1 Ġwanni 1:1-10

1  Dwar dak li kien mill-​bidu,+ li smajna,+ li rajna b’għajnejna,+ li ħarisna+ lejh b’attenzjoni, u li ħassejna b’idejna,+ dwar il-​kelma tal-​ħajja,+  (iva, il-​ħajja ntweriet,+ u aħna rajnieha u qed nixhdulkom+ u nirrapportawlkom il-​ħajja taʼ dejjem+ li kienet mal-​Missier u li ntweritilna,)  dak li rajna u smajna qed nirrapportawhulkom ukoll,+ sabiex intom ukoll tissieħbu magħna.+ Iktar minn hekk, din is-​sħubija+ tagħna hi mal-​Missier u maʼ Ibnu Ġesù Kristu.+  U għalhekk qed niktbu dan, sabiex il-​ferħ tagħna jkun sħiħ.+  U dan hu l-​messaġġ li smajna mingħandu u li qed inħabbrulkom,+ li Alla hu dawl+ u m’hemm ebda dlam fih.+  Jekk ngħidu: “Aħna mseħbin miegħu,” iżda nibqgħu mexjin fid-​dlam,+ qed nigdbu u m’aħniex nipprattikaw il-​verità.+  Madankollu, jekk qed nimxu fid-​dawl bħalma hu stess qiegħed fid-​dawl,+ aħna mseħbin maʼ xulxin,+ u d-​demm+ taʼ Ibnu Ġesù jnaddafna+ minn kull dnub.+  Jekk ngħidu: “M’għandniex dnub,”+ qed inqarrqu bina nfusna+ u l-​verità m’hijiex fina.  Jekk nistqarru dnubietna,+ tant hu leali u ġust li jaħfrilna dnubietna u jnaddafna minn kull ħaġa li mhix sewwa.+ 10  Jekk ngħidu: “Ma dnibniex,” inkunu qed nagħmluh giddieb, u kelmtu ma tkunx fina.+

Noti taʼ taħt