgħid: “Sirt nafu,”+ iżda mhux qed josserva l-​kmandamenti tiegħu,+ hu giddieb, u l-​verità mhix fih.+  Imma kulmin josserva kelmtu,+ tassew li l-​imħabba t’Alla ntgħamlet perfetta f’dan il-​bniedem.+ B’dan għandna l-​għarfien li aħna f’unjoni miegħu.+  Min jgħid li għadu f’unjoni+ miegħu għandu l-​obbligu li hu wkoll jibqaʼ miexi bħalma mexa hu.+  Maħbubin, m’iniex qed niktbilkom kmandament ġdid, imma kmandament qadim+ li ngħatajtu sa mill-​bidu.+ Dan il-​kmandament qadim hu l-​kelma li smajtu.  Iżda qed niktbilkom kmandament ġdid, kmandament li hu veru kemm fil-​każ taʼ Ġesù u kemm fil-​każ tagħkom, għax id-​dlam+ qed jgħib u d-​dawl veru+ diġà qed jiddi.  Min jgħid li qiegħed fid-​dawl iżda jobgħod+ lil ħuh għadu fid-​dlam s’issa.+ 10  Min iħobb lil ħuh jibqaʼ fid-​dawl,+ u fil-​każ tiegħu m’hemm ebda raġuni għal tfixkil.+ 11  Imma min jobgħod lil ħuh qiegħed fid-​dlam u miexi fid-​dlam,+ u ma jafx fejn sejjer,+ għax id-​dlam għamielu għajnejh. 12  Ulied żgħar, qed niktbilkom għax dnubietkom inħafrulkom minħabba ismu.+ 13  Missirijiet, qed niktbilkom għax sirtu tafuh lil dak li hu mill-​bidu.+ Żgħażagħ,+ qed niktbilkom għax intom irbaħtu lill-​Ħażin.+ Ulied żgħar,+ niktbilkom għax sirtu tafu lill-​Missier.+ 14  Missirijiet,+ niktbilkom għax sirtu tafuh lil dak li hu mill-​bidu.+ Żgħażagħ, niktbilkom għax intom b’saħħitkom+ u l-​kelma t’Alla tibqaʼ fikom,+ u intom irbaħtu lill-​Ħażin.+ 15  Tħobbux id-​dinja u lanqas dak li hemm fid-​dinja.+ Jekk xi ħadd iħobb id-​dinja, l-​imħabba tal-​Missier mhix fih;+ 16  għax kulma hemm fid-​dinja+—ix-​xewqa tal-​laħam+ u x-​xewqa taʼ l-​għajnejn+ u l-​iffanfrar bil-​mezzi tal-​ħajja+—ma joriġinax mill-​Missier, imma mid-​dinja.+ 17  Iktar minn hekk, id-​dinja tgħaddi u x-​xewqa tagħha wkoll,+ imma min jagħmel ir-​rieda+ t’Alla jibqaʼ għal dejjem.+ 18  Ulied żgħar, din hi l-​aħħar siegħa,+ u, bħalma smajtu li ġej l-​antikrist,+ saħansitra issa hawn ħafna antikristijiet;+ u minn dan il-​fatt sirna nafu li hi l-​aħħar siegħa. 19  Huma ħarġu minn fostna, imma ma kinux it-​tip tagħna;+ għax kieku kienu t-​tip tagħna, kienu jibqgħu magħna.+ Imma huma ħarġu biex jintwera li mhux ilkoll huma t-​tip tagħna.+ 20  U intom ġejtu midlukin mill-​qaddis;+ intom ilkoll għandkom l-​għarfien.+ 21  Ma niktbilkomx għax ma tafux il-​verità,+ imma għax tafuha,+ u għax ebda gidba ma toriġina mill-​verità.+ 22  Min hu l-​giddieb jekk mhux dak li jiċħad li Ġesù hu l-​Kristu?*+ Dan hu l-​antikrist,+ dak li jiċħad lill-​Missier u lill-​Iben.+ 23  Kulmin jiċħad lill-​Iben lanqas lill-​Missier m’għandu.+ Min jistqarr+ lill-​Iben għandu lill-​Missier ukoll.+ 24  Iżda intom ħa jibqaʼ fikom dak li smajtu sa mill-​bidu.+ Jekk dak li smajtu sa mill-​bidu jibqaʼ fikom, intom ukoll tibqgħu f’unjoni+ maʼ l-​Iben u f’unjoni mal-​Missier.+ 25  Iktar minn hekk, din hi l-​ħaġa li wegħedna hu stess, il-​ħajja taʼ dejjem.+ 26  Dan qed niktbilkom dwar dawk li qed jipprovaw iqarrqu bikom.+ 27  Iżda intom, id-​dlik+ li rċivejtu mingħandu jibqaʼ fikom, u m’għandkomx bżonn min jgħallimkom;+ imma, bħalma d-​dlik mingħandu qed jgħallimkom dwar kollox,+ u hu veru+ u mhux gidba, u bħalma għallimkom, ibqgħu f’unjoni+ miegħu. 28  Għalhekk issa, ulied ċkejknin,+ ibqgħu f’unjoni+ miegħu, sabiex meta jintwera+ jkollna l-​libertà tal-​kelma+ u ma nitbegħdux minnu bil-​mistħija fil-​preżenza tiegħu.+ 29  Jekk tafu li hu ġust,+ issiru tafu li kulmin jipprattika l-​ġustizzja twieled minnu.+

Noti taʼ taħt

Ara Rum 3:25, in-​nota taʼ taħt.
Ara Mt 2:4, in-​nota taʼ taħt.